|
26.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 258/52 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 943/2008
tal-25 ta' Settembru 2008
li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Presunto de Campo Maior e Elvas jew Paleta de Campo Maior e Elvas (IĠP), Presunto de Santana da Serra jew Paleta de Santana da Serra (IĠP), Slovenský oštiepok (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(4),
Billi:
|
(1) |
Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tas-Slovakkja biex tirreġistra l-isem “Slovenský oštiepok” kif ukoll it-talba tal-Portugall biex jirreġistra l-ismijiet “Presunto de Campo Maior e Elvas” jew “Paleta de Campo Maior e Elvas” u “Presunto de Santana da Serra” jew “Paleta de Santana da Serra” ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 308, 19.12.2007, p. 18 (Presunto de Santana da Serra jew Paleta de Santana da Serra), ĠU C 308, 19.12.2007, p. 23 (Presunto de Campo Maior e Elvas jew Paleta de Campo Maior e Elvas), ĠU C 308, 19.12.2007, p. 28 (Slovenský oštiepok).
ANNESS
Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.2. Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ …)
IL-PORTUGALL
Presunto de Campo Maior e Elvas ou Paleta de Campo Maior e Elvas (IĠP)
Presunto de Santana da Serra ou Paleta de Santana da Serra (IĠP)
Klassi 1.3. Ġobnijiet
IS-SLOVAKKJA
Slovenský oštiepok (IĠP)