|
19.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 251/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 915/2008
tat-18 ta’ Settembru 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur u allokata lill-Istati Uniti ta' l-Amerika
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 536/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2008 jinvolvu kwantitajiet li huma anqas minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4169 skond ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2009, huma ta’ 8 332 500 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali