19.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 251/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 911/2008

tat-18 ta' Settembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni tar-ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2008 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni, għas-snin 2008 u 2009, ta' kwoti għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun CARIFORUM u mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għas-sena 2008, ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 fetaħ u pprovda għall-ġestjoni ta' kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 187 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Istati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM (numru tas-serje 09.4219); kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 25 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Antilli Olandiżi u minn Aruba (numru tas-serje 09.4189); u kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 10 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCTs) l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190).

(2)

Is-subperjodu tax-xahar ta’ Settembru huwa t-tielet subperjodu għal dawn il-kwoti, imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007.

(3)

Mill-komunikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 6(a) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4219 – 09.4189 – 09.4190, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2008, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament imsemmi, jirrappreżentaw kwantità fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar li hija akbar minn dik disponibbli.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati, għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 – 09.4190, il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti li jmiss, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 u 09.4190 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 għas-subperjodu li jmiss huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2008 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007

Oriġini/Prodott

Nru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2008

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' Ottubru 2008

(f'kg)

Stati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM (l-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

09.4219

 (2)

 

kodiċijiet NM 1006 , għajr il-kodiċi NM 1006 10 10

 

 

 

OCTs (l-Artikolu 1(2)(a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

 

 

 

kodiċi NM 1006

 

 

 

a)

L-Antilli Olandiżi u Aruba:

09.4189

 (2)

20 960 871

b)

l-OCTs l-anqas żviluppati:

09.4190

 (1)

10 000 000


(1)  l-ebda applikazzjoni ta' koeffiċjent tal-allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  l-applikazzjonijiet huma għal kwantitajiet anqas minn dawk disponibbli jew daqshom: għaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.