4.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 237/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 868/2008

tat-3 ta' Settembru 2008

dwar l-iskeda azjendali li għandha tintuża għall-iskop li jiġu determinati l-introjti tal-azjendi agrikoli u li tiġi analizzata il-ħidma ekonomika ta’ dawn l-azjendi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabbiltà dwar id-dħul u l ekonomija ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(3), u l-Artikolu 12(2), tiegħu,

Billi:

(1)

L-informazzjoni ta’ kontabbiltà stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 79/65/KEE miġbura fuq il-bażi ta’ skeda azjendali stabbilita għall-iskop li jiġu determinati l-introjti tal-azjendi agrikoli b’mod affidabbli jridu jkunu identiċi fin-natura tagħhom, fid-definizzjoni tagħhom u fil-forma tal-preżentazzjoni tagħhom, ikunu xi jkunu l-azjendi ta’ kontabbiltà osservati. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u sabiex l-informazzjoni tinqara faċilment, għandu jkun previst ukoll li din l-iskeda individwali tinkludi l-elementi u d-dettalji supplementari li jissodisfaw il-bżonnijiet partikolari neċessarji għall-analiżi tal-ħidma ekonomika tal-azjendi agrikoli magħżula skond l-Artikolu 11 ta’ dan l-istess Regolament. F’dan il-każ, jeħtieġ li l-iskeda azjendali titqies ukoll bħala skeda azjendali speċjali, kif stipulata fl-Artikolu 12(1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 tat-23 ta’ Settembru 1977 dwar l-iskeda azjendali li għandha tintuża għall-iskop li jiġu determinati l-introjti ta’ azjendi agrikoli (2) stabbilixxa r-regoli relattivi għall-ġbir tal-informazzjoni ta’ kontabbiltà.

(3)

L-informazzjoni miġbura fuq il-bażi tal-iskeda azjendali għandha tikkunsidra l-esperjenza miksuba mill-ħolqien tan-netwerk u l-bidla tal-politika agrikola komuni, u għandha tikkorrispondi għad-definizzjonijiet li jidhru fir-Regolamenti pertinenti, u partikolarment fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika u kif din tiġi ppreżentata fuq il-prodotti agrikoli u fuq l-oġġetti tal-ikel (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-agrikolturi (4), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (5), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (6), fir-rigward ta’ żoni eliġibbli għall-għajnuna mill-Fondi Strutturali u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jwaqqaf l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti prodotti ta’ dan is-settur (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (7).

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 2237/77 għandu jiġi adattat skond il-bidla fil-politika agrikola komuni, fil-forma tal-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi tal-informazzjoni u tat-teknika tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni, meqjusa mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ razzjonalità, ir-Regolament imsemmi għandu jiġi sostitwit.

(5)

L-iskedi azjendali mimlija bl-informazzjoni jridu jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni maħtura għal kull Stat Membru, skond l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 79/65/KEE. Għalhekk, għandu jiġi previst li l-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni tkun tista’ tikkomunika l-informazzjoni konċernata direttament mal-Kummissjoni, permezz ta’ sistema ta’ informatika implimentata mill-Kummissjoni, u għandu jiġi previst li din is-sistema tkun tippermetti l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni meħtieġa skond il-mudelli li l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni jkollha għad-dispożizzjoni tagħha permezz ta’ din is-sistema. Għandu jiġi previst ukoll li l-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri bil-kundizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-informatika mill-intermedjarju tal-Kumitat tal-Komunità għan-netwerk tal-informazzjoni ta’ kontabbiltà agrikola.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità għan-netwerk tal-informazzjoni ta’ kontabbiltà agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-iskedi azjendali u l-informazzjoni ta’ kontabbiltà

1.   It-tip u l-forma tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni ta’ kontabbiltà neċessarja għad-determinazzjoni annwali tal-introjti fl-azjendi u għall-analiżi tal-ħidma ekonomika tagħhom skond il-Kapitoli II u III tar-Regolament Nru 79/65/KEE huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   Id-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet relatati mal-informazzjoni stipulati fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 2

Il-komunikazzjonijiet mal-Kummissjoni

1.   L-iskedi azjendali u l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 1 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni stipulata fl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 79/65/KEE permezz tas-sistema tal-informatika stabbilita mill-Kummissjoni u li tkun għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiġu infurmati dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ informatika stipulata fil-paragrafu 1 permezz tal-Kumitat tal-Komunità għan-netwerk tal-informazzjoni ta’ kontabbiltà agrikola.

Il-forma u l-kontenut tal-iskeda azjendali jiġu definiti skond mudell u struzzjonijiet meħtieġa biex l-iskeda tiġi stabbilita. Dan il-mudell għandu jkun adattat u aġġornat mill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-informatika, wara informazzjoni mogħtija mill-Kumitat imsemmi fl-ewwel inċiż.

Artikolu 3

Ir-revoka

Ir-Regolament (KEE) Nru 2237/77 huwa revokat.

Ir-referenzi magħmula għar-Regolament revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tidher fl-Anness III.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mis-sena tal-kontabbiltà 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859/65.

(2)  ĠU L 263, 17.10.1977, p. 1.

(3)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Dan ir-Regolament ser jiġi sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1) mill-1 ta’ Jannar 2009.

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(7)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


ANNESS I

PREŻENTAZZJONI TA’ PROSPETT TA’ RAZZETT

Għal kull intestatura u kolonna tat-tabelli f’dan l-Anness, huwa neċessarju li wieħed jirreferi għad-definizzjonijiet u għall-istruzzjonijiet mniżżla fl-Anness II. In-numri fil-kolonni ta’ dawn it-tabelli huma numri serjali ta’ informazzjoni elettronika fil-midja informatika. Dawn in-numri serjali huma indikati sistematikament, anki għal pożizzjonijiet li qatt ma huma sejrin jimtlew (eż. it-tabella K, iż-żona tal-kolonna għall-prodott 162 “ħalib tal-baqra”). In-numri mhux użati huma disponibbli għal użu iktar tard u għandhom jimtlew b’żero.

A.   INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR L-AZJENDA

Numru tal-intestatura u deskrizzjoni

Numru tas-serje

1.   

Numru tal-azjenda

Diviżjoni

1

Subdiviżjoni

2

Numru tad-serje tal-azjenda

3

“Mhux użat”

4-5

2.   

Informazzjoni fil-kompjuter u l-uffiċċju tal-kontabbiltà

Numru tal-gruppi ta’ 10 dejta

6

“Mhux użat”

7-16

Numru tal-uffiċċju tal-kontabbiltà

17

3.

Forma tal-organizzazzjoni tal-azjenda

18

“Mhux użat”

19

4.   

Teħid ta’ kampjuni nazzjonali u fatturi ta’ wżin

Il-piż nazzjonali tar-razzett ikkalkulat mill-Istat Membru

20

“Mhux użat”

21

“Mhux użat”

22

“Mhux użat”

23-30

5.

Lokalità tal-azjenda

31

6.   

Kategorija tal-azjenda

Biedja Organika

32

Tip ta’ biedja fil-waqt tas-selezzjoni

33

Tip ta’ biedja fuq il-bażi tad-dejta tal-kontabbiltà

34

Klassi ta’ daqs ekonomiku waqt il-ħin tal-għażla

35

Klassi ta’ daqs ekonomiku fuq il-bażi tad-dejta tal-kontabbiltà

36

7.   

Dati ta’ għeluq ta’ kontijiet u ħolqien tal-medja informattiva

Data tal-għeluq ta’ kontijiet

37

Data tal-ħolqien tal-medja informattiva

38

8.

Żona inqas vantaġġjata

39

9.   

Dettalji oħrajn li jirrigwardaw l-azjenda

Żona agrikola utilizzata u saqwija (ŻAU)

40

Altitudni

41

Ġranet ta’ mergħa fuq il-muntanja jew għelieqi oħrajn mhux inklużi fiż- ŻAU

42

Żona totali taħt kenn

43

Żona ta’ Fondi Strutturali

44

Żoni b’restrizzjonijiet ambjentali

45

“Mhux użat”

46-47


B.   TIP TA’ OKKUPAZZJONI

Numru tal-intestatura u deskrizzjoni

Numru tas-serje

10.

ŻAU okkupata mis-sid

48

11.

ŻAU mikrija

49

12.

ŻAU taħt sistemi ta’ qsim ta’ uċuh tar-raba’

50


C.   XOGĦOL

Numru tal-intestatura u deskrizzjoni

Funzjonijiet mwettqa

(kodiċi)

Sena tat-twelid

Numru ta’ unitajiet annwali ta’ xogħol

Ħin maħdum fis-sena

(sigħat)

(1)

(2)

(3)

(4)

A.   

Xogħol regolari mhux imħallas

13.

Detentur/maniġer (kodiċi 1)

51

52

53

54

55

56

57

58

14.

Detentur/mhux maniġer (kodiċi 2)

59

60

61

62

63

64

65

66

15.

Maniġer/mhux detentur (kodiċi 3)

67

68

69

70

 

Numru ta’ persuni

 

 

 

16.

Mara/Raġel tad-detentur(i)

71

72

73

17.

Oħrajn

74

75

76

B.18.

Xogħol każwali mhux imħallas

77

C.   

Xogħol regolari mħallas

19.

Maniġer

78

79

80

20.

Oħrajn

81

82

D.21.

Xogħol każwali mħallas

83


D.   NUMRU U VALUR TA’ BHEJJEM

Numru tal-intestatura u deskrizzjoni

Valutazzjoni tal-ftuħ

Valutazzjoni tal-għeluq

Numru medju

Numru

Valur

Numru

Valur

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

22.

Ekwini

86

87

88

89

90

23.

Għoġgiela għat-tismin

91

92

93

94

95

24.

Bovini oħrajn taħt sena

96

97

98

99

100

25.

Barrin minn sena sa inqas minn sentejn

101

102

103

104

105

26.

Bovini nisa minn sena sa inqas minn sentejn

106

107

108

109

110

27.

Bovini rġiel ta’ sentejn jew iżjed

111

112

113

114

115

28.

Erħat għat-tgħammir

116

117

118

119

120

29.

Erħat għat-tismin

121

122

123

124

125

30.

Baqar tal-ħalib

126

127

128

129

130

31.

Baqar tal-ħalib għall-qtil

131

132

133

134

135

32.

Baqar oħrajn

136

137

138

139

140

33.

Doqqajs tan-naħal

141

142

143

144

145

34.

Fniek, fenkiet għat-tgħammir

146

147

148

149

150

35.

“Mhux użat”

151

152

153

154

155

36.

“Mhux użat”

156

157

158

159

160

37.

“Mhux użat”

161

162

163

164

165

38.

Mogħoż, mogħżiet għat-tgħammir

166

167

168

169

170

39.

Mogħoż oħrajn

171

172

173

174

175

40.

Nagħaġ nisa

176

177

178

179

180

41.

Nagħaġ oħra

181

182

183

184

185

42.

“Mhux użat”

186

187

188

189

190

43.

Ħnienes

191

192

193

194

195

44.

Ħnieżer nisa għat-tgħammir

196

197

198

199

200

45.

Ħnieżer għat-tismin

201

202

203

204

205

46.

Ħnieżer oħrajn

206

207

208

209

210

47.

Tiġieġ għall-mejda

211

212

213

214

215

48.

Tiġieġ li jbidu

216

217

218

219

220

49.

Tjur oħra

221

222

223

224

225

50.

Annimali oħrajn

227

229


E.   XIRI U BEJGĦ TA’ ANNIMALI ĦAJJIN

Numru tal-intestatura u deskrizzjoni

Xiri ta’ annimali

Bejgħ ta’ annimali

Konsum tar-razzett u benefiċċji in natura

(1)

(2)

(3)

51.

Ekwini

231

232

233

52.

Baqar

234

235

236

53.

“Mhux użat”

237

238

239

54.

Nagħaġ

240

241

242

55.

Mogħoż

243

244

245

56.

Ħnieżer

246

247

248

57.

Tjur

249

250

251

58.

Annimali oħrajn

252

253

254


F.   SPEJJEŻ

Numru tal-intestatura u deskrizzjoni

Numru tas-serje

Spejjeż ta’ xogħol u ta’ makkinarju

59.

Pagi u sigurtà soċjali

259

60.

Xogħol ta’ kuntratti u ta’ kiri ta’ makkinarju

260

61.

Manutenzjoni preżenti ta’ makkinarju u apparat

261

62.

Karburanti u lubrikanti tal-muturi

262

63.

Spejjeż ta’ karozzi

263

Spejjeż speċifiċi għall-bhejjem

Għalf tal-bhejjem mixtrija:

64.

Għalf tal-bhejjem ikkonċentrat għal merħliet li jirgħu (ekwini, baqar, nagħaġ, mogħoż)

264

65.

Għalf mhux raffinat għal bhejjem li jirgħu (ekwini, baqar, nagħaġ, mogħoż)

265

66.

Għalf għall-ħnieżer

266

67.

Għalf għat-tjur u għal annimali żgħar oħrajn

267

Għalf tal-bhejjem magħmul fir-razzetti u wżat fir-razzetti għal:

68.

Merħliet li jirgħu (ekwini, baqar, nagħaġ, mogħoż)

268

69.

Ħnieżer

269

70.

Tjur u annimali żgħar oħrajn

270

71.

Spejjeż speċifiċi oħrajn marbutin ma’ annimali ħajjin

271

Spejjeż speċifiċi marbutin mal-uċuħ tar-raba’

72.

Żerriegħa u nebbieta mixtrija

272

73.

Żerriegħa u nebbieta mkabbra u wżati fir-razzett

273

74.

Fertilizzanti u sustanzi li jtejbu l-ħamrija

274

75.

Prodotti għall-ħarsien tal-uċuh tar-raba’

275

76.

Spejjeż speċifiċi oħrajn marbutin mal-uċuħ

276

77.

Spejjeż speċifiċi ta’ forestrija

277

Spejjeż ġenerali u regolari tar-razzetti

78.

Manutenzjoni ta’ titjib tal-art u bini

278

79.

Elettriku

279

80.

Karburanti għat-tisħin

280

81.

Ilma

281

82.

Assigurazzjoni

282

83.

Taxxi u drittijiet oħrajn

283

84.

Spejjeż ġenerali u regolari oħrajn tal-biedja

284

Spejjeż marbutin mal-art

85.

Kera mħallsa

285

86.

Li minnhom: kera mħallsa għall-art

286

87.

Assigurazzjoni għall-bini tar-razzetti

287

88.

Taxxi fuq art u bini

288

Interessi mħallsa

89.

Interessi u ħlasijiet finanzjarji mħallsa, fit-total

289

90.

Interessi u ħlasijiet finanzjarji mħallsa għall-art u għall-bini

290

91.

Li minnhom: għax-xiri tal-art

291

92.

Interessi u ħlasijiet finanzjarji mħallsa fuq self għal kapital u lill-kredituri

292

93.

Spejjeż totali

293


G.   ART U BINI, ANNIMALI MEJTIN U KAPITAL LI JIĊĊIRKOLA

Numru tal-intestatura u deskrizzjoni

“Mhux użat”

Valutazzjoni tal-ftuħ

Investiment

Bejgħ

Svalutazzjoni

Valutazzjoni tal-għeluq

Qabel it-tnaqqis ta’ sussidji

Sussidji

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

94.

Art agrikola, Bini u drittijiet, li minnhom:

294

295

296

297

298

299

300

301

95.

Art agrikola

302

303

304

305

306

307

308

309

96.

Uċuh tar-raba’ permanenti

310

311

312

313

314

315

316

317

97.

Benefikati fuq l-art

318

319

320

321

322

323

324

325

98.

Bini fir-razzetti

326

327

328

329

330

331

332

333

99.

Spejjeż ta’ akkwisizzjoni, kwoti u drittijiet oħrajn.

334

335

336

337

338

339

340

341

100.

Art tal-foresti inkluż injam wieqaf

342

343

344

345

346

347

348

349

101.

Makkinarju u apparat

350

351

352

353

354

355

356

357

102.

Kapital li jiċċirkola

358

359

360

361

362

363

364

365

103.

Total

366

367

368

369

370

371

372

373


H.   DJUN

Numru tal-intestatura u deskrizzjoni

Valutazzjoni tal-ftuħ

Valutazzjoni tal-għeluq

Total

Li minnhom għal:

Total

Li minnhom għal:

Art u bini

Assi oħra

Art u bini

Assi oħra

Total

Li minnhom art

Total

Ta’ liema art

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

104.

Self għal żmien twil jew medju

374

375

376

377

378

379

380

381

105.

Self u kredituri għal żmien qasir

382

383

384

385

386

387

388

389

106.

Total

390

391

392

393

394

395

396

397


I.   TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD (VAT)

Numru tal-intestatura u deskrizzjoni

Numru tas-serje

107.

Sistema ta’ VAT

400

Subdiviżjoni tas-sistema ta’ VAT (Spanja, Franza u l-Italja)

401

L-intestaturi 108 sa 111 għandhom jimtlew biss meta tiġi applikata sistema agrikola jew sistema simili

 

108.

VAT fuq il-bejgħ

402

109.

VAT fuq xiri

403

110.

VAT fuq investimenti

404

111.

VAT rimborżat mill-awtoritajiet tat-taxxa

405


J.   GĦOTJIET U SUSSIDJI

Iridu jingħataw id-dettalji kollha


Numru tal-intestatura

Deskrizzjoni

Kodiċi (1)

Ammont

112

Għotjiet u sussidji ħlief dawk għal spejjeż u xiri ta’ annimali

408

113

Li minnhom:

409

sa …

20 kodiċi “miftuħa” li jikkorrispondu mal-kategoriji definiti fl-Anness II

448

114

Għotjiet u sussidji fuq spejjeż

449

115

Li minnhom:

450

sa …

10 kodiċi “miftuħa” jikkorrispondu mal-intestaturi għall-ispejjeż involuti hawnhekk (intestaturi 59 sa 89)

469

116

Għotjiet u sussidji fuq ix-xiri ta’ annimali

470

117

Li minnhom:

471

sa …

5 kodiċi “miftuħa” jikkorrispondu mal-intestaturi għall-kategoriji ta’ annimali mixtrija (intestaturi 51 sa 58)

480

118

Total ta’ għotjiet u sussidji

481

119

“Mhux użat”

482

Differenzi minn snin ta’ kontijiet preċedenti

483


K.   PRODUZZJONI (esklużi l-annimali) (intestaturi 120 sa 375)

Prodott

(intestatura)

Tip ta’ wiċċ tar-raba’

(kodiċi)

Dejta nieqsa

(kodiċi)

Żona

Produzzjoni għas-sena tal-kontijiet

Valutazzjoni tal-ftuħ

Bejgħ

Konsum tar-razzett u benefiċċji in natura

Valutazzjoni tal-għeluq

Użu tar-razzett

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

488

489

490

491

492

493

494

495

496

497

498

 (2)


L.   KWOTI U DRITTIJIET OĦRAJN

Kwota jew Dritt

Tip ta’kodiċi tad-dejta

 

Ħlasijiet

(xiri/teħid b’kera kera,)

Dħul

(xiri/teħid b’kera kera,)

Valutazzjoni tal-ftuħ

Svalutazzjoni

Valutazzjoni tal-għeluq

Kwantità

Taxxi

(inkuża taxxa addizzjonali)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

xxx

Kodiċi 1 = daħliet relatati ma’assi

Mhux użat

Kodiċi 1 = valur tax-xiri

Kodiċi 1 = valur tal-bejgħ

Kodiċi 1 = valur

Kodiċi 1 = valur

Kodiċi 1 = valur

 

Kodiċi 2 = valur

Kodiċi 2 = dħul relatat mal-qligħ

 

Kodiċi 2 = ħlasijiet għall-użu

Kodiċi 2 = dħul għall-użu

Kodiċi 2 = Mhux użat

Kodiċi 2 = Mhux użat

Kodiċi 2 = Mhux użat

 

 


M.   ĦLAS DIRETT skont ir-Regolament Nru 1782/2003 (3) (intestaturi 601 sa 680 u 700 sa 772)

Prodott jew taħlit ta’ prodott

(intestatura)

 

 

Numru ta’ unitajiet bażiċi għal ħlasijiet

Għajnuna totali

Ammont ta’ referenza

 

 

 

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

xxx

Mhux użat

Mhux użat

 

 

 

Mhux użat


N.   DETTALJI TA’ XIRI U BEJGĦ TA’ ANNIMALI ĦAJJIN

Kategorija ta’ annimali ħajjin

(intestatura)

 

 

Numru ta’ annimali mixtrija

Valur tax-xiri

Numru ta’ annimali mibjugħa

Valur tal- bejgħ

 

 

 

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

xxx

Mhux użat

Mhux użat

 

 

 

 

Mhux użat


(1)  Daħħal l-intestatura għall-kategoriji ta’ annimali, prodotti, spejjeż jew forom ta’ għajnuna diretta kkonċernati.

(2)  L-aħħar numru tas-serje = 487 + (10 × numru ta’ prodotti mdaħħla).

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET U ISTRUZZJONIJIET RIGWARD IL-PROSPETT

I.   DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI U STRUZZJONIJIET

(a)   Id-dejta fuq il-prospett tal-farm għandha tkun rrelatata ma’ kumpanija agrikola waħda u ma’ sena tal-kontijiet waħda ta’ 12-il xahar konsekuttiv.

(b)   Id-dejta fil-prospett tal-farm tikkonċerna esklussivament il-kumpaniji agrikoli. Din id-dejta tirreferi għal attivitajiet tal-istabbiliment innifsu u sew mill-foresterija kif ukoll mit-turiżmu konness mal-farm, jekk dan ikun f’loku. Xejn konness ma’ attivitajiet mhux agrikoli tad-detentur jew tal-familja tiegħu, jew ma’ xi pensjoni, wirt, kontijiet bankarji privati, proprjetà esterna għall-kumpanija agrikola, tassazzjoni personali, assigurazzjoni privata, eċċ., ma għandu jiġi kunsidrat waqt it-tħejjija tal-prospett tal-farms.

Meta r-risorsi ta’ produzzjoni tal-azjenda (xogħol, makkinarju jew apparat imħallas jew mhux imħallas) jintużaw sabiex iżidu l-assi fissi (kostruzzjoni jew tiswijiet kbar ta’ makkinarju, kostruzzjoni, tiswijiet kbar jew anki ħatt ta’ bini, tħawwil jew qtugħ ta’ siġar tal-frott), l-ispejjeż relattivi — jew stima tagħhom — ma għandhomx jiġu inklużi fl-ispejjeż tal-operat tal-azjenda. F’kull każ, l-ispejjeż tax-xogħol u s-sigħat maħduma għall-produzzjoni ta’ assi fissi għandhom jiġu esklużi kemm mill-ispejjeż kif ukoll mill-informazzjoni dwar xogħol. F’każijiet eċċezzjonali, jekk ċerti spejjeż (apparti minn spejjeż ta’ xogħol) użati fil-produzzjoni ta’ assi fissi ma jistgħux jiġu kalkulati separatament (eż. użu tat-trakter tal-azjenda) u jekk dawn l-ispejjeż jiġu mbagħad inklużi taħt spejjeż, stima ta’ dawn l-ispejjeż kollha użati fil-produzzjoni ta’ assi fissi għandha tiddaħħal taħt l-intestatura 181 (prodotti u rċevuti oħrajn).

F’kull każ, il-valur tal-assi fissi prodotti għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ kemm iqumu (inkluż il-valur tax-xogħol imħallas u/jew mhux imħallas) u jrid jiġi miżjud mal-valur tal-assi fissi mogħti taħt l-intestaturi 94 sa 101.

(ċ)   Informazzjoni mogħtija fi prospett ta’ razzett għandha tittieħed minn kontijiet li jikkonsistu f’entraturi li jkunu saru sistematikament u regolarment matul is-sena tal-kontijiet.

(d)   Id-dejta tal-kontabbiltà għandha tiġi espressa f’termini monetarji:

jew mingħajr VAT,

jew bil-VAT fiċ-ċirkostanzi msemmija hawn isfel (ara l-intestaturi 107 sa 111).

(e)   Id-dejta tal-kontabbiltà espressa f’termini monetarji ma għandhiex tinkludi għotjiet u sussidji. Għotjiet u sussidji jfissru kull forma ta’ għajnuna diretta minn fondi pubbliċi li riżultaw f’irċevuta speċifika (ara l-intestaturi 112 sa 118).

(f)   Rigward l-għotjiet u s-sussidji:

Fit-tabella G, l-għotjiet u s-sussidji li għandhom jiġu inklużi huma dawk li jkunu rċevuti matul is-sena ta’ kontijiet, inkluż dawk irċevuti għal investimenti li jkunu saru fis-snin ta’ kontabbiltà preċedenti.

Fit-tabella J jiġu rreġistrati:

Il-ħlasijiet diretti kollha li jikkonċernaw il-produzzjoni, iż-żoni jew l-annimali huma relatati mas-sena ta’ kontijiet kurrenti, anke jekk ikunu għadhom ma ġewx irċevuti.

Għal ħlasijiet ta’ żvilupp rurali, huma biss l-ammonti li ġew irċevuti matul is-sena ta’ kontijiet li għandhom jiġu entrati.

Fit-tabella M, il-ħlasijiet diretti rreġistrati huma rrelatati ma’ żoni jew annimali preżenti matul is-sena ta’ kontijiet kurrenti, anke jekk għadhom ma ġewx irċevuti.

(g)   L-informazzjoni fi prospett ta’ razzett għandha tingħata skond l-unitajiet li ġejjin u bil-gradi ta’ reqqa li ġejjin:

valuri: valuri f’ewro jew unitjiet tal-munita nazzjonali mingħajr punti deċimali. Madanakollu, għal muniti nazzjonali fejn l-unità tirrappreżenta valur relattiv baxx meta mqabbel mal-Ewro, jista’ jiġi miftiehem bejn l-aġenzija ta’ koperazzjoni tal-Istat membru involut u l-ekwipaġġ tal-Kummissjoni li jmexxi n-Netwerk Komunikattiva Informattiva dwar Kontijiet tal-farms, li l-valuri ta’ unitajiet ta’ munita nazzjonali jiġu espressi bħala mijiet jew eluf,

kwantitajiet fiżiċi: bħala kwintali (q = 100 kg) ħlief fil-każ ta’ bajd, li għandhom jiġu espressi f’eluf, u nbid u prodotti rrelattati li għandhom jiġu espressi bħala ettolitri,

erja: bħala ares, ħlief fil-każ tal-faqqiegħ li għandu jiġi espress bħala metri kwadrati tal-erja totali bl-uċuh tar-raba’,

medja ta’ numru ta’ annimali ħajjin: sa post deċimali wieħed, ħlief fil-każ tat-tjur u fniek, li għandhom jingħataw bħala numri sħaħ, u naħal li għandhom jingħataw skond in-numru ta’ ġarer okkupati,

unitajiet ta’ xogħol: sa żewġ postijiet deċimali.

Pożizzjonijiet fissi (ara t-Tabelli A sa J tal-Anness I) fejn ma jrid jiġi indikat xejn għandhom jimtlew b’żero.

Fir-rigward tal-prodotti mdaħħla fit-Tabella K, it-transazzjonijiet relatati ma’ kwoti u drittijiet preskritti oħrajn imdaħħla fit-Tabella L, forom ta’ ħlasijiet diretti mdaħħla fit-Tabella M u dettalji ta’ xiri u bejgħ ta’ annimali ħajjin mdaħħla fit-Tabella N, għandu jinkiteb żero fil-pożizzjonijiet fejn ma jrid jiġi indikat xejn.

II.   DEFINIZZJONIJIET U STRUZZJONIJIET FIR-RIGWARD TA’ OĠĠETTI INDIVIDWALI FIL-PROSPETT TAL-FARM

A.   INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR L-AZJENDA

1.   Numru tal-azjenda

Għandu jiġi assenjat numru lil kull kumpanija li tirritorna meta din tintagħżel għall-ewwel darba. L-azjenda żżomm dan in-numru permanentament għat-tul ta’ żmien sakemm tiġi inkluża fin-netwerk komunikattiv dwar żamma ta’ kontijiet. Ladarba numru jiġi assenjat ma jistax jingħata lil kumpanija oħra.

Madanakollu, jekk l-azjenda tgħaddi minn bidla fundamentali, u partikolarment meta din il-bidla tkun ir-riżultat ta’ subdiviżjoni f’żewġ kumpaniji separati jew ta’ inkorporazzjoni ma’ kumpanija oħra, tista’ titqies bħala kumpanija ġdida. F’dan il-każ għandu jiġi assenjat numru ġdid għaliha. Bidla fit-tip ta’ biedja prattikata fl-azjenda ma toħloqx il-ħtieġa għal numru ġdid. Meta konfużjoni ma’ xi kumpanija oħra li tirritorna tista’ tirriżulta mill-fatt li l-kumpanija żżomm in-numru li jkollha (eż. meta jinħolqu subdiviżjonijiet reġjonali ġodda), in-numru għandu jinbidel. Tabella li turi l-ekwivalenza tan-numri l-ġodda u l-qodma għandha mbagħad tintbagħat lill-Kummissjoni.

In-numru tal-azjenda jinkludi tliet gruppi ta’ indikazzjonijiet skont kif ġej:

Nru tas-serje 1 — Diviżjoni: għandu jingħata numru ta’ kodiċi, li jikkorrispondi mal-kodiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 (1).

Nru tas-serje 2 — Subdiviżjoni: għandu jingħata numru tal-kodiċi.

Is-subdiviżjonijiet magħżula għandhom ikunu bażati fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni, msejħa n-nomenklatura ta’ unitajiet territorjali ta’ statistika (NUTS), imwaqqfa mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej b’koperazzjoni mal-istituti nazzjonali għall-istatistiċi.

F’kull każ, l-Istat Membru konċernat għandu jittrasmetti lill-Kummissjoni tabella li tindika, għal kull subdiviżjoni użata, r-reġjuni korrispondenti skond in-NUTS, kif ukoll ir-reġjun korrispondenti li fir-rigward tiegħu huma ikkalkulati valuri speċifiċi ta’ mariġni standard gross.

Nru tas-serje 3 — Numru tas-serje tal-azjenda.

2.   Dettalji li jirrigwardaw ir-rekords kompjuterizzati

L-informazzjoni li tikkorrispondi mal-ewwel ħames numri tas-serje jikkostitwixxu t-tikketta ta’ kumpanija. Dawn huma ripetuti fil-parti ta’ fuq ta’ kull rekord. Is-sitt datum ta’ kull kumpanija jagħti n-numru ta’ gruppi ta’ informazzjoni indiviżibbli b’10.

3.   Forma tal-organizzazzjoni tal-azjenda

1.

=

Farms individwali (familji): kumpaniji fejn ir-riżultat ekonomiku jkopri l-kumpens għall-kontribuzzjoni ta’ xogħol mhux imħallas kif ukoll il-kapital maħruġ mid-detentur/maniġer u l-familja tiegħu stess.

2.

=

Azjendi ta’ sħubija (partnerships): kumpaniji fejn ir-riżultat ekonomiku jkopri l-kumpens għall-fatturi ta’ produzzjoni mdaħħla fl-azjenda mid-diversi sħab, li ta’ mill-inqas nofshom jipparteċipaw fix-xogħol fuq ir-razzett bħala xogħol mhux imħallas.

3.

=

Oħrajn: kumpaniji li ma jużawx xogħol bla ħlas u kumpaniji oħrajn mhux klassifikati taħt il-kategoriji 1 u 2.

4.   Teħid ta’ kampjuni nazzjonali u fatturi ta’ wżin

Nru tas-serje 20: Il-piż nazzjonali tal-farm ikkalkulat mill-Istat Membru. Il-valuri jridu jiġu ddikjarati f’wieħed għal kull mija.

Nru tas-serje 21:

Nru tas-serje 22:

5.   Lokalità tal-azjenda

In-numru mogħti huwa dak ta’ l-unità ġeografika bażika l-aktar xierqa (preferibbilment il-parroċċa) fejn tinsab l-azjenda.

Mappa ta’ dawn l-unitajiet flimkien mal-membri tagħhom għandha tintbagħat lill-Kummissjoni. Kull tibdiliet sinifikanti fil-fruntieri ta’ dawn l-unitajiet ġeografiċi għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni.

6.   Kategorija tal-azjenda

Nru tas-serje 32 — Biedja Organika: għandha tingħata indikazzjoni jekk l-azjenda tapplikax metodi ta’ produzzjoni organika, skond it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, partikolarment l-Artikolu 6. In-numri tal-kodiċi li ġejjin għandhom jiġu użati:

1.= l-azjenda ma tapplikax metodi ta’ produzzjoni organika;

2.= l-azjenda tapplika biss metodi ta’ produzzjoni organiċi;

3.= l-azjenda qiegħda taqleb għal metodi ta’ produzzjoni organika jew tapplika metodi ta’ produzzjoni kemm organiċi kif ukoll oħrajn.

Nru tas-serje 33: Kodiċi tat-tip ta’ biedja tal-azjenda skond l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/377/KE (2) fil-ħin tal-għażla għas-sena tal-kontijiet involuta.

Nru tas-serje 34: Kodiċi tat-tip ta’ biedja tal-azjenda skond l-Anness II għad-Deċiżjoni 85/377/KE fuq il-bażi tad-dejta tal-kontabbiltà għas-sena involuta.

Nru tas-serje 35: Kodiċi ta’ klassifikazzjoni skond id-daqs ekonomiku tal-azjenda (b’konformità mal-Anness III tad-Deċiżjoni 85/377/KE) fil-ħin tal-għażla għas-sena tal-kontijiet involuti.

Nru tas-serje 36: Kodiċi ta’ klassifikazzjoni skond id-daqs ekonomiku tal-azjenda b’konformità mal-Anness II għad Deċiżjoni 85/377/KE fuq il-bażi tad-dejta tal-kontabbiltà għas-sena involuta.

7.   Dati ta’ għeluq ta’ kontijiet u ħolqien tal-medja informattiva

Nru tas-serje 37 — Data ta’ għeluq tas-sena tal-kontijiet: eż. 30.6.2009 jew 31.12.2009.

Nru tas-serje 38 — Data ta’ ħolqien tal-medja informattiva: eż. 15.8.2010.

8.   Żona inqas vantaġġata

Għandha tingħata indikazzjoni ta’ jekk il-maġġoranza taż-żona agrikola utilizzata tal-azjenda tinsabx f’żona koperta mill-Artikoli 18 sa 20 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 (3). In-numri tal-kodiċi li ġejjin għandhom jiġu użati:

1.

=

il-maġġoranza taż-żona agrikola utilizzata ma tinsabx f’żona inqas vantaġġata, skond it-tifsira tal-Artikoli 18 sa 20 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999;

2.

=

il-maġġoranza taż-żona agrikola utilizzata tinsab f’żona inqas vantaġġata, skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 19 sa 20 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999;

3.

=

il-maġġoranza taż-żona agrikola utilizzata tal-azjenda tinsab f’żona muntanjuża skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999;

4.

=

iż-żoni huma tant żgħar u numerużi f’dawn l-Istati Membri li l-informazzjoni mhix sinifikanti.

9.   Dettalji oħrajn li jirrigwardaw l-azjenda

Nru tas-serje 40 — ŻAU saqwija Żona agrikola utilizzata iżda mhux taħt il-ħġieġ, attwalment imsaqqija matul is-sena permezz ta’ apparat fiss jew li jiċċaqlaq, irrispettivament mill-proċess użat (bexxiexa, tisqija permezz ta’ kwantità kbira ta’ ilma).

Nru tas-serje 41 — Għoli L-għoli għandu jiġi indikat permezz tan-numru tal-kodiċi korrispondenti:

1.= il-maġġor parti tal-azjenda tinsab f’ < 300 m;

2.= il-maġġor parti tal-azjenda tinsab f’300 m sa 600 m;

3.= il-maġġor parti tal-azjenda tinsab f’ > 600 m;

4.= informazzjoni mhix disponibbli.

Nru tas-serje 42 — Rigħi fuq muntanji jew fuq mergħat oħrajn mhux inklużi fiż-ŻAU: Numru (sħiħ) ta' ġranet ta' rigħi mill-unità ta' annimali ħajjin (LSU) minn animali tal-farms fuq l-art mhux inklużi fiż-ŻAU.

Il-jum ta' rigħi LSU huwa unita' ekwivalenti għar-rigħi f'jum wieħed minn baqra waħda tal-ħalib, jew bhima tal-fart waħda jew żiemel ikbar minn sentejn. Il-ġranet ta' rigħi għal baqar u żwiemel iżgħar minn sentejn, mogħoż u nagħaġ jinqelbu fi ġranet ta' rigħi għal kull LSU billi jiġi applikati l-koeffiċjenti 0,5, 0,2 u 0,15 rispettivament.

Nru tas-serje 43 — Żona totali taħt kenn: espressa bħala ares li fuqha, fil-prinċipju, l-uċuh tar-raba' tat-tip 5 jistgħu jitkabbru: i.e. uċuh tar-raba' 138, 141 u 156 kif ukoll uċuh tar-raba' 143, 285 u 157 tat-tip 5.

“Taħt kenn” tfisser serer, oqfsa permanenti u mini aċċessibbli imma ma tinkludix mini tal-plastik mhux aċċessibbli, cloches jew kull tip ta’ qafas ieħor li jista’ jinġarr (ara d-definizzjoni għall-uċuh tar-raba’ 138, 141 u 156 fit-Tabella K).

Erja “totali” tfisser l-erja totali tal-wiċċ tal-art “taħt kenn”, irrispettivament mill-użu (għaldaqstant għandhom jiġu inklużi l-mogħdijiet). Fir-rigward ta’ serer b’ħafna sulari l-erja tal-wiċċ għandha tingħadd darba biss.

Nru. Tas-Serje 44 — Żona ta’ Fondi Strutturali: għandha tingħata indikazzjoni ta’ jekk il-maġġoranza taż-żona agrikola użata tal-ażjenda hijiex f’żona koperta bl-Artikoli 5, 6, jew 8 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. In-numri tal-kodiċi li ġejjin għandhom jiġu użati:

6.= il-maġġoranza taż-żona agrikola użata tal-ażjenda qiegħda f’żona ta’ Objettiv ta’ Konverġenza, fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, u b’mod partikolari l-Artikolu 5;

7.= il-maġġoranza taż-żona agrikola użata tal-ażjenda qiegħda f’żona ta’ Objettiv tal-Kompettività Reġjonali u Impjiegi, fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, u b’mod partikolari l-Artikolu 6;

8.= il-maġġoranza taż-żona agrikola użata tal-ażjenda qiegħda f’żona eliġibbli għal għajnuna ta’ transizzjoni, fit-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

Serje Nru 45 — Żoni b’restrizzjonijiet ambjentali: għandha tingħata indikazzjoni ta’ jekk il-maġġoranza taż-żona agrikola utilizzata tal-azjenda tinsabx f’żona koperta mill-Artikoliu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. In-numri tal-kodiċi li ġejjin għandhom jiġu użati:

1.= il-parti l-kbira taż-żona agrikola użata tal-ażjenda mhijiex f’żona eliġibbli għall-ħlasijiet ta’ Natura 2000, jew ħlasijiet irrelatati mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fit-tifsira ta’ l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

2.= il-parti l-kbira taż-żona agrikola użata tal-ażjenda hija f’żona eliġibbli għall-ħlasijiet ta’ Natura 2000, jew ħlasijiet irrelatati mad-Direttiva 2000/60/KE, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

B.   TIP TA’ OKKUPANZA TAŻ-ŻAU

L-art ta’ kumpaniji miżmuma komunament bejn żewġt isħab jew iżjed għandha tiġi reġistrata bħala okkupata mis-sid, mikrija jew taħt skema ta’ qsim ta’ wċuh tar-raba’ skont l-arranġament fis-seħħ bejn l-isħab.

10.   ŻAU okkupata mis-sid

Żona agrikola utilizzata (art maħruta, art bil-ħaxix u mergħa permanenti, uċuh tar-raba’ permanenti) li tagħha l-bidwi huwa s-sid, inkwilin għal għomru jew detentur tal-kirja u/jew ŻAU taħt kondizzjonijiet simili. Tinkludi art mikrija lil oħrajn lesta biex tinżera’ (intestatura 149).

11.   ŻAU mikrija

Żona agrikola utilizzata (art maħruta, art bil-ħaxix u mergħa permanenti, uċuh tar-raba’ permanenti) maħduma minn persuna li ma hijiex is-sid, l-inkwilin għal għomorha jew id-detentur tal-kirja, li tikri l-imsemmija żona (il-qbiela jitħallsu fi flus kontanti u/jew oġġetti; din ġeneralment tkun iffissata bil-quddiem, u normalment ma tvarjax skont ir-riżultati tal-biedja) u/jew żona agrikola utilizzata mikrija taħt kondizzjonijiet simili.

Iż-żona mikrija ma tinkludix art li l-ħsad tagħha jinxtara bħala wiċċ tar-raba’ wieqaf. Is-somom imħallsa għax-xiri tal-uċuh tar-raba’ wieqfa għandhom jingħataw fit-Tabella F taħt l-intestaturi 65 sa 67 (għalf tal-bhejjem mixtri) fil-każ ta’ art bil-ħaxix jew uċuh tar-raba’ li jintużaw bħala għalf għall-annimali u taħt l-intestatura 76 (spejjeż speċifiċi oħrajn marbutin mal-uċuh tar-raba’ fil-każ ta’ uċuh tar-raba’ li jistgħu jitpoġġew fis-suq (prodotti li normalment jitpoġġew fis-suq). Uċuh tar-raba’ li jitpoġġew fis-suq li jinxtraw wieqfa għandhom jingħataw mingħajr ma tiġi speċifikata ż-żona involut (ara l-istruzzjoni li tirrigwarda ż-żona, kolonna 4, Tabella K).

Art mikrija għal inqas minn sena fuq bażi okkażjonali u l-produzzjoni tagħha hija stmata b’ mod simili għal art li l-ħsad tagħha jinxtara bħala wiċċ tar-raba’ wieqaf.

12.   ŻAU taħt sistemi ta’ qsim ta’ uċuh tar-raba’

Żona agrikola utilizzata (art maħruta, art bil-ħaxix u mergħa permanenti, uċuh tar-raba’ permanenti) maħduma miċ-ċessjonant u minn min jaqsam l-uċuh tar-raba’ fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ qsim tal-uċuh tar-raba’ u/jew żona agrikola utilizzata maħduma fuq kondizzjonijiet simili.

C.   XOGĦOL

Xogħol ifisser il-persuni kollha mqabbda fuq xogħol fuq ir-razzett waqt is-sena tal-kummerċ (ara minn hawn 'l quddiem). Madanakollu, dan ma jinkludix persuni li jkunu għamlu dan ix-xogħol f’isem persuna jew impriża oħra (kuntratt ta’ xogħol agrikolu, li l-ispejjeż tiegħu jidhru fit-tabella F taħt l-intestatura 60).

Fil-każ ta’ assistenza reċiproka bejn kumpaniji, meta din l-assistenza reċiproka tkun tikkonsisti fi skambju ta’ xogħol, l-assistenza reċiproka li kumpanija waħda tirċievi trid tkun ekwivalenti fil-prinċipju għall-assistenza li tagħti, il-ħin maħdum mill-ħaddiema tal-farm u l-pagi relattati li huma speċifikati fil-prospett tal-farm.

Xi kultant l-assistenza li tingħata tista’ tiġi kumpensata b’assistenza ta’ xorta oħra (eż. għajnuna f’forma ta’ xogħol tista’ tiġi kumpensata bil-provvista ta’ makkinarju). Meta l-iskambju ta’ servizzi ikun fuq skala limitata, xejn ma għandu jiġi indikat fuq il-prospett tal-farm (fl-eżempju mogħti hawn fuq, l-għajnuna li tkun ingħatat ma tintweriex taħt xogħol; spejjeż ta’ makkinarju, madanakollu, jinkludu l-ispejjeż li wieħed ipoġġi l-makkinarju għad-dispożizzjoni ta’ ħaddieħor). F’każijiet eċċezzjonali meta l-iskambju ta’ servizzi jkun fuq skala kbira, il-proċedura hija waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

assistenza li tingħata fil-forma ta’ xogħol tiġi kkumpensata b’servizz ta’ tip ieħor (eż. il-provvista ta’ makkinarju): il-ħin ta’ xogħol li wieħed jirċievi għandu jiġi mniżżel bħala xogħol imħallas fuq razzett (intestatura 20 jew 21, skont jekk ix-xogħol fuq ir-razzett isirx fuq bażi regolari jew le); il-valur tal-assistenza mogħtija għandu jitniżżel kemm bħala produzzjoni taħt l-intestatura korrispondenti (f’dan l-eżempju, l-intestatura 177 “Xogħol ta’ kuntratti għal oħrajn, inkluż il-kiri ta’ apparat”) kif ukoll bħala spiża (taħt l-intestatura 59 “Pagi u sigurtà soċjali”);

(b)

assistenza mogħtija fil-forma ta’ xogħol hija kumpensata minn servizzi ta’ xorta differenti (eż. il-provvista ta’ makkinarju): f’din is-sitwazzjoni l-ħin ta’ xogħol ipprovdut u kull pagi relattati ma għandhomx jiġu kunsidrati; il-valur tas-servizz li jirċievu għandu jitniżżel bħala dħul taħt l-intestatura korrispondenti (f’dan l-eżempju, l-intestatura 60 “Xogħol ta’ kuntratti u kiri ta’ makkinarju”).

Għandha ssir distinzjoni bejn il-kategoriji ta’ xogħol li ġejjin:

A.   Xogħol regolari mhux imħallas

Xogħol mhux imħallas jew xogħol li jirċievi inqas remunerazzjoni (fi flus kontanti jew mod ieħor) mill-ammont normalment imħallas għas-servizzi mogħtija (dan il-ħlas ma għandux jidher fl-ispejjeż ta’ l-farm) u li waqt is-sena tal-kontijiet ipparteċipa (barra vaganzi normali) għal mill-inqas ġurnata sħiħa ta’ kull ġimgħa.

Persuna impjegata regolarment imma li, għal raġunijiet speċjali, ġiet imqabbda fuq ir-razzett biss għal perjodu limitat fis-sena tal-kontijiet għandha tiddaħħal xorta waħda (għan-numru ta’ sigħat li tkun attwalment ħadmet) bħala xogħol regolari.

Il-każijiet li ġejjin jew oħrajn simili jistgħu jinqalgħu:

(a)

kondizzjonijiet speċjali ta’ produzzjoni fuq ir-razzett li għalihom ma huwiex meħtieġ xogħol matul is-sena: eż. kumpaniji taż-żebbuġ jew ta’ l-għeneb, u farms li jispeċjalizzaw fit-tismin staġonali ta’ annimali jew fil-produzzjoni ta’ frott jew ħxejjex fil-beraħ;

(b)

nuqqas mix-xogħol iżda mhux minħabba vaganzi normali, eż. servizz militari, mard, diżgrazzji, maternità, lif estiż, eċċ.;

(ċ)

sħubija jew tluq mill-kumpanija;

(d)

waqfien totali ta’ xogħol tal-azjenda minħabba kawżi aċċidentali (għarghar, nar, eċċ.).

Dawn li ġejjin huma subkategoriji:

13.   Detentur/manager

Persuna li tassumi responsabbilta’ ekonomika u legali għall-kumpanija u li tieħu ħsieb it-tmexxija ta’ kuljum. Fil-każ ta’ arranġamenti ta’ qsim ta’ uċuh tar-raba’, min jaqsam l-uċuh tar-raba’ huwa indikat bħala detentur/manager.

14.   Detentur/mhux manager

Persuna li tassumi responsabbilta’ ekonomika u legali għall-kumpanija mingħajr ma tieħu ħsieb it-tmexxija ta’ kuljum.

15.   Manager/mhux detentur

Persuna li tieħu ħsieb it-tmexxija ta’ kuljum tal-azjenda mingħajr ma tassumi responsabbilta’ ekonomika u legali għaliha.

16.   Mara/Raġel tad-detentur(i)

17.   Xogħol ieħor regolari mhux imħallas

Xogħol regolari mhux imħallas mhux inkluż fl-intestaturi preċedenti. Tinkludi wkoll il-foreman u l-assistenti managers li ma humiex responsabbli għat-tmexxija tal-farm kollu.

B.18.   Xogħol każwali u staġonali mhux imħallas

Xogħol mhux imħallas li ma jkunx sar regolarment fl-azjenda waqt is-sena tal-kontijiet għandu jingħadd taħt din l-intestatura.

C.   Xogħol regolari mħallas

Xogħol imħallas (bħala flus kontanti u/jew oġġetti) fuq l-iskala normali għal servizzi mogħtija u li waqt is-sena tal-kontijiet (esklużi vaganzi normali) maħduma għal mill-inqas ġurnata sħiħa fil-ġimgħa għall-kumpanija.

Għandhom jintwerew is-subkategoriji li ġejjin:

19.   Manager tal-farm

Persuna b’salarju responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum tal-azjenda.

20.   Oħrajn

Kull xogħol ieħor imħallas regolarment (ħlief għall manager tal-azjenda li għandu salarju) għandu jingħadd taħt din l-intestatura. Tinkludi wkoll il-foreman u l-assistenti managers li ma humiex responsabbli għat-tmexxija tal-farm kollu.

D.21.   Xogħol imħallas każwali u staġonali

Ħaddiema mħallsa li ma ħadmux regolarment waqt is-sena tal-kontijiet (inkludi ħaddiema parzjali) għandhom jingħaddu taħt din l-intestatura.

KOLONNI FIT-TABELLA C

Funzjonijiet (kodiċi) (kolonna 1, pożizzjonijiet 51, 55, 59, 63 u 67)

Il-funzjoni hija indikata minn numru ta’ kodiċi, i.e.:

1.

=

detentur/manager;

2.

=

detentur/mhux manager;

3.

=

manager/mhux detentur.

Meta l-funzjoni tkun issir minn diversi persuni (eż. żewġt aħwa, missier u iben, eċċ) kull wieħed għandu jitniżżel f’ordni dixxendenti ta’ responsabbiltà; f’każ ta’ responsabbiltà indaqs, għandha tintuża ordni dixxendenti tal-età. Għaldaqstant l-informazzjoni li tirrigwarda l-persuna li tassumi l-ikbar responsabbiltà għandha tiġi mniżżla fil-pożizzjonijiet 51 sa 54; dik li tirrigwarda l-persuna li għandha inqas responsabbiltà fil-pożizzjonijiet 55 sa 58, eċċ.

Numru ta’ persuni (kolonna 1, pożizzjonijiet 71 u 74)

In-numru ta’ konjugi u n-numru ta’ persuni fil-kategorija “Xogħol ieħor regolari mhux imħallas” għandu jiġi indikat. Meta jkun hemm diversi detenturi, jista’ jkun hemm iktar minn konjugi wieħed.

Sena tat-twelid (kolonna 2)

Is-sena ta’ twelid għandha tingħata biss fir-rigward tad-detentur(i) u/jew manager(s) (kategoriji 13 sa 15 u 19) u għandhom jintużaw l-aħħar żewġ figuri tas-sena.

Il-forza tax-xogħol totali: numru ta’ unitajiet annwali (kolonna 3)

Il-forza tax-xogħol regolarment impjegata għandha tinqaleb f’unitajiet annwali ta’ xogħol. Unità waħda annwali ta’ xogħol hija ekwivalenti għal persuna waħda li taħdem il-ħin kollu mal-kumpanija. Persuna waħda ma tistax teċċedi ekwivalenti ta’ unità waħda ta’ xogħol, anki jekk il-ħin ta’ xogħol attwali tiegħu jeċċedi n-norma għar-reġjun u għat-tip ta’ kumpanija. Persuna li ma taħdimx is-sena kollha fl-azjenda tirrappreżenta frazzjon ta’ “unità annwali ta’ xogħol”. L-“unità annwali ta’ xogħol” ta’ kull persuna ta’ din ix-xorta tinkiseb billi wieħed jiddividi l-ħin attwali ta’ xogħol fis-sena bil-ħin normali ta’ xogħol fis-sena ta’ ħaddiem il-ħin kollu fir-reġjun li qiegħed jiġi kunsidrat u fl-istess tip ta’ kumpanija.

Fil-każ ta’ ħaddiema li huma inqas kapaċi l-ekwivalent ta’ unità ta’ xogħol annwali għandha titnaqqas b’ mod proporzjonat mal-kapaċitajiet tagħhom.

Ħin maħdum (kolonna 4)

Il-ħin maħdum għandu jiġi indikat f’sigħat. Dan għandu jirreferi għall-ħin attwalment iddedikat għax-xogħol tal-azjenda. Fil-każ ta’ ħaddiema li huma inqas kapaċi l-ħin maħdum għandu jiġi mnaqqas bi proporzjon mal-kapaċitajiet tagħhom.

Il-ħin maħdum minn ħaddiema li jaħdmu biċċa biċċa għandu jiġi stmat billi jiġi diviż l-ammont totali mħallas għax-xogħol, bil-paga fis-siegħa għal ħaddiem li huwa impjegat bis-siegħa.

Xogħol f’kumpanija agrikola

Xogħol fl-azjenda jinkludi x-xogħol kollu ta’ organizzazzjoni, sorveljanza u eżekuzzjoni, kemm manwali kif ukoll amministrattiv, magħmul b’konnessjoni mal-amministrazzjoni normali tal-azjenda, eż.:

organizzazzjoni u tmexxija finanzjarja (bejgħ u u xiri mill-farms, żamma ta’ kotba, eċċ.),

xogħol fl-għelieqi (ħrit, żriegħ, ħsad, manutenzjoni ta’ siġar, eċċ.),

tgħammir ta’ l-annimali (tħejjija tal-għalf, tmigħ tal-annimali, ħlib, kura tal-annimali, eċċ.),

tħejjija ta’ prodotti għas-suq, ħżin u proċessar fir-razzett,

manutenzjoni ta’ bini, makkinarju, apparat, sisien tal-ħaxix, gandotti, eċċ.,

trasport għall-kumpanija u magħmul mill-ħaddiema tal-azjenda,

xogħol ieħor direttament konness ma’ xogħol fuq razzett:

xogħol ta’ forestrija fuq boskijiet li jinsabu fl-azjenda agrikola,

xogħol li jirrigwarda t-turiżmu (manutenzjoni ta’ art li tintuża għall-ikkampjar, għall-iskopijiet jew għar-rekreazzjoni, faċilitajiet għall-irkib taż-żwiemel, kiri ta’ kabini, eċċ.) meta dawn ikunu anċillari jew jitħalltu max-xogħol tal-azjenda b’tali mod li fil-prattika jkun impossibbli li wieħed jifred l-attivitajiet turistiċi mix-xogħol agrikolu normali tal-azjenda (f’dan il-każ id-dħul irrelatat mat-turiżmu għandu jiġi inkluż taħt prodotti (ara l-intestatura 179) u dħul tal-farm rispettivament),

xogħol ta’ kuntratti għall-oħrajn meta dan ikun okkażjonali u magħmul b’apparat tal-farm (il-ħlas għal dan huwa inkluż fil-produzzjoni tal-azjenda).

Dawn li ġejjin ma humiex inklużi fix-xogħol tal-azjenda:

xogħol fil-produzzjoni ta’ assi fissi (xogħol ta’ kostruzzjoni jew ta’ tiswijiet maġġuri ta’ bini jew makkinarju, tħawwil ta’ ġonna bis-siġar, ħatt ta’ bini, tagħżiq ta’ ġonna bis-siġar, eċċ.),

xogħol magħmul għad-dar tad-detentur jew manager.

D.   NUMRU U VALUR TA’ ANNIMALI

Wieħed għandu jagħmel distinzjoni bejn il-kategoriji ta’ ħażniet li ġejjin:

22.   EKWINI (l-etajiet kollha)

Jinkludu wkoll żwiemel, ħmir, bagħal wild ħmar u debba, bagħal wild żiemel u ħmara, eċċ., tat-tlielaq u tal-irkib.

23.   GĦOĠIELA GĦAT-TISMIN

Għoġiela għat-tismin normalment maqtula fl-età ta’ madwar sitt xhur.

24.   BAQAR OĦRAJN TA’ INQAS MINN SENA

25.   BARRIN MINN SENA SA INQAS MINN SENTEJN

26.   BAQAR MINN SENA SA INQAS MINN SENTEJN

Esklużi annimali tal-fart nisa mħabbla. BARRIN TA’ SENTEJN JEW IŻJED

27.   GĦOĠIELA TA’ SENTEJN JEW AKTAR

28.   ERĦAT GĦAT-TGĦAMMIR

Baqar ta’ sentejn jew iżjed li jkunu għadhom ma welldux u li jkunu intenzjonati għat-tgħammir.

29.   ERĦAT GĦAT-TISMIN

Annimali bovini nisa ta’ sentejn jew iżjed li jkunu għadhom ma welldux u li ma humiex intenzjonati għat-tgħammir.

30.   BAQAR TAL-ĦALIB

Baqar li jkunu welldu (inklużi dawk ta’ inqas minn sentejn) li jinżammu esklussivament jew primarjament għall-produzzjoni tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem jew għall-ipproċessar fi prodotti tal-ħalib.

31.   BAQAR TAL-ĦALIB MAQTULA

Baqar tal-ħalib wara l-aħħar treddigħ. Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda.

32.   BAQAR OĦRAJN

1.

Baqar li jkunu welldu (inklużi dawk ta’ inqas minn sentejn) li jinżammu esklussivament jew primarjament għall-produzzjoni tal-għoġiela u li l-ħalib tagħhom ma jintużax għall-konsum jew għall-ipproċessar mill-bniedem bħala prodotti tal-ħalib.

2.

Baqar għax-xogħol.

3.

Baqar mhux tal-ħalib li jinqatlu (kemm jekk ikunu imsemmna qabel il-qtil u kemm jekk le).

L-intestaturi 23 sa 32 jinkludu wkoll l-kategoriji korrispondenti ta’ bufli u nisa tal-bufli.

33.   ĠARAR TAN-NAĦAL, li jridu jiġu indikati skont in-numru ta’ ġarar okkupati

34.   FNIEK, FENKIET LI JGĦAMMRU

35. sa 37. (Mhux użat)

38.   MOGĦOŻ, NISA GĦAT-TGĦAMMIR

39.   MOGĦOŻ OĦRAJN

Mogħoż apparti minn nisa għat-tgħammir.

40.   NAGĦAĠ NISA

Nagħaġ ta’ sena jew iżjed intenzjonati għat-tgħammir.

41.   NAGĦAĠ OĦRAJN

Nagħaġ tal-etajiet kollha ħlief nagħaġ nisa.

42.   Mhux użat

43.   FRIEĦ TAL-ĦNIEŻER

Frieħ tal-ħnieżer b’ piż ħaj ta’ inqas minn 20 kg.

44.   ĦNIEŻER NISA TAT-TGĦAMMIR

Ħnieżer nisa tat-tgħammir ta’ 50 kg jew iżjed esklużi ħnieżer nisa maqtula (ara l-intestatura 46 “Ħnieżer oħrajn”).

45.   ĦNIEŻER GĦAT-TISMIN

Ħnieżer għat-tismin ta’ 20 kg piż ħaj jew iżjed, esklużi ħnieżer nisa mejtin u ħnieżer slavaġ (ara l-intestatura 46 “Ħnieżer oħrajn”).

46.   ĦNIEŻER OĦRAJN

Ħnieżer ta’ 20 kg piż ħaj jew iżjed, esklużi ħnieżer nisa mejtin (ara l-intestatura 44) u ħnieżer għat-tismin (ara l-intestatura 45).

47.   TIĠIEĠ GĦALL-MEJDA

Esklużi tiġieġ li jbidu u tiġieġ tal-qatla. Mhux inklużi flieles.

48.   TIĠIEĠ LI JBIDU

Inklużi għattuq tal-ftuħ, tiġieġ li jbidu u tiġieġ tal-qatla. L-għattuq huma tiġieġ żgħar li jkunu għadhom ma bdewx ibidu. Mhux inklużi flieles.

49.   TJUR OĦRA

Inklużi papri, dundjani, wiżż, fargħuni u nagħmiet. Jinkludu nisa għat-tgħammir. Mhux inklużi flieles.

50.   ANNIMALI OĦRAJN

Evalwazzjonijiet biss. Inklużi tiġieġ, fniek ħlief nisa għat-tgħammir, ċriev, bufli u ħut. Inklużi poni u annimali oħrajn użati għat-turiżmu tal-farms. Esklużi prodotti ta’ annimali oħrajn (ara t-Tabella K, intestatura 170).

KOLONNI FIT-TABELLA D

Valutazzjoni tal-ftuħ (kolonni 1 u 2)

 

Numru (kolonna 1)

Numru ta’ annimali ħajjin li jappartjenu għall-istess kumpanija fil-bidu tas-sena tal-kontijiet, kemm jekk ikunu fl-azjenda u kemm jekk le f’dak il-ħin.

 

Valur (kolonna 2)

Valur tal-annimali ħajjin li jappartjenu lill-kumpanija fil-bidu tas-sena tal-kontijiet, stabbilit skont prezzijiet preżenti.

Valutazzjoni tal-għeluq (kolonni 3 u 4)

 

Numru (kolonna 3)

Numru ta’ annimali ħajjin li jappartjenu għall-istess kumpanija fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, kemm jekk ikunu fl-azjenda u kemm jekk le f’dak il-ħin.

 

Valur (kolonna 4)

Valur tal-annimali ħajjin li jappartjenu lill-kumpanija fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, stabbilit skont prezzijiet preżenti.

Numru medju (kolonna 5)

In-numru medju għandu jiġi espress sa punt deċimali wieħed, ħlief għat-tjur u l-fniek fejn iridu jingħataw numri sħaħ. Kull unità tirreferi għall-preżenza ta’ annimal wieħed fl-azjenda għal sena waħda. L-annimali għandhom jingħaddu bi proporzjon skond it-tul ta’ żmien li huma jagħmlu fl-azjenda matul is-sena.

In-numru medju għandu jiġi stabbilit permezz ta’ inventarji perjodiċi jew billi jitniżżlu l-wasliet u t-tluq. Jinkludi l-annimali kollha preżenti fl-azjenda, kif ukoll annimali mrobbija jew imsemmna taħt kuntratt (annimali li ma jappartjenux għall-kumpanija, li jitrabbew jew huma msemmna hemmhekk b’tali manjiera li l-attività tikkostitwixxi biss servizz mogħti mid-detentur, li ma jassumix ir-riskju finanzjarju normalment assoċjat mat-trobbija jew it-tismin ta’ dawn l-annimali) u annimali meħuda jew mogħtija għall-agistment għall-perjodu tas-sena ta’ meta jkunu preżenti fl-azjenda.

E.   XIRI U BEJGĦ TA’ ANNIMALI ĦAJJIN

Il-kategoriji li ġejjin ta’ annimali huma speċifikati:

51.   Ekwini

52.   Baqar

L-intestatura 52 tinkludi wkoll ix-xiri u l-bejgħ ta’ bufli.

53.   Mhux użat

54.   Nagħaġ

55.   Mogħoż

56.   Ħnieżer

57.   Tjur

Jinkludu wkoll l-ammont imħallas fuq bajd, għat-tfaqqis u għax-xiri u l-bejgħ tal-flieles.

58.   Annimali oħrajn

Inklużi fniek u ġarrer tan-naħal okkupati.

KOLONNI FIT-TABELLA E

Xiri ta’ annimali ħajjin (kolonna 1)

Xiri totali ta’ annimali ħajjin waqt is-sena tal-kontijiet (inklużi spejjeż ta’ xiri). L-għotjiet u s-sussidji rrelatati mhumiex imnaqqsa mit-total ta’ dan ix-xiri, imma huma speċifikati taħt l-intestatura 116 (ara l-istruzzjonijiet dwar din l-intestatura).

Bejgħ ta’ annimali ħajjin (kolonna 2)

Total ta’ bejgħ ta’ annimali ħajjin waqt is-sena tal-kontijiet. L-għotjiet u s-sussidji rrelatati mhumiex inklużi fit-total ta’ bejgħ, imma huma speċifikati taħt l-intestatura 112 (ara l-istruzzjonijiet dwar din l-intestatura).

Meta l-ispejjeż tat-tpoġġija fis-suq, jekk ikun hemm, ikunu magħrufa ma għandhomx jitnaqqsu mit-total tal-bejgħ, imma għandhom jingħataw taħt l-intestatura 71 (“Spejjeż speċifiċi oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-annimali ħajjin”).

Konsum tal-farm u benefiċċji in natura (kolonna 3)

Valur ta’ annimali kunsmati min-nies li joqogħdu fir-razzett jew użati għal benefiċċji in-natura waqt is-sena tal-kontijiet, evalwati skont il-prezz ta’ meta l-prodott jitlaq mir-razzett.

F.   SPEJJEŻ

Spejjeż tal-farm (fi flus kontanti u bħala oġġetti) huma relattati mal-“konsum” ta’ rizorsi produttivi (inkluż użu tal-farm) li jikkorrispondi mal-produzzjoni tal-farm waqt is-sena tal-kontijiet jew mal-“konsum” ta’ dawk ir-risorsi waqt is-sena tal-kontijiet. Meta ċertu nfiq ikun relattat parzjalment ma’ użu privat u parzjalment mal-ispejjeż tal-farm (eż. elettriku, ilma, karburanti li jsaħħnu u karburanti tal-magni, eċċ.) il-parti tal-aħħar biss għandha tiġi inkluża fil-prospett tal-farm. Il-proporzjon tal-ispiża fuq karrozzi privati li jikkorrispondi mal-użu tagħhom għal skopijiet tal-farm għandu jiġi inkluż ukoll.

Meta jiġu kalkulati l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni tas-sena tal-kummerċ ix-xiri u l-użu tal-farm waqt is-sena għandhom jiġu aġġustati skont il-bidliet fil-valutazzjoni (inklużi bidliet fil-kultivazzjonijiet). Għal kull oġġett it-total ta’ spejjeż imħallsa u l-valur tal-użu tal-farm għandhom jintwerew separatament.

Meta l-ispejjeż indikati jkunu għall-“konsum” totali tad-dħul waqt is-sena tal-kontijiet imma ma jikkorrispondux mal-produzzjoni matul dik is-sena, il-bidliet fil-ħażniet ta’ dħul (inklużi spejjeż akkumulanti ta’ uċuh tar-raba’ li jkunu qegħdin jikbru) għandhom jiġu indikati taħt l-intestatura 102 “kapital li jiċċirkola”.

L-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-“konsum” ta’ assi kapitali li huma rappreżentati minn zvalutazzjoni, jiġifieri spiża fuq l-akkwist ta’ assi kapitali, ma għandhomx jitqiesu bħala spiża tal-farm. Għal struzzjonijiet dwar zvalutazzjoni ara l-intestaturi 94 sa 103.

Infiq fuq oġġetti kumpensati waqt is-sena tal-kontijiet jew iktar tard (eż. tiswijiet fi trakter b’ riżultat ta’ inċident kopert minn polza ta’ assigurazzjoni jew mir-responsabbiltà ta’ parti terza) ma għandux jitniżżel bħala spejjeż tal-farm, u l-irċevuti relattivi ma għandhomx jiġu inklużi fil-kontijiet tal-farm.

L-irċevuti mill-bejgħ ta’ provvisti mixtrija għandhom jitnaqqsu mid-dħul korrispondenti.

Għotjiet u sussidji marbuta ma’ spejjeż ma għandhomx jitnaqqsu mill-oġġetti ta’ spejjeż relattivi imma għandhom jitniżżlu taħt l-intestatura 114 (ara l-istruzzjonijiet li jirrigwardaw dik l-intestatura). Għotjiet u sussidji għal investimenti jidhru taħt l-intestaturi 94 sa 103.

L-ispejjeż jinkludu wkoll kull infiq fuq xiri rrelatat ma’ kull oġġett ta’ spiża.

L-ispejjeż huma klassifikati skont kif ġej:

59.   Pagi u spejjeż ta’ sigurta’ soċjali għal xogħol imħallas

Din il-partita tinkludi dawn li ġejjin:

salarji u pagi attwalment imħallsa fi flus kontanti lil min jaqla’ paga irrispettivament mill-bażi tar-remunerazzjoni (jekk hux skont kull biċċa xogħol jew bis-siegħa), bi tnaqqis ta’ kull konċessjonijiet soċjali mħallsa lid-detentur, fil-kapaċità tiegħu bħala min jagħti x-xogħol, sabiex jikkumpensa għall-ħlas ta’ salarju li ma jikkorrispondix għax-xogħol li attwalment ikun sar (eż. nuqqas mix-xogħol minħabba xi diżgrazzja, taħriġ vokazzjonali, eċċ.),

salarji u pagi f’oġġetti (eż. akkommodazzjoni, ikel, għoti ta’ dar, frott tal-farm, eċċ.),

bonus għall-produttività jew kwalifiċi, rigali, affarijiet b’ xejn, qsim tal-qligħ,

infiq ieħor assoċjat ma’ xogħol (spejjeż ta’ reklutaġġ),

ħlasijiet ta’ sigurtà soċjali li jaqgħu fuq min jagħti x-xogħol u dawk imħallsa minnu f’isem u minflok l-impjegat,

assigurazzjoni okkupazzjonali f’inċident.

Il-ħlasijiet ta’ sigurtà soċjali personali tad-detentur, kif ukoll dawk ta’ assigurazzjoni u ta’ xogħol mhux imħallas ma għandhomx jitqiesu bħala spejjeż tal-farm.

L-ammonti li jirċievu l-ħaddiema mhux imħallsa (li skont id-definizzjoni huma inqas minn paga normali — ara d-definizzjoni ta’ xogħol bla ħlas) ma għandhomx jidhru fil-prospett tal-farm.

Konċessjonijiet (fi flus kontanti jew f’oġġetti) imħallsa lil ħaddiema rtirati mħallsa li ma għadhomx impjegati mal-kumpanija ma għandhomx jidħlu taħt dan l-oġġett imma taħt l-intestatura “Spejjeż ġenerali u regolari oħrajn tal-biedja”.

60.   Xogħol ta’ kuntratti u ta’ kiri ta’ makkinarju

Din il-partita tinkludi dawn li ġejjin:

L-ispiża totali fir-rigward ta’ xogħol fuq ir-razzett imwettaq minn kuntratturi agrikoli. Din tinkludi ġeneralment il-prezz għall-użu ta’ apparat (inkluż il-fjuwil) u x-xogħol. Fil-każ li l-prezz tal-materjali wżati, minbarra l-fjuwil (jiġifieri prodotti għall-ħarsien ta’ wċuh tar-raba’) huwa wkoll inkluż fil-kuntratt, il-prezz ta’ dawn il-materjali għandu jkun eskluż. Dan l-ammont (jekk ikun neċessarju ssir stima) għandu jiddaħħal taħt il-prezz tal-prodott korrispondenti (eż. il-pestiċidi għandhom jiġu rreġistrati taħt l-intestatura 75 “Prodotti għall-ħarsien ta’ wċuh tar-raba’”).

prezz għall-kiri ta’ magni wżati mill-ħaddiema tal-farm. L-ispejjeż tal-fjuwil relatati mal-użu ta’ magni mikrija, għandu jiġi rreġistrat taħt l-intestatura 62 “Karburanti u lubrikanti tal-mutur”,

il-prezz għall-kiri ta’ magni wżati mill-ħaddiema tal-farm. L-ispejjeż tal-fjuwil u tal-manutenzjoni ta’ magni mikrija għandhom jiġu rreġistrati taħt l-intestaturi relevanti (l-intestaturi 61 “Manutenzjoni preżenti ta’ makkinarju u apparat” u 62 “Karburanti u lubrikanti tal-mutur”).

61.   Manutenzjoni preżenti ta’ makkinarju u apparat

Il-prezz tal-manutenzjoni ta’ makkinarju u apparat u ta’ tiswijiet minuri li ma jaffettwawx il-valur fis-suq tal-apparat (ħlas tal-mekkanik, prezz tal-partijiet li jissostitwixxu dawk difettużi, eċċ).

Dan in-numru tal-kodiċi jinkludi x-xiri ta’ apparat minuri, l-prezz ta’ oġġetti magħmulin minn sarraġġ u tax-xogħol tan-nagħal taż-żwiemel, ix-xiri ta’ tyres, frames ta’ rafforzament, ħwejjeġ protettiv għal xogħol insanitarju, deterġenti għat-tindif ta’ apparat in-ġenerali, u l-proporzjon tal-prezz ta’ karrozzi privati li jikkorrispondu mal-użu tagħhom għal skopijiet tal-farm (ara wkoll l-intestatura 63). Deterġenti użati għat-tindif ta’ apparat tal-annimali ħajjin (eż. magni tal-ħalib) għandhom jiddaħħla taħt l-intestatura 71 “Spejjeż speċifiċi oħrajn tal-annimali ħajjin”.

Tiswijiet maġġuri li jżidu l-valur tal-apparat, imqabbla mal-valur tiegħu qabel ma jsiru t-tiswijiet, ma humiex inklużi taħt din l-intestatura (ara wkoll l-istruzzjonijiet dwar svalutazzjoni fit-tabella G).

62.   Karburanti u lubrikanti tal-muturi

Din l-intestatura tinkludi wkoll il-proporzjon tal-ispejjeż tal-karburanti u l-lubrikanti għall-karozzi privati li tikkorrispondi għall-użu tagħhom għal finijiet tal-farm (ara l-intestatura 63 hawn taħt).

Fejn il-prodotti taż-żejt jintużaw sew bħala karburanti tal-magni kif ukoll tat-tisħin, is-somma totali tinqasam f’żewġ taqsimiet:

62.

“Karburanti u lubrikanti tal-muturi”

80.

“Karburanti għat-tisħin”.

63.   Spejjeż ta’ karrozzi

Meta l-proporzjon tal-farm tal-ispiża fuq karrozzi privati jiġi kalkulat b’mod arbitrarju (eż. ammont fiss għal kull km), dawn l-ispejjeż huma indikati taħt din l-intestatura.

Għalf tal-bhejjem

L-għalf tal-bhejjem huma maqsuma f’dawk mixtrija u dawk magħmula u użati fir-razzett.

L-għalf tal-bhejjem mixtri jinkludi “mineral licks”, prodotti tal-ħalib (mixtrija jew ritornati lir-razzett) u prodotti għall-preservazzjoni u ħżin ta’ għalf tal-bhejjem, kif ukoll l-infiq fuq agistment, fuq l-użu ta’ għelieqi u mergħat komuni mhux inklużi fiż-ŻAU u fuq il-kiri ta’ art fejn jikber l-għalf taż-żwiemel mhux inkluża fiż-ŻAU. Rimi u tiben mixtri huwa inkluż ukoll mal-għalf tal-bhejjem mixtri.

Għalf tal-bhejjem mixtri għal merħliet li jirgħu huma subdiviżi f’għalf tal-bhejjem ikkonċentrat u għalf mhux ipproċessat (inklużi agistments u infiq fuq l-użu komuni ta’ għelieqi, mergħat u art fejn jikber l-għalf taż-żwiemel mhux inklużi fiż-ŻAU, u rimi u tiben mixtri).

L-intestatura “għalf ikkonċentrat” tinkludi partikolarment kejkijiet taż- żejt, għalf kompost, ċereali, ħaxix imnixxef, polpa mnixxfa tal-pitrava zokkrija, ħut, ħalib u prodotti tal-ħalib, minerali u prodotti għall-preservazzjoni u l-ħżin ta’ dan l-għalf tal-bhejjem.

Infiq fuq xogħol imwettaq minn kuntratturi agrikoli għall-produzzjoni ta’ għalf mhux ipproċessat, eż. ħżin ta’ ħaxix tal-għalf f’sajl biex jitma’ l-bhejjem fix-xitwa, għandu jitniżżel taħt l-intestatura 60 “Xogħol b’ kuntratt”.

Għalf tal-bhejjem magħmul u użat fir-razzett jinkludi prodotti tal-farm li jistgħu jinbiegħu użati bħala għalf tal-bhejjem (inkluż ħalib u prodotti tal-ħalib imma eskluż l-ħalib mirdugħ mill-għoġiela, li ma għandux jiġi meqjus). Rimi u tiben magħmul mill-kumpanija huma inklużi biss jekk ikunu prodott li jista’ jinbiegħ fir-reġjun u fis-sena involuti.

L-analiżi ekonomika li ġejja għandha tingħata:

Għalf tal-bhejjem mixtrija:

64.   Għalf tal-bhejjem ikkonċentrat għal merħliet li jirgħu (ekwini, baqar, nagħaġ, mogħoż)

65.   Għalf mhux raffinat għal bhejjem li jirgħu (ekwini, baqar, nagħaġ, mogħoż)

66.   Għalf mixtri għall-ħnieżer

67.   Għalf mixtri għat-tjur u għal annimali żgħar oħrajn

Għalf tal-bhejjem magħmul fil-farms u użat fil-farms għal:

68.   Merħliet li jirgħu (ekwini, baqar, nagħaġ, mogħoż)

69.   Ħnieżer

70.   Tjur u annimali żgħar oħrajn

71.   Spejjeż speċifiċi oħrajn marbutin ma’ annimali ħajjin

L-ispejjeż kollha direttament rrelatati mal-produzzjoni ta’ annimali ħajjin li ma jaqgħu taħt ebda dispożizzjoni separata fl-intestaturi tal-ispejjeż l-oħrajn: miżati tal-veterinarji, mediċini, ħlasijiet għall-kiri ta’ żwiemel tar-razza għat-tgħammir, inseminazzjoni artifiċjali, tiswija, testijiet tal-ħalib, abbonament u reġistrazzjoni fil-kotba tal-merħliet, deterġenti għat-tindif ta’ apparat tal-bhejjem (eż. magni tal-ħlib), materjali tal-ippakkjar għal prodotti tal-bhejjem u provvisti għall-ipproċessar ta’ prodotti tal-bhejjem, l-ispejjeż ta’ ħżin u preparazzjoni għas-suq ta’ prodotti tal-bhejjem tal-farm magħmula barra r-razzett, l-ispiża tat-tpoġġija ta’ prodotti tal-bhejjem tal-farm fis-suq, xiri okkażjonali li jikkumplimenta l-produzzjoni tal-azjenda, ta’ prodotti tal-annimali (eż. ħalib) proċessat fl-azjenda, eċċ. Inkluż ukoll il-kiri għal żmien qasir ta’ bini użat għaż-żamma ta’ annimali jew għall-ħżin ta’ prodotti konnessi magħhom.

72.   Żerriegħa u nebbieta mixtrija

Żerriegħa u nebbieta mixtrija kollha, inklużi basal, basal tal-qasab, u tuberi. L-ispejjeż ta’ siġar żgħar u baxxi għal pjantazzjoni ġdida jirrappreżentaw investiment u għandhom jidhru jew taħt l-intestatura 96 “Uċuh tar-raba’ permanenti” jew taħt l-intestatura 100 “Art tal-foresti”. Madankollu, l-ispejjeż ta’ siġar żgħar u baxxi għal operazzjoni minuri ta’ tħawwil ġdid għandhom jitqiesu bħala spejjeż għas-sena tal-kontijiet u għandhom jiġu indikati taħt l-intestatura preżenti ħlief għal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ foresti marbuta mal-kumpanija agrikola li għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura 77 “Spejjeż speċifiċi ta’ forestrija”.

L-ispejjeż tal-ipproċessar taż-żerriegħa (arranġament, disinfettar) huma inklużi wkoll taħt din l-intestatura.

73.   Żerriegħa u nebbieta mkabbra u użati fir-razzett

Żerriegħa u nebbieta mixtrija kollha (inklużi basal, basal tal-qasab u tuberi) mkabbra u użati fir-razzett.

74.   Fertilizzanti u sustanzi li jtejbu l-ħamrija

Il-fertilizzanti kollha mixtrija u sustanzi li jtejbu l-ħamrija (eż. lumi aħdar) inkluż kompost, pit u demel (eskluż demel magħmul fl-azjenda).

Fertilizzanti u sustanzi li jtejbu l-ħamrija użati għal foresti li jiffurmaw parti mill-kumpanija agrikola għandhom jitniżżlu taħt l-intestatura 77 “Spejjeż speċifiċi ta’ forestrija”.

75.   Prodotti għall-ħarsien ta’ l-uċuh tar-raba’

Il-materjal kollu għall-ħarsien ta’ uċuh tar-raba’ u pjanti kontra pesti u mard, predaturi, temp ħażin, eċċ. (insettiċidi, fungiċidi, erbiċidi, lixka bil-velenu, affarijiet li jbeżżgħu l-għasafar, qxur kontra l-borra, ħarsien kontra l-ġelu, eċċ.). Jekk l-operazzjonijiet għall-ħarsien ta’ l-uċuh tar-raba’ jitwettqu minn kuntrattur u jekk il-prezz tal-materjali ta’ protezzjoni użati ma jkunx magħruf separatament, it-total għandu jiddaħħal taħt l-intestatura 60 “Xogħol b’ kuntratt”.

Materjali protettivi użati għal foresti li jiffurmaw parti mill-kumpanija agrikola għandhom jitniżżlu taħt l-intestatura 77 “Spejjeż speċifiċi ta’ forestrija”.

76.   Spejjeż speċifiċi oħrajn ta’ l-uċuh tar-raba’ (inklużi mergħat u art bil-ħaxix permanenti)

L-ispejjeż kollha li għandhom konnessjoni direttva mal-produzzjoni ta’ l-uċuh tar-raba’ li għalihom ma hemm ebda dispożizzjoni separata fl-intestaturi ta’ spejjeż l-oħrajn: materjali tal-ippakkjar u l-irbit, spag u ħbula, l-ispejjeż ta’ analiżi tal-ħamrija, spejjeż tal-kompetizzjoni ta’ l-uċuh tar-raba’, koperti tal-plastik (eż. għat-tkabbir tal-frawli), provvisti għall-preservazzjoni u l-ipproċessar ta’ l-uċuh tar-raba’, ħżin u preparazzjoni għas-suq ta’ uċuh tar-raba’ magħmul barra r-razzett, l-ispiża tat-tpoġġija tal-prodotti ta’ l-uċuh tar-raba’ tal-farm fis-suq, flus imħallsa għax-xiri ta’ uċuh tar-raba’ weqfin li jistgħu jitpoġġew fis-suq jew għall-kiri ta’ art għal perjodu ta’ inqas minn sena għat-tkabbir ta’ uċuh tar-raba’ li jistgħu jitpoġġew fis-suq, xiri okkażjonali, li jikkumplimenta l-produzzjoni tal-azjenda, ta’ prodotti tal-uċuh tar-raba’ (eż. għeneb), proċessat fl-azjenda, eċċ. Jinkludi wkoll il-kiri għal żmien qasir ta’ bini użati għal uċuh tar-raba’ li jistgħu jitpoġġew fis-suq.

77.   Spejjeż speċifiċi ta’ forestrija

Fertilizzanti, materjali protettivi, spejjeż speċifiċi mħalltin. Spejjeż ta’ xogħol, xogħol b’ kuntratt u mekkanizzazzjoni mhumiex inklużi; dawn jidhru taħt l-intestatura ta’ spejjeż xierqa.

78.   Manutenzjoni ta’ titjib tal-art u bini

Manutenzjoni (tat-tip tal-inkwilin) ta’ bini u titjib tal-art inklużi serer, tipi ta’ qafas u appoġġi. Ix-xiri ta’ materjali ta’ bini għall-manutenzjoni preżenti ta’ bini għandu jiddaħħal taħt din l-intestatura.

Ix-xiri ta’ materjali ta’ bini għal investimenti ġodda għandu jiddaħħal taħt il-kolonna ta’ “investimenti” tal-intestaturi 94 “Art agrikola u bini tal-farm”, 97 “Titjib tal-art” u/jew 98 “Bini tal-farm”.

L-ispejjeż ta’ tiswijiet maġġuri fil-bini li jżidu l-valur tagħhom (manutenzjoni maġġuri) mhumiex inklużi taħt din l-intestatura, anki jekk l-ispiża ta’ dan ix-xogħol jagħmel tajjeb għaliha l-inkwilin (ara l-istruzzjonijiet dwar il-kera mħallsa, intestatura 85). Dawn l-ispejjeż jidhru taħt l-intestatura “Bini tal-farm”.

79.   Elettriku

Konsum totali ta’ elettriku għall-użu kummerċjali tal-farm.

80.   Karburanti għat-tisħin

Konsum totali ta’ karburanti għat-tisħin għal użu kummerċjali tal-farm inkluż it-tisħin ta’ serer.

81.   Ilma

Spejjeż ta’ konnessjoni mal-mains u konsum ta’ ilma għall-iskopijiet kollha tal-farm inkluża l-irrigazzjoni. L-ispejjeż għall-użu ta’ apparat tal-ilma tal-farm għandhom jiddaħħlu taħt l-intestaturi xierqa: valutazzjoni ta’ makkinarju u apparat, manutenzjoni preżenti ta’ makkinarju u apparat, karburanti tal-muturi, elettriku.

82.   Assigurazzjoni

Il-premiums tal-assigurazzjoni kollha li jkopru r-riskji tal-farm, bħar-responsabbiltà tad-detentur lejn partijiet terzi, nar, għargħar, assigurazzjoni kontra l-mewt tal-annimali u ħsara fl-uċuh tar-raba’, eċċ, ħlief għal premiums tal-assigurazzjoni li jkopru diżgrazzji fuq ix-xogħol li jidhru taħt l-intestatura 59. Din tinkludi premiums ta’ assigurazzjoni għall-bini biss jekk ma jkunux iddaħħlu diġà taħt l-intestatura 87.

83.   Taxxi u drittijiet oħrajn

It-taxxi u d-drittijiet l-oħrajn kollha relattati mal-kummerċ tal-farm, inklużi dawk imposti f’konnessjoni mal-miżuri ta’ ħarsien ambjentali, imma eskluża l-VAT u t-taxxi imposti fuq art, bini jew xogħol. Taxxi diretti fuq id-dħul tad-detentur ma għandhomx jingħaddu mal-ispejjeż tal-farm.

84.   Spejjeż ġenerali u regolari oħrajn tal-biedja

L-ispejjeż l-oħrajn kollha tal-biedja mhux imsemmija taħt l-intestatura preċedenti (miżati ta’ accountants, servizzi segretarjali u spejjeż tal-uffiċċju, spejjeż tat-telefon, kontribuzzjonijiet u abbonamenti mħalltin, eċċ.). Tinkludi wkoll il-kiri għal perjodu qasir ta’ bini użat għall-annimali u għall-uċuh tar-raba’ li jistgħu jitpoġġew fis-suq u/jew għal skopijiet ġenerali oħrajn.

85.   Kera mħallsa

Kera mħallsa (fi flus kontanti jew f’oġġetti) għal art mikrija, bini, kwoti u drittijiet oħrajn għall-kummerċ tal-farm. Din l-intestatura tkopri spejjeż li jitħallsu mill-inkwilin f’isem u minflok is-sid (eż. taxxa fuq l-art u svalutazzjoni fir-rigward ta’ tiswijiet maġġuri li l-ispejjeż tagħhom jagħmel tajjeb għalihom l-inkwilin) u li ma jistgħux jiġu rkuprati mill-inkwilin. Għandha tiddaħħal biss il-parti kummerċjali tal-farms u ta’ bini ieħor mikri. Spejjeż ta’ kiri ta’ kwoti mhux marbuta mal-art għandhom jiddaħħlu wkoll fit-Tabella L.

86.   Li minnhom: kera mħallsa għall-art

87.   Assigurazzjoni għall-bini tal-farms

Din l-informazzjoni m’ hiex obbligatorja.

Premiums ta’ assigurazzjoni (nar, għargħar, eċċ.) għall-bini okkupati mis-sid, li fil-każ ta’ biedja mill-inkwilin normalment jitħallsu minn sid il-kera. Jekk l-assigurazzjonijiet kollha jkunu koperti minn polza waħda, għandha tiġi stmata l-parti tal-premiums li għandha x’taqsam mal-bini tal-azjenda.

88.   Taxxi u ħlasijiet oħrajn fuq art u bini

Taxxi, rati u ħlasijiet oħrajn pagabbli fir-rigward ta’ titolu ta’ proprjetà ta’ art u bini tal-farms okkupati mis-sid jew taħt skemi ta’ qsim ta’ l-uċuh tar-raba’.

89.   Interessi u ħlasijiet finanzjarji mħallsa, fit-total

Imgħaxijiet u ħlasijiet finanzjarji fuq kapital misluf (self) miksub għall-iskopijiet tal-farm. Din l-informazzjoni hija obbligatorja.

Sussidji fuq interessi ma għandhomx jitnaqqsmu imma għandhom jiddaħħlu fit-Tabella J taħt l-intestatura 114.

90.   Interessi u ħlasijiet finanzjarji mħallsa fuq self miksub għax-xiri ta’ art u bini

Din l-informazzjoni m’ hiex obbligatorja.

91.   Li minnhom: imgħaxijiet u ħlasijiet finanzjarji mħallsa fuq self miksub għax-xiri ta’ art

Din l-informazzjoni m’ hiex obbligatorja.

92.   Interessi u ħlasijiet finanzjarji mħallsa fuq self miksub għall-iffinanzjar tal-kapital li wieħed jaħdem bih (annimali ħajjin, annimali mejtin u kapital li jiċċirkola) u lill-kredituri.

Din l-informazzjoni m’ hiex obbligatorja.

93.   Spejjeż totali

Total tal-intestaturi 59 sa 89.

G.   ART U BINI, ANNIMALI MEJTIN U KAPITAL LI JIĊĊIRKOLA

L-analiżi sistematika li ġejja hija meħtieġa:

94.   Art agrikola, bini fil-farms u drittijiet

Total tal-intestaturi 95 sa 99 hawn isfel. L-intestaturi 95, 97 u 99 għandhom jimtlew meta l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli fil-kontijiet.

95.   Art agrikola

Art agrikola okkupata mis-sid.

96.   Uċuh tar-raba’ permanenti

Il-pjantazzjonijiet kollha (esklużi boskjiet u foresti u eskluż il-valur tal-art) jappartjenu lid-detentur irrispettivament mit-tip ta’ okkupanza tal-art. L-intestatura trid timtela u l-ammonti inklużi fiha huma soġġetti għal zvalutazzjoni fil-kolonna 7, pożizzjoni 316.

It-tkabbir ta’ pjantazzjonijiet żgħar (uċuh tar-raba’ permanenti li għadhom ma waslux fi produzzjoni sħiħa) għandhom jiġu inklużi taħt “Investimenti” (kolonna 4). Għandu jiddaħħal ukoll taħt it-Tabella K, intestatura 159, “Valutazzjoni ta’ għeluq” (kolonna 9).

97.   Benefikati fuq l-art

Benefikati li jsiru fuq l-art (eż. bini ta’ ċnut jew ħitan, sistemi ta’ drenaġġ, apparat permanenti għat-tisqija) li jappartjenu lid-detentur irrispettivament mit-tip ta’ okkupanza tal-art. L-ammonti mdaħħla huma soġġetti għad-deprezzament fil-kolonna 7, pożizzjoni 324.

98.   Bini fil-farms

Bini li jappartjeni lid-detentur irrispettivament minn min jokkupa l-art. L-intestatura trid timtela u l-ammonti mdaħħla huma soġġetti għad-deprezzament fil-kolonna 7, pożizzjoni 332.

99.   Spejjeż ta’ akkwisizzjoni, kwoti u drittijiet oħrajn.

Drittijiet tal-avukati, drittijiet ta’ reġistrazzjoni, eċċ, rrelatati mal-akkwisizzjoni ta’ art agrikola jew bini tal-farms. Transazzjonijiet relatati mal-bejgħ u/jew ix-xiri ta’ kwantitajiet ta’ referenza ta’ ħalib u tal-pitrava zokkrija u mat-trasferimenti ta’ drittijiet u obbligazzjonijiet prekritti, bħat-trasferiment ta’ annimali ħajjin ta’ referenza. Il-kwoti/drittijiet huma ritornati wkoll fit-Tabella L. L-ispejjeż ta’ akkwiżizzjoni huma esklużi.

Id-deprezzament m’għandux jiġi applikat għal kwoti fit-tabella G imma jista’ jiddaħħal fit-tabella L, kolonna 7.

100.   Art tal-foresti inkluż injam wieqaf

Art fil-foresta okkupata mis-sid inkluża fl-azjenda agrikola, inklużi l-ispejjeż relattivi ta’ akkwisizzjoni.

101.   Makkinarju u apparat

Trakters, kultivaturi bil-mutur, trakkijiet, vannijiet, karrozzi, apparat tal-biedja maġġuri jew minuri, inkluża għodda li għandha valur ġdid ta’ iktar minn 100 EUR meta jkunu ġodda.

102.   Kapital li jiċċirkola

Kapital li jiċċirkola jikkonsisti f’dan li ġej:

(a)

ħażniet: prodotti tal-azjenda u provvisti maħżuna;

(b)

kapital ieħor li jiċċirkola:

valur tal-kultivazzjonijiet (limitat għall-valur ta’ fertilizzanti, sustanzi li jtejbu l-ħamrija, żerriegħa u nebbieta użati għall-uċuh tar-raba’ li jkunu qegħdin jikbru, esklużi nebbieta ta’ uċuh tar-raba’ permenenti),

ishma ta’ kumpaniji agrikoli (ishma f’koperattivi jew organizzazzjonijiet oħrajn li s-servizzi tagħhom jintużaw mill-kumpanija),

affarijiet irċevuti:

ammonti rċevuti fil-futur qarib fir-rigward ta’ bejgħ ta’ prodotti jew assi fissi jew il-provvista ta’ servizzi,

somom imħallsa bil-quddiem għal oġġetti u servizzi,

bilanċi ta’ flus kontanti (fl-idejn, fil-bank, f’kont postali giro) meħtieġ għat-tmexxija tal-azjenda.

Imgħax li jingħata fuq kontijiet bankarji għandu jiddaħħal taħt l-intestatura 178.

Meta ma jkunx possibbli li wieħed jiddetermina l-ammont preċiż ta’ kapital li jiċċirkola, tista’ ssir evalwazzjoni globali. Din tista’ tikkonsisti fi stima tal-kapital medju investit fil-proċess ta’ produzzjoni, wara li wieħed jagħmel konċessjoni għat-tul tal-investiment. F’dan il-każ it-totali ta’ kapitali li jiċċirkola fil-valutazzjoni ta’ ftuħ u fil-valutazzjoni ta’ għeluq huma l-istess.

103.   Total

Total tal-intestaturi 94, 100, 101 u 102.

KOLONNI FIT-TABELLA G

Valutazzjoni tal-ftuħ (kolonna 3)

Il-valutazzjoni tal-ftuħ hija l-valur tal-oġġetti fil-bidu tas-sena tal-kontijiet. Għall-farms inklużi fil-kampjun fis-sena preċedenti wkoll, il-valutazzjoni tal-ftuħ għandha tkun ugwali għall-valutazzjoni tal-għeluq tas-sena preċedenti. Għal farms ġodda fil-kampjun, il-valutazzjoni tal-ftuħ hija kkalkolata kif ġej:

Għal assi li mhumiex suġġetti għal deprezzament, din hija ugwali għall-valur ta’ sostituzzjoni

Għal assi li huma soġġetti għal deprezzament dan jiġi determinat skont il-perjodu ta’ deprezzament li jkun fadallu jiskorri u fuq il-bażi tal-valur ta’ sostituzzjoni (inkluż kwalunkwe tiswijiet maġġuri li jkunu saru).

Il-valura tar-rimpjazzament huwa ugwali għall-prezz tax-xiri ta’ assi ġdid simili bi prezzijiet kurrenti. Jista’ jkun stmat ukoll abbażi tal-indiċi tal-prezzijiet (ġenerali jew speċifiku) għall-assi kkonċernati (makkinarju, binjiet, eċċ.).

L-art għandha tiġi stmata fuq il-bażi ta’ prezzijiet (nett tal-ispejjeż tal-akkwist) li japplikaw fir-reġjun għal art mhux mikrija ta’ sitwazzjoni simili u kwalità mibjugħa għal skopijiet agrikoli (stimi magħmula meta jsir trasferiment ta’ proprjetà bejn qraba ma għandhomx jiġu meqjusa meta jinħadem il-valur). Meta l-ispejjeż ta’ karrozzi privati użati għal skopijiet ta’ biedja jinqasmu bejn l-intestaturi 61 “manutenzjoni preżenti ta’ apparat” u 62 “karburanti u lubrikanti”, is-sehem tal-kummerċ tal-farm tal-valur tal-karrozzi huwa inkluż taħt stokk mejjet. Madankollu, jekk l-ispejjeż tal-użu ta’ karrozzi privati għal skopijiet ta’ biedja jiġi kalkulat arbitrarjament (ara l-intestatura 63) il-karrozzi privati ma għandhomx jiġu inklużi taħt stokk mejjet.

Investimenti (kolonna 4)

Spiża totali fuq xiri, tiswijiet prinċipali, u l-produzzjoni ta’ assi fissi waqt is-sena taż-żamma tal-kontijiet. Meta jkunu wasla għotjiet u sussidji fir-rigward ta’ dawn l-investiment, l-ammont li jintefaq qabel ma jitnaqqsu l-imsemmija għotjiet u sussidji għandu jiddaħħal taħt il-kolonna 4.

Ix-xiri ta’ oġġetti minuri ta’ makkinarju u apparat kif ukoll ta’ siġar żgħar u baxxi għal operazzjoni maġġuri ta’ tħawwil mill-ġdid ma jidhrux f’dawn il-kolonni imma huma inklużi fl-ispejjeż għas-sena taż-żamma ta’ kontijiet (ara l-intestatura 61 “Manutenzjoni preżenti ta’ makkinarju u apparat”, l-intestatura 72 “Żerriegħa u nebbieta mixtrija”, l-intestatura 77 “Spejjeż speċifiċi ta’ forestrija”).

Meta jsir ħlas fuq bonds ta’ obbligazzjoni b’interessi fissi, dawn għandhom jiġu evalwati fuq il-bażi tal-valur tagħhom fi flus kontanti.

Sussidji fuq investimenti (kolonna 5)

Sussidju rċevuti waqt is-sena tal-kontijiet. Jistgħu jinkludu dawk imħallsa fuq investimenti magħmula fi snin tal-kontijiet preċedenti.

Bejgħ (kolonna 6)

Bejgħ totali ta’ assi waqt is-sena tal-kontijiet.

Deprezzament (kolonna 7)

L-izvalutazzjoni li trid tiġi rreġistrata hija l-ammont attwali ta’ zvalutazzjoni waqt is-sena taż-żamma ta’ kontijiet. Hija stabbilita fuq il-bażi tal-valur ta’ sostituzzjoni (jiġifieri l-valur ta’ sostituzzjoni mmultiplikat bir-rata ta’ deprezzament).

Tabella bir-rati annwali ta’ deprezzament applikati minn kull Stat Membru għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni fl-istess ħin li ssir l-introduzzjoni tad-data tal-Farm Returns.

 

Deprezzament ta’ pjantazzjonijiet

Il-prezz ta’ siġar żagħar u baxxi għal pjantazzjoni ġdida jirrappreżenta bini kapitali soġġetti għal svalutazzjoni.

Pjantazzjonijiet li huma l-proprjetà tad-detentur biss (irrispettivament mit-tip ta’ okkupanza tal-art) huma soġġetti għal zvalutazzjoni.

 

Deprezzament ta’ bini tal-farms, apparat fiss u benefikati fuq l-art

Deprezzament ta’ bini, apparat fiss (inklużi serer u oqfsa) u benefikati fuq l-art li jappartjenu lid-detentur, irrispettivament mit-tip ta’ okkupanza tal-art.

 

Deprezzament ta’ makkinarju u apparat

Makkinarju u apparat mhux soġġett għal zvalutazzjoni huwa definit bħala dak li għandu valur li jeċċedi EUR 300 meta jkun ġdid. L-izvalutazzjoni ta’ apparat minuri ta’ valur iktar baxx ma għandhiex tiġi kalkulata; ix-xiri ta’ apparat ta’ din ix-xorta għandu jitqies direttament bħala spejjeż għas-sena tal-kontijiet (intestatura 61 “Manutenzjoni preżenti ta’ makkinarju u apparat”).

Tiswijiet maġġuri li effettivament iżidu l-valur tal-makkinarju u l-apparat meta mqabbel mal-valur tagħhom qabel it-tiswija, huma inklużi wkoll taħt din l-intestatura, jew bħala parti integrali tal-makkinarju jew bħala zvalutazzjoni tal-apparat, li, skont kif meħtieġ, għandhom jiġu aġġustati sabiex tiġi meqjusa l-ħajja estiża (minħabba t-tiswijiet) tal-oġġett involut jew billi titqassam l-ispiża ta’ tiswijiet maġġuri fuq bosta snin suċċessivi.

L-ammont ta’ zvalutazzjoni annwali għandu jiġi kalkulat skont il-metodu ta’ bilanċ lineari jew li dejjem jonqos.

Ir-rata ta’ zvalutazzjoni hija stabbilita minn diversi fatturi, li jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq il-kondizzjonijiet partikolari tar-reġjun u fil-produzzjoni involut (ammont ta’ użu f’kull sena) imma wkoll fuq progress tekniku.

Minħabba d-differenzi riżultanti fl-isvalutazzjoni minn reġjun għall-ieħor, u anki minn kumpanija għall-oħra, l-uffiċcji taż-żamma tal-kontijiet jistgħu jagħżlu rati għal kull oġġett ta’ makkinarju jew apparat xieraq għar-reġjun jew kumpanija, u l-għan hu li wieħed iżomm kemm jista’ jkun viċin lejn l-isvalutazzjoni attwali fil-valur tal-makkinarju.

Valutazzjoni tal-għeluq (kolonna 8)

Il-valutazzjoni tal-għeluq hija l-valur tal-assi fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet. Din tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-valur tas-sostituzzjoni fil-ħin u l-perjodu tad-deprezzament li għad irid jiskorri.

H.   DJUN

L-ammonti indikati għandhom jirrelataw biss għall-ammonti li jkunu għadhom pendenti i.e. self mingħajr il-ħlas li jkun diġà sar. Self fil-forma ta’ bonds bl-obbligazzjoni b’interessi fiss huma valutati skont il-valur tagħhom fi flus kontanti. Trid tingħata informazzjoni tal-inqas għall-pożizzjonijiet 374, 378, 382, 386, 390 u 394.

Is-self għandu jiġi indikat skont it-tul ta’ żmien, i.e.:

104.   Self għal żmien twil jew medju

Self fir-rigward tal-azjenda għal tul ta’ żmien ta’ sena jew iżjed.

105.   Self u kredituri għal żmien qasir

Self fir-rigward tal-azjenda għal inqas minn sena, djun u ħlasijiet pendenti.

106.   Total

Total tal-intestaturi 104 u 105.

Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli fil-kontijiet tal-farm, is-self għandu jiġi subdiviż skont l-iskop tas-self, i.e.:

self fuq art u bini (kolonni 2 u 6),

li minnhom: self għax-xiri tal-artijiet (il-kolonni 3 u 7), self għal assi oħra (il-kolonni 4 u 8).

It-total ta’ dawn l-oġġetti jikkostitwixxi l-ammonti murija fil-kolonna 1 (valutazzjoni ta’ ftuħ totali) (= kolonni 2 + 4) u kolonna 5 (valutazzjoni ta’ għeluq totali) (= kolonni 6 + 8).

I.   TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD (VAT)

Informazzjoni monetarja fil-prospett tal-farm għandha tiġi espressa skont l-Istat Membru konċernat:

jew mingħajr VAT; dan il-metodu għandu jiġi applikat għall-kumpaniji kollha soġġetti għas-sistema normali ta’ VAT,

jew bil-VAT inkluża. L-Istati Membri fejn jintuża dan il-metodu għandhom jipprovdu annwalment, permezz tal-medja kompjuterizzati li jkun fihom l-informazzjoni taż-żamma ta’ kontijiet ta’ dik is-sena, lista ta’ rati ta’ VAT applikati matul is-sena għal kull oġġett fil-prospett tal-farm.

Fil-każ ta’ kumpaniji soġġetti għas-sistema normali ta’ VAT ma għandu jiddaħħal xejn taħt l-intestaturi 108 sa 111. L-istess japplika jekk xiri u bejgħ fil-prospett ta-razzett jiddaħhlu bil-VAT inkluża.

Għandhom jiġu provduti d-dettalji li ġejjin dwar VAT:

107.   Sistema ta’ VAT

Is-sistema tal-VAT (numru tas-serje 400) li għaliha l-holding hija soġġetta għandha tiġi murija fir-rigward ta’ kull holding bin-numru ta’ kodiċi fil-lista li ġejja:

 

Numru tas-serje 400

Kodiċi

IL-BELĠJU

Régime normal obligatoire

1

Régime normal sur option

2

Régime agricole

3

BULGARIJA

Eżentata

1

Reġistrata

2

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Reġistrata

1

ID-DANIMARKA

Moms (= normali)

1

IL-ĠERMANJA

Pauschalierender Betrieb

1

Optierender Betrieb

2

Getränke erzeugender Betrieb

3

Betrieb mit Kleinumsatz

4

L-ESTONJA

Normali

1

Speċjali

2

L-IRLANDA

Agrikola

1

Reġistrata (= normali)

2

IL-GREĊJA

Sistema normali

1

Sistema agrikola

2

SPANJA

Sistema normali

1

Sistema simplifikata

2

Sistema agrikola

3

FRANZA

TVA sur option avec autorisation pour animaux vivants

2

Remboursement forfaitaire

3

L-ITALJA

Regime esonerato

1

Regime speciale agricolo

2

Reġim normali

3

ĊIPRU

Normali

1

Agrikola

2

VAT mhux applikabbli

3

IL-LATVJA

Normali

1

Agrikola

2

IL-LITWANJA

Normali

1

Speċjali

2

IL-LUSSEMBURGU

Régime normal obligatoire

1

Régime normal sur option

2

Régime forfaitaire de l’agriculture

3

L-UNGERIJA

Normali

1

Agrikola

2

MALTA

Normali

1

L-OLANDA

Algemene regeling verplicht

1

Algemene regeling op aanvraag

2

Landbouwregeling

3

L-AWSTRIJA

Pauschalierender Betrieb

1

Optierender Betrieb

2

IL-POLONJA

Normali

1

Agrikola

2

IL-PORTUGALL

Sistema agrikola

1

Sistema normali

2

IR-RUMANIJA

Normali

1

Speċjali

2

Holdings Żgħar

3

IS-SLOVENJA

Normali

1

Agrikola

2

IS-SLOVAKKJA

Reġistrata

1

Eżentata

2

IL-FINLANDJA

Sistema normali

1

L-IŻVEZJA

Sistema normali

1

IR-RENJU UNIT

Eżentata

1

Reġistrata

2


Subdiviżjoni tas-sistema tal-VAT (Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija u l-Polonja biss)

 

Numru tas-serje 401

SPANJA

 

Indika l-kodiċi tas-sistema tal-VAT (dawk użati għan-numru tas-serje 400) tas-sistema minoritarja fejn ikunu fis-seħħ żewġ sistemi fuq l-azjenda

FRANZA

Sans TVA obligatoire sur activités connexes

0

Avec TVA obligatoire sur activités connexes

1

L-ITALJA

Sistema tal-VAT għat-turiżmu agrikolu (agriturismo) bħala attività sekondarja

 

Regime speciale agriturismo

1

Regime normale agriturismo

2

L-UNGERIJA

Indika l-kodiċi tas-sistema tal-VAT (dawk użati għan-numru tas-serje 400) tas-sistema minoritarja fejn ikunu fis-seħħ żewġ sistemi fuq l-azjenda

IL-POLONJA

Indika l-kodiċi tas-sistema tal-VAT (dawk użati għan-numru tas-serje 400) tas-sistema minoritarja fejn ikunu fis-seħħ żewġ sistemi fuq l-azjenda

Intestaturi 108 sa 111

L-intestaturi 108 sa 111 għandhom jimtlew biss jekk l-azjenda tkun soġġetta għas-sistema agrikola (jew sistemi simili).

Is-sistema agrikola (jew sistemi simili) timmira biex tagħti kumpens ġenerali għall-VAT imħallas fuq ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi skont il-prezzijiet preżenti u fuq investimenti. F’dan il-każ ix-xiri u l-bejgħ għandu jiddaħħal mingħajr VAT.

108.   VAT fuq il-bejgħ

VAT miġbura waqt il-perjodu tal-kontijiet fuq prodotti mibjugħa.

109.   VAT fuq xiri

VAT imħallsa waqt is-sena tal-kontijiet fuq ix-xiri preżenti ta’ oġġetti u servizzi. Fl-Italja din l-intestatura tinkludi wkoll VAT imħallsa lill-awtoritajiet fiskali taħt l-arranġament pro rata.

110.   VAT fuq investimenti

VAT imħallsa waqt is-sena tal-kontijiet fuq ix-xiri ta’ oġġetti kapitali (investimenti).

111.   VAT rimborżata mill-awtoritajiet tat-taxxa

Ammont tar-rimborż.

J.   GĦOTJIET U SUSSIDJI

L-għotjiet u s-sussidji li jridu jiddaħħlu taħt l-intestaturi 112 sa 118 huma dawk li ingħataw minn fondi pubbliċi, ħlief għal għotjiet u sussidji fuq investimenti mdaħħla taħt l-intestaturi 94 sa 103.

112.   Għotjiet u sussidji ħlief dawk għal spejjeż u xiri ta’ annimali

Ammonti ta’ għotjiet u sussidji mogħtija u li għalihom huwa attribwit intitolament, għall-annimali ħajjin, prodotti u ħlasijiet oħrajn mogħtija jew dovuti, ħlief għal dawk għal spejjeż u xiri ta’ annimali. L-informazzjoni kollha mniżzla trid tirreferi għal annimali ħajjin, erja tal-wiċċ u prodotti mill-kumpanija li jikkorrispondu mal-attivitajiet waqt is-sena tal-kontijiet.

113.   Li minnhom: dettalji tat-total fl-intestatura 112

1.

Kategoriji ta’ annimali ħajjin (il-kodiċi 22 sa 50 li jikkorrispondu għall-intestaturi rispettivi fit-tabella D) esklużi sussidji fuq baqar fil-kodiċi 700 u 770 hawn isfel.

2.

Prodotti (il-kodiċi 120 sa 314 li jikkorrispondu għall-intestaturi jew subintestaturi fit-tabella K) esklużi ħlasijiet skont l-erja fil-kodiċi 600 u ħlasijiet fil-kodiċi 670 u 680 hawn isfel. Il-pagamenti għandhom jiddaħħlu darba biss (taħt l-intestatura jew is-subintestatura adattata) sabiex jiġi evitat li jingħaddu darbtejn.

3.

Kodiċi speċifiċi indikati fil-lista li ġejja:

Il-kodiċi 600 jirreferi għat-total ta’ ħlasijiet skont l-erja, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, inklużi ħlasijiet skont l-erja għat-twarrib u għall-uċuħ tar-raba’ għall-enerġija. Dan l-ammont totali u d-dettalji għandhom jiġu reġistrati wkoll fit-Tabella M,

Il-kodiċi 670 jirreferi għall-għajnuna taħt l-iskema ta’ ħlas uniku, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Dan l-ammont totali u d-dettalji għandhom jiġu reġistrati wkoll fit-Tabella M,

Il-kodiċi 680 jirreferi għall-għajnuna taħt l-iskema ta’ ħlas uniku, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Dan l-ammont totali għandu jiġi reġistrat ukoll fit-Tabella M,

Il-kodiċi 700 jirreferi għat-total ta’ ħlasijiet diretti għaċ-ċanga u l-vitella, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Dan l-ammont totali u d-dettalji għandhom jiġu reġistrati wkoll fit-Tabella M,

Il-kodiċi 770 jirreferi għall-premium għall-prodotti tal-ħalib u ħlasijet addizzjonali, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Dan l-ammont totali u d-dettalji għandhom jiġu reġistrati wkoll fit-Tabella M,

Il-kodiċi 800 jirreferi għal ħlasijiet agro-ambjent u l-benesseri tal-annimali, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005,

Il-kodiċi 810 jirreferi għal ħlasijiet lil Natura 2000 fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u ħlasijiet relatati mad-Direttiva 2000/60/KE,

Il-kodiċi 820 jirreferi għall-ħlasijiet ta’ defiċjenzi naturali f’żoni tal-muntanja u ħlasijiet f’żoni oħra b’defiċjenzi, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005,

Il-kodiċi 830 jirreferi għas-sostenn mogħti biex jintlaħqu l-istandards fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, skont ir-Regolament (KE) Nru 1689/2005,

Il-kodiċi 835 jirreferi għas-sostenn għall-ispejjeż għall-użu tas-servizzi ta’ konsulenza fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005,

Il-kodiċi 840 jirreferi għas-sostenn għall-parteċipazzjoni tal-bdiewa fl-iskemi tal-kwalità tal-ikel, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005,

Il-kodiċi 900 jirreferi għas-sostenn mogħti għall-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005,

Il-kodiċi 910 jirreferi għal sostenn ieħor għall-forestrija, (ħlasijiet lil Natura 2000, ħlasijiet għal ambjenti ta’ foresta, l-irġiegħ lura tal-potenzjal tal-forestrija u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005,

Il-kodiċi 951 jirreferi għal għotjiet u sussidji għall-produzzjoni tal-annimali mhux inklużi fil-kodiċi ppreżentati hawn fuq,

Il-kodiċi 952 jirreferi għal għotjiet u sussidji għall-uċuħ tar-raba’ mhux inklużi fil-kodiċi ppreżentati hawn fuq,

Il-kodiċi 953 jirreferi għal għotjiet u sussidji għall-iżvilupp rurali mhux inklużi fil-kodiċi ppreżentati hawn fuq,

Il-kodiċi 955 jirreferi għall-għajnuna addizzjonali bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003,

Il-kodiċi 956 jirreferi għal ħlasijiet diretti mogħtija għal tipi speċifiċi ta’ biedja li huma importanti għall-ħarsien jew it-titjib tal-ambjent jew għat-titjib tal-kwalità u l-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli, fuq il-bażi tal-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003,

Il-kodiċi 998 jinkludi ħlasijiet għal diżastri, kumpens mill-awtoritajiet pubbliċi għat-telf fil-produzzjoni jew fil-mezzi ta’ produzzjoni. (Għal kumpens ta’ assigurazzjoni privata tintuża l-intestatura 181 fit-Tabella K),

Il-kodiċi 999 jinkludi għotjiet u sussidji ta’ karattru eċċezzjonali (eż. kumpens agrimonetarju). Minħabba l-karattru eċċezzjonali tagħhom, dawn il-ħlasijiet huma reġistrati fuq il-bażi ta’ kontanti,

Il-kodiċi 1052 u 2052 jirreferu għal kumpensi għall-waqfien tal-produzzjoni tal-ħalib. Pagamenti ta’ kull sena għandhom jiġu reġistrati taħt il-1052, ħlasijiet ta’ somma f’daqqa taħt it-2052,

Il-kodiċi 950 għandha tintuża għal sussidji ġenerali li ma jistgħux jiġu allokati għal ebda attività jew li ma jistgħu jiġu rreġistrati taħt l-ebda waħda mill-kodiċi ta’ hawn fuq.

114.   Għotjiet u sussidji fuq spejjeż

Ammont tal-għotjiet u sussidji fir-rigward tal-ispejjeż (il-kodiċi li għandhom jintużaw: 59 sa 82, 84, 85, 87 u 89).

115.   Li minnhom: dettalji tat-total għall-intestatura 114 skont il-kategorija tal-ispejjeż (il-kodiċi li għandhom jintużaw: 59 sa 82, 84, 85, 87 u 89).

116.   Għotjiet u sussidji fuq ix-xiri ta’ annimali

Ammont tal-għotjiet u s-sussidji fuq ix-xiri ta’ annimali (il-kodiċijiet li għandhom jintużaw: 51, 52 u 54 sa 58).

117.   Li minnhom: dettalji tat-total għall-intestatura 116 skont il-kategorija ta’ annimali ħajjin (il-kodiċi li għandhom jintużaw: 51, 52, 54-58)

118.   Total ta’ għotjiet u sussidji

Total tal-intestaturi 112, 114 u 116.

119.   Differenzi minn snin ta’ kontijiet preċedenti

K.   PRODUZZJONI (esklużi annimali ħajjin)

Ċerti intestaturi ta’ prodotti huma subdiviżi f’subintestaturi. F’dawn il-każijiet informazzjoni għall-kolonni 4 sa 10 għandha tingħata kemm taħt is-subintestaturi kif ukoll taħt l-intestatura ewlenija. F’dan il-każ it-total tas-subintestaturi għandu jiddaħħal taħt l-intestatura ewlenija.

Għandhom isiru daħliet separati għal uċuħ tar-raba’ mkabbra fuq art imserrħa b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Daħliet separati għandhom jiġu applikati wkoll jekk l-istess uċuħ tar-raba’ jiġu kkultivati kemm bl-irrigazzjoni kif ukoll mingħajrha.

Dejta għal uċuħ tar-raba’ weqfin għandha titniżżel taħt l-intestatura rilevanti bl-eċċezzjoni tal-erja, li ma għandhiex titniżżel. L-istess japplika għall-uċuħ tar-raba’ minn art mikrija għal inqas minn sena fuq bażi okkażjonali.

A.   UĊUĦ TAR-RABA’

Iċ-Ċereali

Ċereali li jintużaw sabiex jinħażnu f’sajlo m’ humiex inklużi mal-prodotti elenkati hawn isfel taħt l-intestaturi 120 sa 128. Għandhom jiddaħħlu taħt l-intestaturi 326 “Majs għaż-żwiemel u bhejjem oħra” u 327 “Ċereali oħra li jinħażnu fis-sajlo”. Millieġ, triticale, buckwheat u sorgu (ħlief sorgu tal-għalf) huma inklużi taħt l-intestatura 128 “Ċereali oħrajn”. Sorgu tal-għalf għandu jiġi inkluż taħt l-intestatura 145 “Pjanti oħrajn tal-għalf”.

Iż-żerriegħa huma inklużi taħt l-intestaturi 120 sa 128.

120.   Qamħ komuni u spelt

121.   Qamħ tal-Awstralja

122.   Xgħir (inkluż meslin)

123.   Barli

124.   Ħafur

125.   Taħlit ta’ ċereali tas-sajf

126.   Majs tal-qamħ (inkluż majs tal-qamħ umdu)

127.   Ross

128.   Ċereali oħrajn

Uċuh tar-raba’ oħrajn tal-għelieqi

129.   Uċuh tar-raba’ tal-proteina

L-uċuh tar-raba’ kollha mkabbra għaż-żerriegħa tagħhom, inkluża żerriegħa u żrieragħ ta’ ħaxix li jagħmlu mżiewed u li jitnixxfu għall-ikel imħallta ma’ ċereali. Mhux inklużi: legumi maħsuda ħodor, eż. alfalfa, li għandhom jitniżżlu taħt l-intestatura 145 “Pjanti tal-għalf oħrajn”, uċuh tar-raba’ tal-proteina taż-żejt (eż. soja), li għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura 132 “Uċuħ tar-raba’ taż-żerriegħa taż-żejt tal-ħwawar” u uċuħ tar-raba’ mkabbra bħala ħxejjex, li għandhom jiddaħħlu taħt l-intestaturi 136, 137 jew 138.

Subintestaturi tat‘ l-intestatura 129 “Uċuh tar-raba’ tal-Proteina”:

360.

Piżelli, favetta u lupini ħelwin

361.

Għads, ċiċri u ġulbiena

330.

Uċuh tar-raba’ oħrajn tal-proteina

130.   Patata (inkluża patata bikrija u żerriegħa)

Subintestaturi tal-intestatura 130 “Patata”:

Id-dettalji għandhom jiddaħħlu jekk ikunu disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda.

362.

Patata għal-lamtu

363.

Patata oħrajn

131.   Pitravi taz-zokkor (eskluża ż-żerriegħa)

132.   Uċuh tar-raba’ taż-żerriegħa taż-żejt tal-ħwawar (inkluża ż-żerriegħa)

Subintestaturi tal-intestatura 132 “Uċuh tar-raba’ taż-żerriegħa taż-żejt tal-ħwawar”:

331.

Rapa

332.

Ġirasol

333.

Soja

364.

Kittien apparti minn kittien tal-fibra (jekk l-informazzjoni tkun tinstab fil-kontijiet tal-azjenda)

334.

Oħrajn (inkluż kittien apparti minn kittien tal-fibra, jekk mhux imniżżel taħt is-subintestatura 364, riġnuwa, għosfor, ġulġlien, ful selvaġġ, mustarda, peprina u wċuh tar-raba’ oħrajn b’żerriegħa taż-żejt)

133.   Il-Hobż (mingħajr żerriegħa)

134.   Tabakk (mingħajr żerriegħa)

Subintestaturi tal-intestatura 134 “Tabakk”:

Is-subintestaturi jikkrrispondu għal gruppi ta’ varjetajiet ta’ tabakk, kif definiti mill-Artikolu 171ca tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (5). Id-dettalji għandhom jiddaħħlu jekk ikunu disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda.

365.

Imqadded bi sħana artifiċjali minn tubu (varjetajiet inklużi: Virginia, Virginia D u taħlit tagħhom u Bright)

366.

Msaħħna b’arja sħuna ħafifa (varjetajiet inklużi: Burley, Badischer Burley u taħlit tagħhom, u Maryland)

367.

Varjetajiet skuri mnixxfa bl-arja (varjetajiet jinkludu: Badischer Geudertheimer, Pereg, Korso, Paragwaj u taħlit tagħhom, Dragon Vert u taħlit tiegħu, Philippin, Petit Grammont (Flobecq), Semois, Appelterre, Nijkerk, Misionero u taħlit tagħhom, Rio Grande u taħlit tiegħu, Forchheimer Havanna Iic, Nostrano del Brenta, Resistente 142, Goyano, Hybrids of Geudertheimer, Beneventano, Brasile Selvaggio u varjetajiet simili, Fermented Burley u Havanna)

368.

Imnixxfa fuq in-nar (varjetajiet inklużi: Kentucky u varjetajiet tiegħu, Moro di Cori u Salento)

369.

Imnixxef fix-xemx (varjetajet inklużi: Xanthi-Yaka, Perustitza, Samsun, Erzegovina u varjetajiet simili, Myrodata Smyrnis, Trapezous u Phi I, Kaba Koulak (non-classic), Tsebelia u Mavra)

370.

Basmas (varjetajiet inklużi: Basmas)

371.

Katerini (varjetajiet inklużi: Katerini u varjetajiet simili)

372.

Kaba-Koulak (klassiku) (varjetajiet inklużi: Elassona, Myrodata Agrinion u Zychnomyrodata)

135.   Pjanti industrijali oħra (eskluża ż-żerriegħa)

Jinkludu wkoll qoton jew zokkor tal-kannamieli, kittien tal-fibra u qanneb.

Subintestaturi tal-intestatura 135 “Pjanti industrijali oħrajn”:

345.

Pjanti mediċinali, kondimenti, aromatiċi u ħwawar, inkluż te, kafè u ċikwejra tal-kafè

346.

Zokkor tal-kannamieli

347.

Qoton: produzzjoni għas-sena tal-kontijiet (kolonna 5) għandu jitniżżel skont il-piż (100 kg) ta’ żerriegħa tal-qoton, i.e. ta’ fibra mhux imfesdqa

373.

Kittien tal-fibra (jekk din l-informazzjoni tkun tinsab fil-kontijiet tal-azjenda)

374.

Qanneb ((jekk din l-informazzjoni tkun tinsab fil-kontijiet tal-azjenda)

348.

Pjanti industrijali oħrajn. Jinkludu wkoll kittien tal-fibra u qanneb, jekk mhux mniżżlin taħt l-intestaturi 373 u 374

Ħxejjex u frott mhux perenni

136.   Ħxejjex friski tal-għalqa, bettieħ u frawli mkabbar fil-beraħ: uċuh tar-raba’ mkabbra b’rotazzjoni ma’ wċuh tar-raba’ agrikoli - inklużi ananas u qamħ bil-qalba li fiha z-zokkor

137.   Ħxejjex friski, bettieħ u frawli mkabbra f’ġonna fejn isir bejgħ fil-miftuħ: uċuh tar-raba’ mkabbra ma’ wċuh tar-raba’ ortikulturali oħrajn u taħt sistema qasira ta’ rotazzjoni b’okkupazzjoni kważi kontinwa tal-art u b’diversi ħsad fis-sena, inklużi ananas u qamħ bil-qalba li fiha z-zokkor

138.   Ħaxix frisk, bettieħ, frawli taħt saqaf (inkluż ananas u sweetcorn): uċuħ tar-raba li jikbru taħt saqaf (serrer, frejms permanenti, tunnels tal-plastik aċċessibbli) matul l-istaġun tat-tkabbir jew il-parti l-kbira tiegħu. Uċuħ tar-raba’ li ma tkabbrux f’tunnels tal-plastik, taħt cloches jew frejms mobbli m’humiex ikkunsidrati bħala uċuħ taħt saqaf. Fil-każ ta’ serra b’ħafna livelli, hija biss iż-żona bażika li tgħodd.

Subintestatura tal-intestaturi 136, 137 u 138 “Ħxejjex u frott mhux perenni”:

Il-prodotti għandhom jiddaħħlu taħt is-subintestaturi jkun xi jkun l-użu sussegwenti tagħhom (konsum fi stat frisk, tnixxif, ipproċessar, tpoġġija f’laned, eċċ.) Id-dettalji għandhom jiddaħħlu jekk ikunu disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda.

335.

Kaboċċi, pastard, brokkoli, eċċ.

336.

Ħxejjex bil-weraq (kurrat, spinaċi, ħass, eċċ.)

337.

Tadam

375.

Qamħ bil-qalba li fiha z-zokkor (jekk l-informazzjoni tkun disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda)

338.

Ħxejjex imkabbra għall-frott jew għall-fjuri tagħhom, apparti minn tadam (qarabagħli u zukkini, brunġiel, ħjar żgħir, qaqoċċ, bżar ħelu, eċċ.). Ukoll qamħirrum, jekk mhux irrikordjat taħt is-subintestatura 375

339.

Ħxejjex imkabbra għall-għeruq tagħhom, basal u tuberi (ħlief patata)

340.

Ħxejjex leguminużi (piżelli, ful, eċċ., ħlief għal għads u ċiċri)

341.

Frott ta’ pjanti mhux perennjali (frawli, bettiegħ, dulliegħ, ananas, eċċ.)

139.   Faqqiegħ: l-erja totali taħt uċuh tar-raba’ suċċessivi (erja bażika × numru ta’ ħsad komplet) għandha tingħata bħala metri kwadri. Din l-erja m’ hiex inkluża fit-total (intestatura 183).

Fjuri u pjanti ornamentali

140.   Fjuri u pjanti ornamentali mkabbra fil-miftuħ (esklużi serer għat-tilqim ta’ xtieli li jridu jiddaħħlu taħt l-intestatura 157) (erja bażika)

141.   Fjuri u pjanti ornamentali mkabbra taħt kenn (erja bażika)

Subintestatura tal-intestaturi 140 u 141 “Fjuri u pjanti ornamentali”:

Id-dettalji għandhom jiddaħħlu jekk ikunu disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda.

342.

Basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi

343.

Fjuri maqtugħin u blanzuni

344.

Pjanti li jagħmlu l-fjuri u pjanti ornamentali

Żerriegħa

142.   Żerriegħa tal-ħaxix (ħaxix u ħxejjex li jittieklu miż-żwiemel u minn bhejjem oħra)

143.   Żerriegħa oħrajn (żerriegħa tal-ortikultura, żerriegħa u nebbieta fuq art li tista’ tinħarat, esklużi ċereali, żrieragħ ta’ ħaxix li jagħmlu mżiewed u li mnixxfa għall-ikel, patata, pjanti taż-żerriegħa taż-żejt u żerriegħa tal-ħaxix).

Uċuh tar-raba’ li jintużaw bħala għalf u mhux maħduma

144.   Għeruq għall-għalf u pjanti tal-ġenus Brassika (pitravi kbar, svediżi, karrotti u nevew li jintużaw għall-għalf, pitravi kbar nofshom taz-zokkor u għeruq u pjanti tal-ġenus Brassika oħrajn li jintużaw għall-għalf) (esklużi żerriegħa).

145.   Pjanti oħrajn użati bħala għalf

L-uċuh tar-raba’ kollha annwali jew multi-annwali użati bħala għalf fir-rotazzjoni tal-uċuh tar-raba’ u li jokkupaw l-istess art għal inqas minn ħames snin, esklużi wċuh tar-raba’ tal-ħaxix.

Subintestaturi tal-intestatura 145 “Pjanti tal-għalf oħrajn”:

326.

Majs użat għall-għalf

327.

Ċereali oħrajn maħżuna f’sajlo

328.

Pjanti oħrajn użati bħala għalf

146.   Art mhux maħduma: art, li ma trendix uċuħ għall-ħsad matul is-sena kollha ta’ kontabbiltà. Art imserrħa sabiex tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u mhux ikkultivata, għandha tiddaħħal ukoll. Tinkludi wkoll art imserrħa b’kopertura ħadra. Art imserrħa miżrugħa b’uċuħ tar-raba’ awtorizzati li ma jittiklux skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tiddaħħal taħt l-intestatura tal-uċuħ tar-raba’ rilevanti, mal-kodiċi tat-“tip ta’ wiċċ tar-raba’” 8 jew 9.

147.   Ħaxix temporanju: ħaxix miżrugħ fuq art maħruta u mogħtija għal uċuh tar-raba’ ħodor tal-għalf għal inqas minn ħames snin; erjas b’inqas minn sena waħda inkluża. It-total għall-bejgħ ta’ tiben u/jew ħaxix li jiġi minn din iż-żona għandu jiġi indikat taħt din l-intestatura.

148.   Uċuh tar-raba’ maħrut oħrajn mhux inklużi taħt l-intestatura 120 sa 147 is-subintestaturi tagħhom.

149.   Art lesta għaż-żriegħ mikrija lil oħrajn, inkluża art li titpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ impjegati bħala benefiċċju fil-forma ta’ oġġett.

150.   Għelieqi u mergħat permanenti: erja agrikola utilizzata, mhux ikkultivata taħt sistema ta’ rotazzjoni imma assenjata b’mod permanenti (għal ħames snin jew iktar) għall-produzzjoni ta’ wċuh tar-raba’ ħodor li jintużaw bħala għalf taż-żwiemel, miżrugħin jew slavaġ, ġeneralment imlibbsa b’fertilizzant jew ikkultivati. It-total għall-bejgħ ta’ tiben u/jew ħaxix li jiġi minn din iż-żona għandu jiġi indikat taħt din l-intestatura.

151.   Għalf mhux fin: mergħat foqra inlkuża art nieqsa mix-xita fejn is-siġar jibqgħu baxxi, ġeneralment mhux imlibbsa b’fertilizzant u mhux ikkultivati.

314.   Art għall-mergħa permanenti li m’għadhiex tintuża għal skopijiet ta’ produzzjoni u eliġibbli għall-ħlas ta’ sussidji.

Uċuh tar-raba’ permanenti

152.   Msaġar tal-frott u tal-frott żgħir bla għadam

Jinkludu wkoll frott tropikali u subtropikali; inklużi banana imma mhux uċuh tar-raba’ permanenti mkabbra taħt kenn għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura 156.

Is-subintestaturi ta’ 152 “Frott u msaġar tal-frott żgħir mingħajr għadam”:

Il-prodotti jiddaħħlu taħt dawn is-subintestaturi ikun xi jkun l-użu sussegwenti tagħhom (konsum fi stat frisk, tnixxif, ipproċessar, tpoġġija f’laned, eċċ.).

349.

Frott b’karpelli fin-nofs li jagħlqu ż-żerriegħa: tuffieħ, lanġas, eċċ., eskluż żbib (subintestatura 291) u għeneb ta’ fuq il-mejda (subintestatura 285).

350.

Frott bl-għadma: għanbaqar, ħawħ, berbuq, ċirasa, eċċ., eskluż żebbuġ tal-mejda (subintestatura 281).

351.

Ġewż: ġewż, ġellewż, lewż, qastan, eċċ.

352.

Frott żgħir u frott żgħir mingħajr għadma: passolina ħamra u bajda, lampun, tin, eċċ (mhux inkluż ħawħ, bettiegħ u ananas: intestaturi 136, 137 u 138).

353.

Frott tropikali u subtropikali: banana, avokado, mango, papaja, eċċ.

153.   Msaġar tal-frott taċ-ċitru.

Subintestaturi tal-intestatura 153 “Msaġar tal-frott taċ-ċitru”:

354.

Larinġ

355.

Mandolin, mandarini, klementini u frott żgħir simili

356.

Lumi

357.

Frott ieħor taċ-ċitru

154.   Ġonna taż-żebbuġ

Subintestatura tal-intestatura 154 “Ġonna taż-żebbuġ”:

281.

Żebbuġ tal-mejda

282.

Produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (l-ispeċi fil-ġeneru Solea fil-forma ta’ frott)

283.

Żejt taż-żebbuġa

284.

Prodotti sekondarji taż-żebbuġa

155.   Dwieli

Subintestaturi tal-intestatura 155 “Dwieli”:

285.

Għeneb tal-mejda

286.

Għeneb għal inbid ta’ kwalità b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO)

292.

Għeneb għal inbid ta’ kwalità b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

293.

Għeneb għal inbid ieħor

288.

Prodotti mixxellanji tad-dwieli: most tal-għeneb, meraq, brandi, ħall u oħrajn magħmula fil-farm

289.

Inbid ta’ kwalità b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO)

294.

Inbid ta’ kwalità b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

295.

Inbid ieħor

291.

Żbib

304.

Prodotti sekondarji tad-dielja (karfa tal-għeneb, fond tal-inbid)

156.   Uċuh tar-raba’ permanenti mkabbrin taħt kenn

157.   Mixtliet: inklużi mxietel tad-dwieli: esklużi mxietel ta’ siġar fil-foresti li jservu l-ħtiġijiet tal-azjenda

158.   Uċuh tar-raba’ permanenti oħrajn (żafżafa, ġummar, qasab, saliss, eċċ.)

159.   Tkabbir ta’ pjantazzjonijiet żgħar stmati fuq il-bażi tal-ispiża tad-dħul (pjantazzjonijiet li għadhom ma laħqux il-produzzjoni sħiħa biss huma kunsidrati). Dan l-ammont jiddaħħal ukoll taħt investimenti (kolonna 4) għall-intestatura 96 “Uċuh tar-raba’ permanenti” (Tabella G).

Prodotti oħrajn tal-uċuh tar-raba’

160.   Prodotti proċessati minn uċuh tar-raba’ mill-kumpanija mhux imsemmija separatament; inkluż alkoħol apparti minn għeneb, ċidru, perri, jew oħrajn.

161.   Prodotti sekondarji mill-uċuh tar-raba’ (esklużi prodotti sekondarji tad-dwieli u tal-ġonna taż-żebbuġ)

Subintestaturi tal-intestatura 161 “Prodotti sekondarji tal-uċuh tar-raba”:

Id-dettalji għandhom jitniżżlu jekk ikunu disponibbli fil-kontijiet.

299.

Tiben

300.

Fjur tal-pitravi taz-zokkor

301.

Prodotti sekondarji oħrajn

B.   PRODOTTI MILL-ANNIMALI

162.   Ħalib tal-baqar

163.   Prodotti mill-ħalib tal-baqar

164.   Ħalib tan-nagħaġ

165.   Ħalib tal-mogħoż

166.   Suf

167.   Prodotti mill-ħalib tan-nagħaġ

168.   Prodotti mill-ħalib tal-mogħoż

169.   Bajd tat-tiġieġ (inkluż bajd għat-tifqis)

170.   Prodotti oħrajn tal-annimali (demel mibjugħ, kiri ta’ żwiemel għat-tgħammir, bajd ħlief bajd tat-tiġieġ, eċċ.).

313.   Għasel u prodotti miż-żamma ta’ naħal: Għasel, idromel u prodotti kif ukoll prodotti sekondarji oħrajn miż-żamma ta’ naħal, espressi fi kwintali (= 100 kg) ta’ ekwivalenti ta’ għasel.

171.   Trobbija bil-kuntratt

Ammont ta’ dħul minn trobbija b’kuntratt li jikkorrispondi primarjament ma’ ħlas għal servizzi mogħtija u meta d-detentur ma jassumix ir-riskju ekonomiku normalment involut fit-trobbija u s-simna ta’ dawn l-annimali.

Subintestaturi tal-intestatura 171 “Trobbija b’kuntratt”:

Id-dettalji għandhom jiddaħħlu jekk ikunu disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda.

307.

Baqar taħt kuntratt

308.

Nagħaġ u/jew mogħoż taħt kuntratt

309.

Ħnieżer taħt kuntratt

310.

Tjur taħt kuntratt

311.

Annimali oħrajn taħt kuntratt

C.   FORESTRIJA

173.   Żona ta’ siġar

Art miksija b’boskijiet u foresti, inklużi serer għat-tilqim ta’ pjanti li jinsabu fil-foresti kif ukoll pjantazzjonijiet tas-siġar tal-luq. Siġar iżolati, busketti u toroq wisgħin bis-siġar ma humiex inklużi bħala żoni ta’ siġar, u l-erjas tagħhom huma inkluż mal-art ta’ madwarhom. Iż-żona ta’ siġar għandha tiġi meqjusa jekk hija amministrata mid-detentur, jekk hija maħduma mid-detentur bl-apparat tal-azjenda u/jew jekk il-prodotti li tipproduċi jintużaw fl-azjenda agrikola.

174.   Bejgħ ta’ injam maqtugħ: valur tal-bejgħ tal-injam inkluż użu fuq ir-razzett waqt is-sena tal-kontijiet.

175.   Bejgħ ta’ injam wieqaf: valur tal-bejgħ ta’ injam wieqaf waqt is-sena tal-kontijiet.

176.   Prodotti oħrajn tal-forestrija: valur tal-bejgħ ta’ prodotti tal-forestrija apparti minn injam (sufra, raża tal-arżnu, eċċ.).

D.   PRODOTTI OĦRAJN

172.   Dħul mill-kiri ta’ xi kultant ta’ żoni tal-għalf u agistment

177.   Xogħol ta’ kuntratti għal oħrajn, inkluż il-kiri ta’ apparat

178.   Interessi fuq assi likwidi fil-kont bankarju tad-detentur meħtieġ għat-tmexxija tal-azjenda. Din l-intestatura ma timteliex jekk il-kapital li jiċċirkola jiġi determinat arbitrarjament (ara wkoll l-istruzzjonijiet dwar kapital li jiċċirkola, intestatura 102).

179.   Irċevuti ta’ turiżmu, meta t-turiżmu jkun jikkoinċidi mal-attività agrikola fl-azjenda agrikola sal-punt li fil-prattika huwa impossibbli li wieħed jagħmel distinzjoni bejniethom. Dawn jinkludu l-kera minn turiżmu (siti ta’ kampeġġ, djar, faċilitajiet ta’ horseriding, kaċċa, sajd, eċċ). L-ispejjeż u x-xogħol rilevanti ma jistgħux jiġu mifruda u, għalhekk, ilkoll huma inklużi taħt l-intestaturi korrispondenti.

180.   Korrezzjoni tal-irċevuti li għandhom x’jaqsmu mas-sena tal-kontijiet ta’ qabel: ammonti rċevuti waqt is-sena rrelatati mas-snin tal-kontijiet preċedenti li ma kinux inklużi fl-irċevuti ta’ dawk is-snin tal-kontijiet. Għotjiet, sussidji u għajnuna diretta relatti ma’ prodotti, annimali, erja tal-wiċċ, spejjeż u disastri għandhom jiddaħħlu għas-sena tal-kontijiet preżenti taħt l-intestaturi 112 sa 118, u għal snin tal-kontijiet preċedenti taħt in-numru tas-serje 483.

181.   Prodotti u rċevuti oħrajn mhux elenkati hawn fuq: valur tal-akkommdazzjoni tal-impjegati inkluż fis-salarji u fil-pagi in natura (evalwat fuq il-bażi ta’ spejjeż rilevanti), produzzjoni ta’ assi fissi (valur stmat għall-ispejjeż kollha ta’ produzzjoni ta’ assi fissi trattati bħala spejjeż preżenti ta’ farms: ara l-paragrafu (b) tad-“Definizzjonijiet ġenerali u struzzjonijiet”), kumpens mogħti li ma jistax jiġi attribwit għal xejn in-artikolari jew imnaqqas minn spejjeż, eċċ.

182.   Oqsma oħrajn u l-produzzjoni tagħhom

L-intestatura 182 tkopri l-oqsma l-oħrajn kollha. Eż. il-ġnien għall-kċina, l-art okkupata mill-bini, toroq, btieħi bil-ħażniet, għadajjar, eċċ.

183.   Total: somma tal-intestaturi 120 sa 182 u 313 sa 314.

Madanakollu, is-somma tal-erjas ma tinkludix erjas użati għal uċuh tar-raba’ u faqqiegħ suċċessivi. Għalhekk is-somma tal-erjas tirrappreżenta l-erja totali tal-azjenda.

KOLONNI FIT-TABELLA K

Prodotti (kolonna 1)

Il-prodotti għandhom jiġu indikati fl-ordni tan-numri mogħtija hawn fuq.

Tip ta’ wiċċ tar-raba’ (kolonna 2)

Dawn li ġejjin huma t-tipi ta’ wċuħ tar-raba’ u l-kodiċi korrispondenti tagħhom:

Il-kodiċi 0

:

Dan il-kodiċi għandu jintuża fil-każ ta’ prodotti minn annimali ħajjin, prodotti pproċessati, ħażniet u prodotti sekondarji.

A.

Wċuħ tar-raba’ field-scale (inklużi ħxejjex friski, bettiegħ u frawli mkabbra fil-miftuħ b’rotazzjoni ma’ wċuħ tar-raba’ agrikoli; esklużi wċuħ tar-raba’ mkabbra fuq art imserrħa skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003).

Il-kodiċi 1

:

– Wċuħ tar-raba’ ewlenin mhux irrigati

– L-uċuħ tar-raba’ ewlenin jikkonsistu fi

uċuħ tar-raba’ waħdiena, jiġifieri li jkunu l-uniċi mkabbra f’żona partikolari matul is-sena tal-kontabbiltà,

uċuħ tar-raba’ mħallta: uċuħ tar-raba’ miżrugħa, ikkultivati u maħsuda flimkien u li jipproduċu taħlita bħala l-prodott finali,

mill-uċuħ tar-raba’ mkabbra suċċessivament matul is-sena tal-kontabbiltà f’żona partikolari, il-wiċċ tar-raba’ li jdum l-aktar fl-art.

Il-kodiċi 2

:

Uċuħ tar-raba’ kkombinati mhux irrigati

L-uċuħ tar-raba’ mkabbra għal xi żmien flimkien fl-istess art u li kull wieħed minnhom normalment jipproduċu ħsad distint waqt is-sena tal-kontabbiltà. L-erja totali hija diviża bejn dawn l-uċuħ tar-raba’ fi proporzjon mal-erja li tkun fil-fatt okkupata minn kull wieħed.

Il-kodiċi 3

:

Uċuħ tar-raba’ mhux irrigati b’segwitu (catch crops)

Uċuħ tar-raba’ mkabbra wara xulxin matul is-sena tal-kontabbiltà f’żona partikolari u mhux meqjusa bħala wċuħ tar-raba’ ewlenin.

Il-kodiċi 6

:

Uċuħ tar-raba’ ewlenin jew ikkombinati

Il-kodiċi 7

:

Uċuħ tar-raba’ irrigati b’segwitu

Wiċċ tar-raba’ jitqies bħala irrigat meta normalment l-ilma jiġi pprovdut artifiċjalment.

Dawn iż-żewġ tipi ta’ wċuħ tar-raba’ għandhom jiġu indikati jekk l-informazzjoni tkun disponibbli fil-kontijiet.

B.

Il-ġardinaġġ kummerċjali u l-uċuħ tar-raba’ tal-florikultura mkabbra fil-miftuħ

Il-kodiċi 4

:

Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli mkabbra f’ġonna kummerċjali fil-miftuħ (ara l-intestatura 137) u fjuri u pjanti ornamentali mkabbra fil-miftuħ (ara l-intestatura 140).

C.

Uċuħ tar-raba’ taħt kenn

Il-kodiċi 5

:

Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli taħt kenn (ara l-intestatura 138), fjuri u pjanti ornamentali (annwali jew perenni) taħt kenn (ara l-intestatura 141), wċuħ tar-raba’ permanenti taħt kenn (ara l-intestatura 156). Jekk meħtieġ, ara wkoll l-intestaturi 143, 285 u 157.

D.

Uċuħ tar-raba’ mkabbra fuq art imserrħa skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Il-kodiċi 8

:

Uċuħ tar-raba’ mhux irrigati fuq art imserrħa

Il-kodiċi 9

:

Uċuħ tar-raba’ irrigati fuq art imserrħa

E.

Uċuħ tar-raba’ għall-enerġija

Il-kodiċi 10

:

Uċuħ tar-raba’ kif definiti fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kemm jekk jirċievu l-għajnuna għal uċuħ tar-raba’ għall-enerġija jew le, bl-esklużjoni ta’ “uċuħ tar-raba’ mhux tal-ikel fuq art imserrħa”.

Dejta nieqsa (kolonna 3)

Il-kodiċi 0

:

Il-kodiċi 0 jiddaħħal meta ebda data ma tkun nieqsa.

Il-kodiċi 1

:

Il-Kodiċi 1 għandu jitniżżel, meta l-erja koperta mill-uċuħ tar-raba’ ma tkunx mogħtija (ara l-kolonna 4), per eżempju fil-każ ta’ bejgħ ta’ wċuħ tar-raba’ li jistgħu jitpoġġew fis-suq bħala wċuħ tar-raba’ weqfin jew li jiġu minn art mikrija għal perjodu ta’ inqas minn sena fuq bażi okkażjonali, u fil-każ ta’ produzzjoni miksuba minn ipproċessar ta’ prodotti tal-annimali jew tal-uċuħ tar-raba’ mixtrija.

Il-kodiċi 2

:

Il-kodiċi 2 għandu jitniżżel għall-uċuħ tar-raba’ taħt kuntratt meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, il-produzzjoni attwali ma tistax tiġi dikjarata (kolonna 5).

Il-kodiċi 3

:

Il-kodiċi 3 għandu jitniżżel meta, minħabba l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, il-produzzjoni attwali ma tistax tiġi dikjarata u l-uċuħ tar-raba’ ma jkunux taħt kuntratt.

Il-kodiċi 4

:

Il-kodiċi 4 għandu jitniżżel meta l-erja u l-produzzjoni attwali jkunu nieqsa.

Il-kodiċi 8

:

Il-kodiċi 8 għandu jitniżżel fil-każ tal-kodiċi tal-prodott 146, meta tiġi mserrħa erja bħala miżura għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u ma tkunx ikkultivata (il-kopertura ħadra possibbli hija inkluża).

Erja (kolonna 4)

L-erja għandha tingħata bħala ares (100 ares = 1 ettaru), ħlief fil-każ ta’ art użata għat-tkabbir ta’ faqqiegħ (intestatura 139) li għandha tingħata bħala metri kwadri. Din l-erja tal-aħħar ma hijiex inkluża fl-erja totali (ara l-intestatura 183).

L-erja għal kull prodott tal-uċuh tar-raba’ hija mogħtija f’din il-kolonna, ħlief fil-każ ta’ prodotti sekondarji (intestaturi 161, 284, 299 sa 301 u 304) u xi prodotti proċessati (intestaturi 160 u 288). Il-prodotti miksuba mill-ipproċessar ta’ uċuh tar-raba’ mixtrija u l-prodotti ta’ uċuh tar-raba’ li jistgħu jipoġġew fis-suq mixtrija bħala uċuh tar-raba’ weqfin jew li jiġu minn art mikrija għal perjodu ta’ inqas minn sena fuq bażi okkażjonali għandhom jingħataw mingħajr ma tiġi indikata l-erja. Il-Kodiċi 1 għandha titniżżel taħt il-kolonna 3 (informazzjoni nieqsa).

Fir-rigward tas-subintestaturi li jirrigwardaw ħxejjex friski, bettiegħ u frawli (335 sa 341), il-fjuri u l-pjanti ornamentali (intestaturi 342 sa 344), imkabbra f’ġonna fejn isir bejgħ fil-miftuħ jew taħt kenn, għandha tingħata l-erja attwalment użata għall-uċuh tar-raba’ (erja bl-uċuh tar-raba’). Eżempju: jekk ravanell abjad u mbagħad kurrat jitkabbru f’erja waħda ta’ 1 ett ta’ ġnien fejn isir il-bejgħ fil-miftuħ, l-erja bażika li trid tiddaħħal taħt l-intestatura 137 għandha tkun ta’ 1 ett u l-erja bl-uċuh tar-raba’ għandha tkun id-doppju ta’ 1 ett, li għandha tiddaħħal rispettivament taħt l-intestaturi 339 u 336. Jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda, il-kodiċi 1 għandha tiddaħħal taħt il-kolonna 3 (informazzjoni nieqsa).

Produzzjoni għas-sena tal-kontijiet (kolonna 5)

Il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-annimali u ta’ uċuh tar-raba’ prodotti waqt is-sena tal-kontijiet (eskluż kull telf fl-għelieqi u fuq ir-razzett). Dawn il-kwantitajiet huma indikati għall-prodotti prinċipali tal-azjenda (ħlief prodotti sekondarji).

Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu indikati bħala kwintali (100 kg) ħlief fil-każ ta’ bajd (intestatura 169), li jingħataw bħala eluf, u inbid u prodotti relattti mal-inbid (intestaturi 286 sa 289 u 292 sa 295), li huma espressi bħala ettolitri. Il-kwantità għall-intestatura prinċipali 155 Dwieli, anke jekk relatata ma’ prodotti tal-inbid, għandha tingħata fi kwintali.

Fil-każ ta’ ħalib, il-kwantità ta’ ħalib likwidu huwa indikat minkejja l-forma kif jinbiegħ, kif jiġi kunsmat fuq ir-razzett jew użat għal benefiċċji in natura jew għal skopijiet tal-farm (krema, butir, ġobon, eċċ.). Ħalib li jerdgħu l-għoġiela ma huwiex inkluż fil-produzzjoni.

Meta, minħabba l-kondizzjonijiet tal-bejgħ, il-produzzjoni attwali bħala kwintali ma tistax tiġi stabbilita (ara bejgħ ta’ uċuh tar-raba’ weqfin u uċuh tar-raba’ taħt kuntratt), il-kodiċi 2 għandha tiddaħħal taħt il-kolonna 3 (informazzjoni nieqsa) għall-uċuh tar-raba’ taħt kuntratt u l-kodiċi 3 fil-każijiet l-oħrajn.

Valutazzjoni tal-ftuħ (kolonna 6)

Il-valur ta’ prodotti maħżuna (ħażna) fil-bidu tas-sena tal-kontijiet, esklużi annimali ħajjin. Il-prodotti għandhom jiġu evalwati skont il-prezzijiet mogħtijin f’xatbet ir-razzett fil-jum ta’ evalwazzjoni.

Bejgħ (kolonna 7)

Valur totali tal-bejgħ (kemm jekk il-qligħ ikun wasal waqt is-sena tal-kontijiet) ta’ prodotti maħżuna fil-bidu tas-sena tal-kontijiet u maħsuda matul is-sena.

It-total ta’ prodotti mibjugħa jinkludi l-valur ta’ prodotti ritornati lir-razzett (ħalib xkumat, polpa. eċċ.). Il-valur ta’ dawn tal-aħħar għandu jitniżżel ukoll taħt spejjeż tal-farm.

Kull ħlas ta’ kumpens (eż. ħlasijiet ta’ assigurazzjoni għal ħsara minn borra) waqt is-sena tal-kontijiet għandhom jiżdiedu wkoll mat-total għall-bejgħ tal-prodotti konċernati kull meta jistgħu jiġu allokati għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ din ix-xorta. Jekk mhux hekk, għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura 181 “Prodotti oħrajn u rċevuti”.

Għotjiet u sussidji li jirċievu għal prodotti waqt is-sena tal-kontijiet ma humiex inklużi fit-total ta’ bejgħ; għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura 112 (ara l-istruzzjonijiet dwar din l-intestatura). Meta l-ispejjeż tat-tpoġġija fis-suq, jekk ikunu jeżistu, jkunu magħrufa, dawn ma għandhomx jitnaqqsu mit-total ta’ bejgħ, imma għandhom jingħataw taħt l-intestatura 71 “Spejjeż speċifiċi oħrajn ta’ annimali ħajjin” jew 76 “Spejjeż speċifiċi oħrajn tal-uċuh tar-raba’”.

Konsum tal-farm u benefiċċji in natura (kolonna 8)

Prodotti ikkunsmati minn min joqgħod mad-detentur (inklużi prodotti mill-kumpanija użati għat-tħejjija ta’ ikel għat-turisti) u/jew użati għal ħlasijiet fil-forma ta’ oġġetti għal oġġetti u servizzi (inkluż ħlas in natura). Il-prodotti involut huma valutati skont il-prezzijiet mogħtijin f’xatbet ir-razzett.

Valutazzjoni tal-għeluq (kolonna 9)'

Il-valur tal-prodotti maħżuna (ħżin) fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, esklużi annimali ħajjin. Il-prodotti għandhom jiġu evalwati skont il-prezzijiet mogħtija f’xatbet ir-razzett fil-jum tal-valutazzjoni.

Użu tal-farm (kolonna 10)

Il-valur mogħti f’xatbet ir-razzett tal-prodotti tal-azjenda maħżuna (ħżin) fil-bidu tas-sena tal-kontijiet u/jew magħmula matul is-sena, użati bħala dħul fir-razzett matul is-sena. Dan jinkludi:

għalf tal-annimali:

il-valur mogħti f’xatbet ir-razzett tal-prodotti tal-azjenda li jistgħu jinbiegħu (prodotti li preżentament jistgħu jitpoġġew fis-suq), użati matul is-sena bħala għalf tal-annimali. It-tiben tal-azjenda użat fir-razzett (bħala għalf u friex) huwa valutat biss meta jkun prodott li jista’ jinbiegħ fir-reġjun u għas-sena li tkun qiegħda tiġi kunsidrata. Ħalib li jerdgħu l-għogġiela ma huwiex inkluż taħt użu tal-farm.

Il-prodotti konċernati huma valutati skont il-prezz tal-bejgħ mogħti f’xatbet ir-razzett,

żerriegħa:

il-valur mogħti f’xatbet ir-razzett ta’ prodotti tal-farms li jistgħu jinbiegħu użati bħala żerriegħa għal uċuh tar-raba’ wast is-sena tal-kontijiet.

L.   KWOTI U DRITTIJIET OĦRAJN

Il-kwantità ta’ kwota fil-pussess fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet għandha dejjem titniżżel fil-kolonna 9.

Daħħal ukoll kwoti oriġinarjament akkwistati b’mod ħieles skont valuri attwali tas-suq jekk dawn jistgħu jiġu negozjati separatament mill-art. Il-kwoti li ma jistgħux jiġu negozjati separatament minn art assoċjata huma reġistrati biss fit-Tabella G.

Xi tniżżiliet ta’ data jsiru simultanjament, individwalment jew bħala komponenti ta’ totali, taħt intestaturi oħra fit-Tabelli F, G u/jew K.

Għandhom jintużaw l-intestaturi li ġejjin:

401.

Ħalib

402.

Premiums għall-baqar li jreddgħu

404.

Premiums għan-ngħaġ u l-mogħoż nisa

421.

Pitravi taz-zokkor

422.

Tabakk

423.

Patata tal-lamtu

441.

Ammonja

442.

Demel organiku

470.

Drittijiet għall-ħlasijiet taħt l-iskema tal-ħlas uniku (għażla fakultattiva)

499.

Oħrajn.

KOLONNI TAT-TABELLA L

Kwoti jew drittijiet oħrajn (kolonna 1)

Intestatura tal-kwota jew dritt.

Tip ta’ dejta (kolonna 2)

Il-kodiċi 1

:

Daħliet rrelatati ma’ assi: xiri u bejgħ

Il-kodiċi 2

:

Daħliet rrelatati ma’ dħul: kiri ta’ kwoti

(Kolonna 3): Mhux użat.

Ħlasijiet (kolonna 4)

 

Għall-kodiċi 1 fil-kolonna 2:

Ammont imħallas għax-xiri ta’ kwoti jew ta’ drittijiet oħra.

 

Għall-kodiċi 2 fil-kolonna 2:

Ammont imħallas għal-kiri ta’ kwoti jew drittijiet oħra. Inkluż ukoll fil-kera mħallsa taħt l-intestatura 85 (Kera mħallsa) fit-Tabella F.

Irċevuti (kolonna 5)

 

Għall-kodiċi 1 fil-kolonna 2:

Ammont irċevut mill-bejgħ ta’ kwoti jew drittijiet oħra.

 

Għall-kodiċi 2 fil-kolonna 2:

Ammont irċevut mill-kiri ta’ kwoti jew drittijiet oħra. Inkluż ukoll taħt l-intestatura 181 (Prodotti u rċevuti oħrajn) fit-Tabella K.

Valutazzjoni tal-ftuħ (kolonna 6)

 

Għall-kodiċi 1 fil-kolonna 2:

Il-valur fil-valutazzjoni tal-ftuħ tal-kwantitajiet għad-dispożizzjoni tad-detentur, kemm jekk dawn oriġinarjament ġew akkwistati b’xejn kif ukoll jekk inxtraw, għandu jiġi reġistrat skond il-valuri attwali tas-suq, jekk il-kwoti jistgħu jiġu negozjati separatament mill-art assoċjata.

 

Għall-kodiċi 2 fil-kolonna 2:

Mhux applikabbli.

Deprezzament (kolonna 7)

Id-deprezzament ta’ kwoti u drittijiet oħra tista’ tiddaħħal f’din il-kolonna. Madankollu kull deprezzament ta’ kwoti u drittijiet oħra ma tistax tiġi applikata fit-Tabella G (pożizzjoni 340).

Valutazzjoni tal-għeluq (kolonna 8)

 

Għall-kodiċi 1 fil-kolonna 2:

Il-valur fil-valutazzjoni tal-għeluq tal-kwantitajiet għad-dispożizzjoni tad-detentur, kemm jekk dawn oriġinarjament ġew akkwistati b’xejn kif ukoll jekk inxtraw, għandu jiġi reġistrat skond il-valuri attwali tas-suq, jekk il-kwoti jistgħu jiġu negozjati separatament mill-art assoċjata.

 

Għall-kodiċi 2 fil-kolonna 2:

Mhux applikabbli.

Kwantità (kolonna 9)

L-unitajiet li jridu jintużaw huma:

intestaturi 401, 421 sa 441: kwintali,

intestatura 442: kwintali jew numru ta’ annimali jekk dan huwa previst fil-leġislazzjoni nazzjonali,

intestaturi 402 u 404: numru ta’ unitajiet bażiċi ta’ primjum,

intestatura 470: numru ta’ drittijiet,

intestatura 499: ebda entrata.

Taxxi, imposta addizzjonali (kolonna 10)

Niżżel darba biss, bil-kolonna 2 = 2.

Intestatura 401: imposta addizzjonali fuq ħalib dovuta fuq il-produzzjoni għas-sena tal-kontabbiltà, jew inkella l-ammont imħallas.

M.   ĦLASIJIET DIRETTI skond ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (intestaturi 600 sa 680 u 700 sa 772) (6)

600.   Ħlasijiet skond l-erja taħt ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

It-total ta’ ħlasijiet skond l-erja għandu jiddaħħal ukoll fit-Tabella J, bil-kodiċi 600. Dan jinkludi wkoll ħlasijiet skond l-erja għat-twarrib u għajnuna għall-uċuħ tal-enerġija.

Dettalji tal-intestatura 600

L-intestaturi 621 sa 638 għandhom jimtlew għall-uċuħ tar-raba’ irrigati biss meta dawn ikunu ġew ittrattati b’mod speċjali fil-pjan nazzjonali ta’ reġjonalizzazzjoni. F’każ bħal dan, l-erjas u l-ħlasijiet għandhom jiġu esklużi mill-intestaturi 601 sa 618. Jekk erjas irrigati ma jiġux ittrattati separatament fil-pjan nazzjonali ta’ reġjonalizzazzjoni, dawn jiġu inklużi taħt l-intestaturi 601 sa 618.

601.   Ħlasijiet skond l-erja għal art mhux irrigata

Fil-kolonna 4, Numru ta’ unitajiet bażiċi għall-ħlasijiet: total tal-intestaturi 602 sa 618 bl-esklużjoni tal-intestaturi 608, 614 u 618 meta l-istess unitajiet bażiċi jkunu reġistrati wkoll taħt kwalunkwe intestatura oħra fit-tabella M. Fil-kolonna 5 Għajnuna totali: is-somma tal-intestaturi 602 sa 618.

Id-diversi subintestaturi għandhom jimtlew, għallinqas, meta l-Istat Membru jkun ipprovda fil-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni għal skema ta’ kumpens differenti (fir-rigward ta’ qligħ ta’ referenza, l-ammont ta’ għajnuna tal-unità, l-erja totali eliġibbli) fir-rigward ta’ wċuħ tar-raba’ differenti eliġibbli.

602.   Ħlasijiet skond l-erja għaċ-ċereali

603.   Ħlasijiet skond l-erja għall-uċuħ tar-raba’ taż-żerriegħa taż-żejt

604.   Ħlasijiet skond l-erja għall-uċuħ tar-raba’ tal-proteina

605.   Ħlasijiet skond l-erja għaċ-ċereali li jinħażnu f’sajlo

606.   Ħlasijiet skond l-erja għaż-żrieragħ tal-qamħirrum

607.   Ħlasijiet skond l-erja għall-qamħirrum li jinħażen f’sajlo

608.   Suppliment għall-ħlasijiet skond l-erja għall-qamħ durum f’erjas tradizzjonali ta’ produzzjoni jew għajnuna speċjali għal qamħ durum kif deskitt fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

609.   Ħlasijiet skond l-erja għal uċuħ oħra tar-raba’ li jinħadem

611.   Ħlasijiet skond l-erja għall-ħżin ta’ ħaxix

612.   Ħlasijiet skond l-erja għall-kittien imkabbar għall-fibra

613.   Ħlasijiet skond l-erja għall-qanneb imkabbar għall-fibra

614.   Premium tal-uċuħ tar-raba’ tal-proteina (jekk mhux inkluż taħt is-604)

618.   Premium speċifiku għall-kwalità għall-qamħ durum (jekk mhux inkluż taħt is-608)

621.   Ħlasijiet skond l-erja għal art irrigata

Fil-kolonna 4, Numru ta’ unitajiet bażiċi għall-ħlasijiet: total tal-intestaturi 622 sa 638 bl-esklużjoni tal-intestaturi 628, 634 u 638 meta l-istess unitajiet bażiċi jkunu reġistrati wkoll taħt kwalunkwe intestatura oħra fit-tabella M. Fil-kolonna 5 Għajnuna totali: is-somma tal-intestaturi 622 sa 638.

Id-diversi subintestaturi għandhom jimtlew, għallinqas, meta l-Istat Membru jkun ipprovda fil-pjan ta’ reġjonalizzazzjoni għal skema ta’ kumpens differenti (fir-rigward ta’ qligħ ta’ referenza, l-ammont ta’ għajnuna tal-unità, l-erja totali eliġibbli) fir-rigward ta’ wċuħ tar-raba’ differenti eliġibbli.

622.   Ħlasijiet skond l-erja għaċ-ċereali irrigati

623.   Ħlasijiet skond l-erja għall-uċuħ tar-raba’ taż-żerriegħa taż-żejt irrigati

624.   Ħlasijiet skond l-erja għall-uċuħ tar-raba’ tal-proteina irrigati

625.   Ħlasijiet skond l-erja għaċ-ċereali irrigati li jinħażnu f’sajlo

626.   Ħlasijiet skond l-erja għaż-żrieragħ tal-qamħirrum irrigati

627.   Ħlasijiet skond l-erja għall-qamħirrum irrigat li jinħażen f’sajlo

628.   Suppliment għall-ħlasijiet skond l-erja għall-qamħ durum irrigati f’erjas tradizzjonali ta’ produzzjoni jew għajnuna speċjali kif deskitt fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

629.   Ħlasijiet skond l-erja għal uċuħ oħra irrigati tar-raba’ li jinħadem

632.   Ħlasijiet skond l-erja għall-kittien irrigat imkabbar għall-fibra

633.   Ħlasijiet skond l-erja għall-qanneb irrigat imkabbar għall-fibra

634.   Premium tal-uċuħ tar-raba’ tal-proteina għall-uċuħ tar-raba’ tal-proteina irrigati (jekk mhux inkluż taħt is-624)

638.   Premium speċifiku għall-kwalità għall-qamħ durum irrigat (jekk mhux inkluż taħt is-628)

650.   Ħlasijiet skond l-erja għat-twarrib

655.   Għajnuna għall-uċuħ tar-raba’ għall-enerġija

670.   Skema ta’ ħlas uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Fil-kolonna 4, Numru ta’ unitajiet bażiċi għall-ħlasijiet: is-somma tal-intestaturi 671 sa 673. Fil-kolonna 5, Għajnuna totali: is-somma tal-intestaturi 671 sa 674.

It-total tal-għajnuna skont l-iskema ta’ ħlas uniku huwa mdaħħal ukoll fit-Tabella J, bil-kodiċi 670.

Dettalji tal-intestatura 670

Intestaturi

Numru ta’ unitajiet bażiċi għal ħlasijiet

Għajnuna totali

671

Pagamenti skond l-iskema ta’ ħlas uniku ħlief dawk taħt l-intestaturi 672 sa 674; jinkludi wkoll ħlasijiet għal art tal-mergħa/art tal-mergħa permanenti u għal dik imserrħa, jekk mhux differenzjata

Obbligatorju

Obbligatorju

672

Pagamenti skond l-iskema ta’ ħlas uniku għal art tal-mergħa/art tal-mergħa permanenti

Fakultattiv

Fakultattiv

673

Pagamenti skond l-iskema ta’ ħlas uniku għal art imserrħa

Fakultattiv

Fakultattiv

674

Pagamenti skond l-iskema ta’ ħlas uniku, fuq bażi ta’ intitolament speċjali

Obbligatorju

Obbligatorju

680.   L-iskema ta’ ħlas uniku skond l-erja skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003

It-total tal-għajnuna skond l-iskema ta’ ħlas uniku huwa mdaħħal ukoll fit-Tabella J, bil-kodiċi 680.

700.   Ħlasijiet diretti għaċ-ċanga skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

It-total ta’ ħlasijiet diretti għaċ-ċanga għandu jitniżżel ukoll fit-Tabella J, bil-kodiċi 700.

It-tabella li ġejja tindika intestaturi għat-tipi kollha ta’ ħlasijiet diretti għaċ-ċanga, skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Intestaturi

Numru ta’ unitajiet bażiċi għal ħlasijiet

Għajnuna totali

700

Ħlasijiet totali taċ-ċanga

(total tal-intestaturi 710, 720, 730, 740, 750, 760)

Obbligatorju

710

Premium speċjali

(total tal-intestaturi 711 u 715)

Obbligatorju

Obbligatorju

711

Premium speċjali għall-barrin

Obbligatorju

Obbligatorju

715

Premium speċjali għall-gniedes

Obbligatorju

Obbligatorju

730

Premium tal-baqar li jreddgħu

(total tal-intestaturi 731 u 735)

Obbligatorju

731

Premium tal-baqar li jreddgħu għall-baqar li jreddgħu u l-erħat

Obbligatorju

Obbligatorju

735

Premium tal-baqar li jreddgħu: premium nazzjonali addizzjonali

Obbligatorju

Obbligatorju

740

Premium għall-qtil

(total tal-intestaturi 741 u 742)

Obbligatorju

741

Premium għall-qtil: Minn 1 sa 7 xhur

Fakultattiv

Obbligatorju

742

Premium għall-qtil: 8 xhur u aktar

Obbligatorju

Obbligatorju

750

Ħlas għall-estensifikazzjoni,

Obbligatorju

Obbligatorju

760

Ħlasijiet addizzjonali (dotazzjoni nazzjonali)

Obbligatorju

770.   Il-premium tal-prodotti tal-ħalib, inkluż ħlasijiet addizzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Intestatura

Numru ta’ unitajiet bażiċi għal ħlasijiet

Għajnuna totali

770.

Premium tal-prodotti tal-ħalib u ħlasijiet addizzjonali (is-somma tal-intestaturi 771 u 772)

Obbligatorju

Obbligatorju

771.

Premium tal-prodotti tal-ħalib

Fakultattiv

Fakultattiv

772.

Ħlasijiet addizzjonali

Fakultattiv

Fakultattiv

KOLONNI FIT-TABELLA M

Prodotti jew taħlit ta’ prodotti (kolonna 1)

(Kolonni 2 u 3): Mhux użat.

Numru ta’ unitajiet bażiċi għal ħlasijiet (kolonna 4)

Għal intestaturi 600 sa 655 u 680, għandha tiġi indikata l-erja f’ares li fir-rigward tagħha l-għajnuna għandha titħallas lill-produttur. Għal intestaturi 710 sa 750 għandu jitniżżel in-numru ta’ annimali li jirċievu ħlasijiet. Għall-intestaturi 670 sa 673, in-numru ta’ drittijiet attivati għandu jiġi espress f’ares. Għall-intestatura 674, in-numru ta’ intitolamenti speċjali għandu jkun irreġistrat. Għall-intestaturi 770 sa 772, għandu jitniżżel l-ammont ta’ kwantità ta’ referenza individwali (fi kwintali).

Għajnuna totali (kolonna 5)

Total għall-għajnuna mogħtija jew li fir-rigward tagħha huwa stabbilit l-intitolament matul is-sena tal-kontabbiltà.

Ammont ta’ referenza (kolonna 6)

Għall-intestaturi 602 sa 613, 622 sa 633 u 650, għandu jiġi indikat il-qligħ ta’ referenza għall-uċuħ tar-raba’ (bħala kilogrammi għal kull ettaru) użat sabiex jiġu kalkulati l-premiums li jridu jingħataw. Meta din id-dejta ma tkunx disponibbli fil-kontijiet tal-azjenda, din tista’ tiddaħħal mill-aġenziji ta’ kooperazzjoni, bl-użu ta’ dejta reġjonali fuq il-bażi tal-post fejn tkun l-azjenda.

(Kolonni 7 sa 10): Mhux użat.

N.   DETTALJI TA’ XIRI U BEJGĦ TA’ ANNIMALI ĦAJJIN

Il-kategoriji ta’ annimali ħajjin għandhom jiġu indikati skont in-numri tal-kodiċi 22 sa 50, li jaqblu mal-intestaturi għall-istess kategoriji ta’ annimali ħajjin użati fit-Tabella D.

Is-subtotali ta’ xiri u bejgħ għal kull speċji ta’ annimal (żwiemel, baqar, nagħaġ, mogħoż, ħnieżer, tjur, annimali oħrajn) għandhom jitniżżlu fit-Tabella E.

KOLONNI FIT-TABELLA N

Kategorija ta’ annimali ħajjin (kolonna 1)

Li jikkorrispondi għall-intestaturi użati fit-Tabella D.

(Kolonni 2 u 3): Mhux użat.

Numru ta’ annimali mixtrija (kolonna 4)

Indikat fl-intestaturi.

Xiri ta’ annimali ħajjin (kolonna 5)

Xiri totali ta’ annimali ħajjin waqt is-sena tal-kontijiet (inklużi spejjeż ta’ xiri). L-għotjiet u s-sussidji relattati ma humiex imnaqqsa mit-total ta’ dan ix-xiri, imma huma speċifikati taħt l-intestatura 116 (ara l-istruzzjonijiet dwar din l-intestatura).

Numru ta’ annimali mibjugħa (kolonna 6)

Indikat fl-intestaturi.

Bejgħ ta’ annimali ħajjin (kolonna 7)

Total ta’ bejgħ ta’ annimali ħajjin waqt is-sena tal-kontijiet. L-għotjiet u s-sussidji rrelatati mhumiex inklużi fit-total ta’ bejgħ, imma huma speċifikati taħt l-intestatura 112 (ara l-istruzzjonijiet dwar din l-intestatura). Meta l-ispejjeż tat-tpoġġija fis-suq, jekk ikun hemm, ikunu magħrufa ma għandhomx jitnaqqsu mit-total tal-bejgħ, imma għandhom jingħataw taħt l-intestatura 71 (“Spejjeż speċifiċi oħrajn li għandhom x’ jaqsmu mal-annimali ħajjin”).

(Kolonni 8 sa 10): Mhux użat.


(1)  ĠU L 205, 13.7.1982, p. 5.

(2)  ĠU L 220, 7.8.1985, p. 1.

(3)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(4)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.

(6)  Meta applikabbli, dawn il-kodiċi jistgħu jintużaw għas-CNDPs fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja.


ANNESS III

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 2237/77

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Annessx III

Anness III