2.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 235/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 858/2008
ta' l-1 ta' Settembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 967/2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li jirrigwarda l-produzzjoni barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2) u 40(1)(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 (2) jistipula li l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni sensiela ta’ notifiki rigward il-kwantitajiet ta’ materja prima industrijali trasportati għall-ipproċessar. Sabiex dawn il-kwantitajiet ma jingħaddux darbtejn, kif ukoll biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli fl-Istati Membri kkonċernati, jixraq li jiġu speċifikati regoli dettaljati għan-notifiki msemmija. |
(2) |
Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda tal-ġuleppijiet għad-dlik u tal-ġuleppijiet għad-dlik għall-produzzjoni tar-“Rinse appelstroop” li jidhru fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 għandhom jiġu speċifikati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta' l-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 rigward dawn il-prodotti. |
(3) |
L-esperjenza miksuba mindu daħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet il-ġodda, wara r-riforma tar-reġim taz-zokkor, rigward l-użu taz-zokkor industrijali mill-industrija kimika u farmaċewtika, turi l-ħtieġa li jiżdiedu mal-lista ta’ prodotti mogħtija fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 il-prodotti tax-xama' għat-tneħħija tas-suf li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3307 90 00 kif ukoll is-sustanzi li jrattbu d-drapp li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3809 91 00. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Reġolament (KE) Nru 967/2006 għandu jiġi emendat. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 967/2006 hu emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 10 għandu jinbidel b'li ġej: “Artikolu 10 Notifiki mill-Istati Membri Kull Stat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni:
|
2) |
L-Anness hu mibdul bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2008.
(2) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.
ANNESS
“ANNESS
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
1302 32 |
– – Muċillaġni u sustanzi li jgħaqqdu, sew jekk immodifikati u sew jekk le, li jitnisslu mill-ħarrub, żerriegħa tal-ħarrub jew żerriegħa tal-guar: |
1302 39 00 |
– – oħrajn |
ex 1702 90 95 ex 2106 90 59 |
– – Ġulepp għad-dlik u ġulepp għall-produzzjoni tar-Rinse appelstroop |
2102 10 |
– Ħmejjer attivi |
ex 2102 20 |
– – Ħmejjer mhux attivi |
2207 10 00 |
– Alkoħol etiliku mhux denaturat, b'livell alkoħometriku volumiku ta' 80 % vol jew aktar (Bioetanol) |
ex 2207 20 00 |
– Alkoħol etiliku totalment denaturat (Bioetanol) |
ex 2208 40 |
– Rum |
|
Preparazzjonijiet ta' tipi użati għall-għalf ta' l-annimali: |
ex 2309 90 |
– Prodotti b'kontenut ta’ materja niexfa ta’ mill-anqas 60 % ta’ lisin |
29 |
Prodotti kimiċi organiċi għajr il-prodotti bil-kodiċijiet 2905 43 00 u 2905 44 |
3002 90 50 |
– – Kulturi ta’ mikro-organiżmi |
3003 |
Medikamenti (għajr il-prodotti bil-kodiċi 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin, imħejjija għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi, iżda li la huma ppreżentati f'forma ta’ dożi u lanqas kondizzjonati għall-bejgħ bl-imnut |
3004 |
Medikamenti (għajr il-prodotti bil-kodiċi 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin, imħejjija għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi, ippreżentati f'forma ta’ dożi jew kondizzjonati għall-bejgħ bl-imnut |
3006 |
Preparazzjonijiet u oġġetti farmaċewtiċi speċifikati fin-nota 4 ta’ dan il-kapitolu |
3203 00 10 |
– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu |
3203 00 90 |
– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni ta’ annimali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu |
ex 3204 |
– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġini sintetika u l-preparazzjonijiet imsemmija fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu abbażi ta’ dan il-materjal taż-żbigħ. |
ex 3307 90 00 |
Xama' għat-tneħħija tas-suf |
ex ex35 |
Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi, għajr għall-prodotti bil-kodiċi 3501 u bil-kodiċi 3505 10 10 , 3505 10 90 jew 3505 20 |
ex ex38 |
Prodotti varji ta' l-industrija kimika għajr dawk li jaqgħu taħt il-kodiċi 3809 , minbarra l-prodotti li jrattbu d-drapp bil-kodiċi NM ex 3809 91 00 , u l-kodiċi 3824 60 . |
3901 sa 3914 |
– Forom primarji |
ex 6809 |
Oġġetti tal-ġibs jew ta’ kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-ġibs: – Pjanċi, folji, panewijiet, madum u oġġetti simili” |