30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 232/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 853/2008
tat-18 ta' Awwissu 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tuffieħ u t-tadam
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [(Ir-Regolament dwar l-OKS Unika)] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien ma’ l-Artikolu 4,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula sorveljanza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(2) |
Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje ta' l-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl ta' l-aħħar dejta disponibbli għall-2005, l-2006 u l-2007, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tat-tuffieħ u tat-tadam għandhom jiġu aġġustati. |
(3) |
B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skond dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
ANNESS
“ANNESS XVII
DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: IT-TITOLU IV, IL-KAPITOLU II, IT-TAQSIMA 2
Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Nru tas-Serje |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu ta’ l-iskattar |
Livell ta’ l-iskattar (tunnellati) |
||
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
|
594 495 |
||
78.0020 |
|
108 775 |
||||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
|
70 873 |
||
78.0075 |
|
46 491 |
||||
78.0085 |
0709 90 80 |
Qaqoċċ |
|
19 799 |
||
78.0100 |
0709 90 70 |
Zukkini |
|
117 360 |
||
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
|
454 253 |
||
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementin |
|
606 155 |
||
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili |
|
104 626 |
||
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
|
335 545 |
||
78.0160 |
|
64 453 |
||||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
|
89 754 |
||
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
|
875 884 |
||
78.0180 |
|
106 430 |
||||
78.0220 |
0808 20 50 |
Lanġas |
|
257 029 |
||
78.0235 |
|
37 083 |
||||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
|
4 199 |
||
78.0265 |
0809 20 95 |
Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares |
|
151 059 |
||
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż nuċiprisk |
|
39 144 |
||
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
|
7 658 ” |