23.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 225/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 833/2008

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2008

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment, fuqha jew li żżid magħha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bi ħsieb tal-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Skond dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-Kodiċi NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni fuq tariffa li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 360/2008 (ĠU L 111, 23.4.2008, p. 9).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Klassifikazzjoni

(Il-kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Kabina tad-doċċa żarmata li tidħol f’kantuniera u magħmula minn:

banju tad-doċċa magħmul mill-plastik bil-qisien li ġejjin: 80 (Wisa’) × 80 (Fond) × 10 (Għoli) ċm,

struttura sħiħa magħmula mill-aluminju,

erba’ panewijiet tal-ħġieġ imdaħħlin fi frejms tal-aluminju bil-qisien li ġejjin: 40 (Wisa’) × 180 (Għoli) ċm.

L-istruttura sħiħa għandha titpoġġa fuq il-banju tad-doċċa u titwaħħal mal-ħitan.

Tnejn mil-panewijiet tal-ħġieġ iservu bħala bibien sliding.

(Ara r-ritratt) (*)

3922 10 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a), 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 3922 u 3922 10 00 .

Il-prodott huwa oġġett kompost, ippreżentat żarmat, magħmul minn komponenti differenti.

Il-komponent li jagħti lill-kabina tad-doċċa l-karatteristika essenzjali tagħha huwa l-banju tad-doċċa magħmul mill-plastik, għaliex huwa l-bażi tal-istruttura tal-kabina.

Għalhekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 3922 10 00 bħala banju tad-doċċa.

Image

(*)  Il-prodott armat lest