|
13.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 807/2008
tat-12 ta’ Awwissu 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1913/2006 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura, fir-rigward ta’ l-avvenimenti operattivi fis-settur ta’ l-inbid
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura u jemenda ċerti regolamenti [titlu mhux uffiċjali] (2), jiddetermina regoli dwar l-avvenimenti operattivi għar-rati tal-kambju li jintużaw għal ċerti prezzijiet, primjums u għajnuniet fis-settur ta’ l-inbid. |
|
(2) |
L-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur ta’ l-inbid ġiet emendata. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (3) biddel ir-reġim preċedenti tas-settur ta’ l-inbid u ppreveda miżuri ġodda, ħassar jew emenda oħrajn. |
|
(3) |
Fil-każ ta’ l-appoġġ, għajnuniet u primjums taħt ir-reġim il-ġdid għall-inbid, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju jrid ikun marbut, skond il-każ, mad-data tal-bidu tas-sena tat-tagħsira, l-applikazzjoni ta’ kuntratti speċifiċi jew it-tlestija ta’ ċerti operazzjonijiet bħall-arrikkiment jew l-ipproċessar tal-prodotti ta’ l-inbid. L-avveniment operattiv li għandu jitqies għandu għalhekk ikun speċifikat għal kull sitwazzjoni. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
L-avvenimenti operattivi għar-rati tal-kambju għandhom jiġu stipulati b’rabta mill-qrib mal-miżuri differenti taħt ir-reġim ta’ l-inbid u għandhom ikunu applikabbli mill-istess data bħall-miżura rilevanti. L-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprevedi dati differenti dwar l-applikabbiltà ta’ dawk il-miżuri. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2008, ħlief fil-każ ta’ l-avveniment operattiv li jkun relatat mal-primjum tal-qlugħ mill-għeruq li għandu japplika mit-30 ta’ Ġunju 2008. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 4
1. L-avveniment operattiv għar-rati tal-kambju għandu fl-ewwel jum tas-sena tat-tagħsira li fiha jingħata l-appoġġ għal dan li ġej:
|
(a) |
ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008; |
|
(b) |
l-istabbilment ta’ fondi mutwi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008; |
|
(c) |
l-assigurazzjoni fuq il-ħsad imsemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008. |
2. Għall-għajnuniet imħallsa għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta’ prodotti sekondarji mill-vitikultura, imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tas-sena tat-tagħsira li fiha jiġi distribwit il-prodott sekondarju.
3. L-avveniment operattiv għar-rati tal-kambju għandu jkun fl-ewwel jum tax-xahar li fih titwettaq l-ewwel distribuzzjoni ta’ l-inbid skond kuntratt għal dan li ġej:
|
(a) |
l-appoġġ mogħti għad-distillazzjoni ta’ alkoħol għax-xorb imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008; |
|
(b) |
l-appoġġ mogħti għad-distillazzjoni ta’ kriżi imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008. |
4. Għall-appoġġ mogħti għall-użu ta’ most konċentrat ta’ l-għeneb imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tax-xahar li fih jitwettaq l-ewwel arrikkiment minn produttur partikolari.
5. Għall-primjum mogħti b’kumpens għall-qlugħ tad-dwieli msemmi fl-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Lulju li jippreċedi s-sena tat-tagħsira li fiha tiġi aċċettata l-applikazzjoni għall-ħlas.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2008.
Madankollu, l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006 għandu jkun applikabbli mit-30 ta’ Ġunju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.
(2) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38).