5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 778/2008

ta’ l-4 ta' Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u partikolarment l-Artikolu 90, il-punt c) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi l-ammont tal-għajnuna li għandha titħallas lill-impriżi tal-ipproċessar tal-għalf niexef, fil-limitu tal-kwantità massima ggarantita stipulat fl-Artikolu 89 tal-istess Regolament.

(2)

Skond l-Artikolu 33(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 tas-7 ta' Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (2), l-Istati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' għalf niexef li għalihom ġiet irrikonoxxuta l-eliġibbiltà għall-għajnuna għas-sena tas-suq 2007/2008. Minn dawn il-komunikazzjonijiet jirriżulta li ma nqabżitx il-kwantità massima ggarantita għall-għalf niexef.

(3)

L-ammont tal-għajnuna għall-għalf niexef għaldaqstant jitla' għal EUR 33 it-tunnellata, skond l-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammont finali tal-għajnuna għall-għalf niexef huwa stabbilit għal EUR 33 it-tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 232/2008 (ĠU L 73, 15.3.2008, p. 6).