5.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 207/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 775/2008
ta’ l-4 ta' Awwissu 2008
li jistabbilixxi limiti massimi ta’ residwi għall-addittiv canthaxanthin b’żieda mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-addittiv canthaxanthin il-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali huma stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/7/KE ta’ l-24 ta’ Jannar 2003 li temenda l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ canthaxanthin fil-prodotti ta’ l-għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). Għall-kategoriji koperti bid-Direttiva 2003/7/KE, dik id-Direttiva ssostitwixxiet il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 (3). Dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(2) |
Mitluba mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (l-Awtorità) adottat opinjoni fl-14 ta’ Ġunju 2007 dwar il-limiti massimi ta’ residwi (MRLs) għal canthaxanthin fil-prodotti ta’ l-għalf li joriġinaw minn annimali (4). Biex tiġi aċċettata d-doża ta’ canthaxanthin ta’ kuljum, l-Awtorità pproponiet li tistabbilixxi MRLs għal dik is-sustanza skond il-valuri mogħtija f’dik l-opinjoni. |
(3) |
L-MRLs għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-addittiv ta’ l-għalf canthaxanthin skond dan flimkien mal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni eżistenti ta’ dan l-addittiv. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għal canthaxanthin, flimkien mal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE, limiti massimi ta’ residwi għandhom japplikaw kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 211).
(2) ĠU L 22, 25.1.2003, p. 28.
(3) ĠU L 289, 28.10.1998, p. 4.
(4) L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar il-Limiti Massimi ta' Residwi għal canthaxanthin fil-prodotti ta' l-għalf minn annimali magħlufin b'canthaxanthin użat bħala addittiv ta' l-għalf. Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2007) 507, 1-19.
ANNESS
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Limiti Massimi ta’ Residwi (MRLs) fil-prodotti ta’ l-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali |
||
Koloranti inklużi l-pigmenti |
||||||
|
||||||
E161 g |
Canthaxanthin |
C40H52O2 |
Tjur minbarra t-tiġieġ tal-bajd |
15 mg canthaxanthin/kg ta’ fwied (tessut niedi) u 2.5 mg canthaxanthin/kg ġilda/xaħam (tessut niedi) |
||
Tiġieġ li jbidu |
30 mg canthaxanthin/kg ta’ isfar tal-bajd (tessut niedi) |
|||||
Salamun |
10 mg canthaxanthin/kg ta’ muskolu (tessut niedi) |
|||||
Trota |
5 mg ta’ canthaxanthin/kg ta’ muskolu tessut niedi) |
|||||
|
|
|
Tjur minbarra t-tiġieġ tal-bajd |
15 mg canthaxanthin/kg ta’ fwied (tixju mxarrba) u 2,5 mg canthaxanthin/kg ġilda/xaħam (tessut niedi) |
||
Tiġieġ li jbidu |
30 mg canthaxanthin/kg ta’ isfar tal-bajd (tessut niedi) |
|||||
Salamun |
10 mg canthaxanthin/kg ta’ muskolu (tessut niedi) |
|||||
Trota |
5 mg canthaxanthin/kg ta’ muskolu (tessut niedi) |