1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 759/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), ir-raba' subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 huma stabbiliti, mill-25 ta’ Lulju 2008, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2008 (2). |
(2) |
Fid-dawl ta' l-informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni għandha f'idejha, partikularment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil li sar fir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tas-suq intern u dawk tas-suq dinji, huwa f'loku li r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni li bħalissa qegħdin fis-seħħ jiġu addattati kif xieraq. |
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ illi r-Regolament (KE) Nru 712/2008 jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 712/2008 huwa ssostitwit bit-test imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.
(2) ĠU L 197, 25.7.2008, p. 32.
ANNESS
Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mill-1 ta’ Awwissu 2008
Il-kodiċi tal-prodott |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjoni |
|||||||||
1702 40 10 9100 |
S00 |
EUR/100 kg ta' sustanza niexfa |
18,29 |
|||||||||
1702 60 10 9000 |
S00 |
EUR/100 kg ta' sustanza niexfa |
18,29 |
|||||||||
1702 60 95 9000 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
1702 90 30 9000 |
S00 |
EUR/100 kg ta' sustanza niexfa |
18,29 |
|||||||||
1702 90 71 9000 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
1702 90 95 9100 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
1702 90 95 9900 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 (1) |
|||||||||
2106 90 30 9000 |
S00 |
EUR/100 kg ta' sustanza niexfa |
18,29 |
|||||||||
2106 90 59 9000 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:
|
(*) Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.
(1) Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).