1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 755/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(c)(ii) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2005/36/KE jistipula li fejn, għal professjoni speċifika rregolata, jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi oħra direttament relatati mar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2005/36/KE ma japplikawx. L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li jemenda d-Direttiva 2001/25/KE (2) jipprovdi għar-rikonoxximent awtomatiku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri skond ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara (3). Għalhekk, id-Direttiva 2005/36/KE m’għandhiex tapplika għar-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-baħħara li jaħdmu fuq bastimenti li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE. |
(2) |
Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Olanda ressqu talbiet raġunati sabiex ineħħu l-professjonijiet ta’ tbaħħir tagħhom li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE mill-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja u r-Rumanija talbu t-tħassir tal-professjonijiet kollha u tad-deskrizzjoni assoċjata tat-taħriġ elenkati għall-pajjiżi tagħhom taħt il-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. L-Olanda talbet it-tħassir ta’ żewġ professjonijiet: “l-uffiċjal ewlieni (bastiment kostali) (b’taħriġ addizzjonali) (‘stuurman kleine handelsvaart (met aanvulling)’)” u “inġinier ta’ bastiment kostali (b’diploma) (‘diploma motordrijver’)”, kif ukoll id-deskrizzjoni assoċjata tat-taħriġ mill-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. |
(4) |
Ir-Renju Unit ressaq talba raġunata biex ineħħi l-professjonijiet ta’ tbaħħir tiegħu, li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE, mill-punt 5 ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. |
(5) |
Id-Direttiva 2005/36/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat skond kif stipulat fl-Anness għal dan.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3).
(2) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160.
(3) ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/45/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).
ANNESS
L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt 3(a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Il-punt 5 huwa emendat kif ġej: L-għaxar, il-ħdax, it-tnax, it-tlettax u l-erbatax-il inċiż huma mħassra. |