1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 205/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 754/2008

tal-31 ta’ Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali għal importazzjonijiet ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet tal-kwarantina ta’ dan

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(4) ta’ dan,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħteġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħteġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikulari r-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 18(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 (3) li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali għal importazzjonijiet ta’ ċerti għasafar barra tjur fil-Komunità u l-kundizzjonijiet tal-kwarantina applikabbli għal għasafar bħal dawn wara l-importazzjoni.

(2)

L-Anness V ma’ dak ir-Regolament jistabbilixxi listi ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għal importazzjoni ta’ ċerti għasafar barra tjur.

(3)

Ċipru, l-Ungerija, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall u r-Renju Unit rrivedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri tagħhom ta’ kwarantina u bagħtu lista aġġornata ta’ dawk il-faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati stipulati fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjonijiet tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 607/2008 (ĠU L 166, 27.6.2008, p. 18).


ANNESS

“ANNEX V

LISTA TA’ FAĊILITAJIET U ĊENTRI APPROVATI KIF HEMM IMSEMMI FL-ARTIKOLU 6(1)

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

ISEM TAL-PAJJIŻ

NURMU ta’ L-APPROVAZZJONI TAL-FAĊILITÀ JEW ĊENTRU TAL-KWARANTINA

AT

AWSTRIJA

AT OP Q1

AT

AWSTRIJA

AT-KO Q1

AT

AWSTRIJA

AT-3-KO Q2

AT

AWSTRIJA

AT-3-ME Q1

AT

AWSTRIJA

AT-3-HO Q-1

AT

AWSTRIJA

AT3-KR-Q1

AT

AWSTRIJA

AT-4-KI-Q1

AT

AWSTRIJA

AT-4-VB-Q1

AT

AWSTRIJA

AT 610 Q 1

AT

AWSTRIJA

AT 604 Q 1

BE

BELĠJU

BE VQ 1003

BE

BELĠJU

BE VQ 1010

BE

BELĠJU

BE VQ 1011

BE

BELĠJU

BE VQ 1012

BE

BELĠJU

BE VQ 1013

BE

BELĠJU

BE VQ 1016

BE

BELĠJU

BE VQ 1017

BE

BELĠJU

BE VQ 3001

BE

BELĠJU

BE VQ 3008

BE

BELĠJU

BE VQ 3014

BE

BELĠJU

BE VQ 3015

BE

BELĠJU

BE VQ 4009

BE

BELĠJU

BE VQ 4017

BE

BELĠJU

BE VQ 7015

CZ

REPUBBLIKA ĊEKA

21750016

CZ

REPUBBLIKA ĊEKA

21750027

CZ

REPUBBLIKA ĊEKA

21750050

CZ

REPUBBLIKA ĊEKA

61750009

DE

ĠERMANJA

BB-1

DE

ĠERMANJA

BW-1

DE

ĠERMANJA

BY-1

DE

ĠERMANJA

BY-2

DE

ĠERMANJA

BY-3

DE

ĠERMANJA

BY-4

DE

ĠERMANJA

HE-1

DE

ĠERMANJA

HE-2

DE

ĠERMANJA

NI-1

DE

ĠERMANJA

NI-2

DE

ĠERMANJA

NI-3

DE

ĠERMANJA

NW-1

DE

ĠERMANJA

NW-2

DE

ĠERMANJA

NW-3

DE

ĠERMANJA

NW-4

DE

ĠERMANJA

NW-5

DE

ĠERMANJA

NW-6

DE

ĠERMANJA

NW-7

DE

ĠERMANJA

NW-8

DE

ĠERMANJA

RP-1

DE

ĠERMANJA

SN-1

DE

ĠERMANJA

SN-2

DE

ĠERMANJA

TH-1

DE

ĠERMANJA

TH-2

ES

SPANJA

ES/01/02/05

ES

SPANJA

ES/05/02/12

ES

SPANJA

ES/05/03/13

ES

SPANJA

ES/09/02/10

ES

SPANJA

ES/17/02/07

ES

SPANJA

ES/04/03/11

ES

SPANJA

ES/04/03/14

ES

SPANJA

ES/09/03/15

ES

SPANJA

ES/09/06/18

ES

SPANJA

ES/10/07/20

FR

FRANZA

38.193.01

GR

GREĊJA

GR.1

GR

GREĊJA

GR.2

IE

IRLANDA

IRL-HBQ-1-2003 Unit A

IT

ITALJA

003AL707

IT

ITALJA

305/B/743

IT

ITALJA

132BG603

IT

ITALJA

170BG601

IT

ITALJA

233BG601

IT

ITALJA

068CR003

IT

ITALJA

006FR601

IT

ITALJA

054LCO22

IT

ITALJA

I – 19/ME/01

IT

ITALJA

119RM013

IT

ITALJA

006TS139

IT

ITALJA

133VA023

IT

ITALJA

015RM168

MT

MALTA

BQ 001

NL

OLANDA

NL-13000

NL

OLANDA

NL-13001

NL

OLANDA

NL-13002

NL

OLANDA

NL-13003

NL

OLANDA

NL-13004

NL

OLANDA

NL-13005

NL

OLANDA

NL-13006

NL

OLANDA

NL-13007

NL

OLANDA

NL-13008

NL

OLANDA

NL-13009

NL

OLANDA

NL-13010

PL

POLONJA

14084501

PT

PORTUGALL

0501 CQA

PT

PORTUGALL

0102 CQA

PT

PORTUGALL

0301 CQAR

PT

PORTUGALL

0507 CQAA

UK

RENJU UNIT

21/07/01

UK

RENJU UNIT

21/07/02

UK

RENJU UNIT

01/08/01

UK

RENJU UNIT

21/08/01”