31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 749/2008
tat-30 ta’ Lulju 2008
li jemenda diversi regolamenti li jikkonċernaw il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dak li jikkonċerna ċerti prodotti ta’ dan is-settur (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) tiegħu, b’rabta ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2) jipprovdi ċerti regoli rigward in-notifiki ta’ l-Istati Membri lill-Kummissjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplika mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet jew derogi addizzjonali li jistgħu jiġu stabbiliti mir-regolamenti settorjali. Huwa xieraq li jkunu pprovduti, fir-Regolamenti tal-Kummissjoni speċifiċi għal ċerti kwoti fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella, aktar regoli dettaljati dwar in-notifiki li jikkonċernaw il-liċenzji ta’ importazzjoni f’dak is-settur. B’mod partikolari, sabiex ikunu ċċarati l-obbligi relatati mad-data ta’ l-għeluq għan-notifiki relatati mal-kwantitajiet koperti mil-liċenzji ta’ importazzjoni, tali obbligi għandhom ikunu stabbiliti għal kull kwota tariffarja għall-importazzjoni kkonċernata u għalhekk fuq dak il-punt jeħtieġ li ssir deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom ikunu emendati skond dan:
|
(2) |
Il-kwota tariffarja għall-importazzjoni mifutħa mir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 tiġi ġestita fuq il-bażi tad-dokumenti maħruġa mill-pajjiż terz ikkonċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej: “Artikolu 9a 1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti, li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni. Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009. 3. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom isiru kif ġie indikat fl-Annessi IV, V u VI għal dan ir-Regolament u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti indikati fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*). |
(2) |
Għandhom jiġu miżjuda l-Annessi l-ġodda IV, V u VI, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (**), il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (***) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (****), ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament. (**) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3." |
(2) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: “Artikolu 7a 1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
2. Mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni. Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Jannar 2009. 3. In-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru kif ġie indikat fl-Annessi IV, V u VI għal dan ir-Regolament, u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.” |
(3) |
Għandhom jiġu miżjuda l-Annessi l-ġodda IV, V u VI, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Fir-Regolament (KE) Nru 2172/2005, għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:
“Artikolu 8a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni; |
(b) |
mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija kif indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*****).
Artikolu 4
Fir-Regolament (KE) Nru 529/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:
“Artikolu 8a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fix-xahar preċedenti; |
(b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mit-31 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi f’piż tal-prodotti f’kilogrammi u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (******).
Artikolu 5
Fir-Regolament (KE) Nru 545/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:
“Artikolu 11a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fix-xahar preċedenti; |
(b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi f’piż tal-prodotti f’kilogrammi għal kull numru ta’ l-ordni u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*******).
Artikolu 6
Fir-Regolament (KE) Nru 558/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:
“Artikolu 9a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni; |
(b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (********).
Artikolu 7
Fir-Regolament (KE) Nru 659/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:
“Artikolu 10a
1. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni. |
b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom. |
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.
Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009.
3. Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*********).
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (GU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 127).
(3) ĠU L 43, 18.2.2003, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 332/2008 (ĠU L 102, 12.4.2008, p. 17).
(4) ĠU L 362, 9.12.2004, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 47, 16.2.2006, p. 21).
(5) ĠU L 346, 29.12.2005, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 395).
(6) ĠU L 123, 12.5.2007, p. 26.
(7) ĠU L 129, 17.5.2007, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 98/2008 (ĠU L 29, 2.2.2008, p. 5).
(8) ĠU L 132, 24.5.2007, p. 21.
(9) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 20.
ANNESS I
ANNESS IV
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 297/2003
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … lil: …
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (1) |
Il-kwantità (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4181 |
|
|
ANNESS V
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (il-kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 297/2003
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ma ntużawx il-liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … lil: …
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (2) |
Il-kwantità li ma ntużatx (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4181 |
|
|
ANNESS VI
In-notifika tal-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 297/2003
Il-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa:
Minn: … lil: … (il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni).
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (3) |
Il-kwantità mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4181 |
|
|
(1) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
(2) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
(3) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008
ANNESS II
ANNESS IV
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … sa: …
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (1) |
Il-kwantità (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4202 |
|
|
ANNESS V
In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (il-kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004
Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ma ntużawx il-liċenzji ta’ importazzjoni
Minn: … sa: …
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (2) |
Il-kwantità li ma ntużatx (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4202 |
|
|
ANNESS VI
In-notifika tal-kwantitajiet tal-prodotti mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004
L-Istat Membru: …
L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004
Il-kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa:
Minn: … sa: … (il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni).
In-Nru ta’ l-Ordni |
Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (3) |
Il-kwantità mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa (piż tal-prodott f’kilogrammi) |
09.4202 |
|
|
(1) Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008