|
31.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 747/2008
tat-30 ta' Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin, rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-implimentazzjoni tar-Rev. 2 tan-NACE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin. |
|
(2) |
Huwa neċessarju li wieħed jadatta d-definizzjonijiet għall-karatteristiċi dwar il-varjabbli tar-riċerka u ta' l-iżvilupp għall-modulu komuni għall-istatistiċi fuq l-affiljati barranin residenti fil-pajjiż (inward statistics). |
|
(3) |
Huwa neċessarju wkoll li wieħed jadatta l-livelli ta' l-analiżi ta' l-attività b'segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (2). |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f''dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
It-Taqsima 2 ta' l-Anness I hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
|
2. |
It-tabella tal-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' attività li hemm referenza għaliha fl-Anness III hi sostitwita bit-tabella mniżżla fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
|
3. |
It-tabella tal-livell 3 ta' l-analiżi ta' attività li hemm referenza għaliha fl-Anness III hi sostitwita bit-tabella mniżżla fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 kif emendat b'dan ir-Regolament:
|
— |
rigward il-livelli 1 u 2, mill-1 ta' Jannar 2010 (għas-sena ta' referenza 2010 u s-snin ta' wara); |
|
— |
rigward il-livell 3, mill-1 ta' Jannar 2008 (għas-sena ta' referenza 2008 u s-snin ta' wara); |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17.
(2) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 295/2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13).
ANNESS I
“TAQSIMA 2
Karatteristiċi
Il-karatteristiċi li ġejjin, kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar id-definizzjonijiet ta' karatteristiċi għall-istatistika strutturali dwar il-kummerċ (1) għandhom jiġu kkumpilati:
|
Kodiċi |
Titolu |
|
11 11 0 |
In-numru ta' intrapriżi |
|
12 11 0 |
Il-fatturat |
|
12 12 0 |
Il-valur tal-produzzjoni |
|
12 15 0 |
Il-valur miżjud fl-ispiża tal-fattur |
|
13 11 0 |
Ix-xiri totali ta' beni u servizzi |
|
13 12 0 |
Ix-xiri ta' beni u servizzi mixtrija sabiex jerġu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ġew irċevuti |
|
13 31 0 |
L-ispejjeż tal-persunal |
|
15 11 0 |
L-investiment gross f'beni tanġibbli |
|
16 11 0 |
In-numru ta' persuni li għandhom impjieg |
Il-karatteristiċi li ġejjin għandhom ikunu kkumpilati wkoll mill-Istati Membri għas-sena ta' referenza 2009 u għas-snin ta' wara:
|
Kodiċi |
Titolu u definizzjoni |
||||||||
|
22 11 0 |
In-nefqa totali ta' R&Ż (Riċerka u Żvilupp) intra-muros (*1) Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jinvolvu xogħol kreattiv magħmul fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-għarfien, inkluż l-għarfien tal-bniedem, tal-kultura u tas-soċjetà, u l-użu ta' dan l-għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda. In-nefqiet intra-muros huma dawk in-nefqiet kollha ta' R&Ż (Riċerka u Żvilupp) magħmula ġo l-unità stess, irrispettivament minn fejn ġejjin il-fondi. In-nefqiet ta' R&Ż għandhom jiġu distinti min-nefqiet ta' firxa vasta ta' attivitajiet relatati. Dawn li ġejjin huma għalhekk esklużi min-nefqa ta' R&Ż:
In-nefqa ta' riċerka u żvilupp tista', skond il-każ tal-liġijiet nazzjonali, tiġi rreġistrata f'waħda minn dawn it-tliet postijiet: ċaqliq fl-assi mhux tanġibbli, ċaqliq fl-assi tanġibbli jew fin-nefqa operattiva. Jekk, taħt il-liġi nazzjonali, in-nefqa tista' tiġi parzjalment jew kollha kemm hi kapitalizzata, din tiġi inkluża fiċ-ċaqliq ta' l-assi mhux tanġibbli inkluż fil-kontijiet tal-kumpanija taħt L-assi fissi – L-assi intanġibbli – spejjeż ta' riċerka u żvilupp. Jekk taħt il-liġi nazzjonali hija biss parzjalment kapitalizzata jew għal kollox mhux kapitalizzata, in-nefqa kurrenti hija parti mill-Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, tariffi oħrajn esterni, spejjeż tal-ħaddiema u spejjeż operattivi oħra u n-nefqa kapitali tiġi inkluża fiċ-ċaqliq ta' l-assi tanġibbli imsemmija fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-Assi Fissi – assi tanġibbli. |
||||||||
|
22 12 0 |
Numru totali ta' persunal tar-R&Ż (*1) Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jinvolvu xogħol kreattiv magħmul fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-għarfien, inkluż l-għarfien tal-bniedem, tal-kultura u tas-soċjetà, u l-użu ta' dan l-għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda. Għandhom jiġu magħduda l-persuni kollha impjegati direttament fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), kif ukoll dawk illi jipprovdu servizzi diretti, bħal managers tar-R&Ż, amministraturi u staff klerikali. Dawk il-persuni li jipprovdu servizz indirett, bħall-ħaddiema tal-kantin jew tas-sigurtà, għandhom jiġu esklużi, avolja l-pagi u s-salarji tagħhom huma inklużi bħala spejjeż ġenerali fil-kalkolu tan-nefqa. Il-persunal tar-R&Ż għandu jiġi distint mill-persunal inkarigat minn firxa wiesgħa ta' attivitajiet relatati. Għalhekk, dawn li ġejjin ma jagħmlux mal-persunal tar-R&Ż:
Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija In-numru totali ta' persunal ta' riċerka u żvilupp ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Dan jagħmel parti min-numru ta' persuni impjegati li jitniżżel fin-noti fil-kontijiet tal-kumpanija (l-Artikolu 43(8)). Rabta ma' varjabbli oħra Parti min-numru ta' persuni impjegati (16 11 0 ). |
Jekk in-numru ta' persuni li għandom impjieg mhux disponibbli, minflok għandu jiġi kkumpilat in-numru ta' l-impjegati (kodiċi 16 13 0).
Il-karatteristiċi ‘infiq totali intra-muros tar-R&Ż’ (kodiċi 22 11 0) u ‘in-numru totali ta' persunal tar-R&Ż’ (kodiċi 22 12 0) iridu jiġu kkumpilati biss f'każi ta' attivitajiet fit-taqsimiet B, C, D, E u F tan-NACE. Sas-sena ta' referenza 2009, l-Istati Membri se jikkumpilaw dawn il-karatteristiċi kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998.
Għat-taqsima K tan-NACE, in-numru ta' intrapriżi, il-fatturat (2) u n-numru tal-persuni li għandhom impjieg (jew in-numru ta' l-impjegati) biss għandhom jiġu kkumpilati.
(2) Għar-Rev. 2, diviżjoni 64, tan-NACE, il-fatturat se jiġi sostitwit bil-valur tal-produzzjoni.” ’
(1) ĠU L 344, 18.12.1998, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1670/2003 (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 74).
(*1) Il-fatturi varjabbli 22 11 0 u 22 12 0 għandhom ikunu rrappurtati kull sentejn. Jekk l-ammont totali ta’ fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tan-NACE Rev. 2 Taqsimiet B sa F, jirrapreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni meħtieġa għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika li tirrigwarda l-karatteristiċi 22 11 0 u 22 12 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.
ANNESS II
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, it-tabella tal-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' l-attività hija sostitwita b'li ġej:
“Il-livelli 1 u 2 ta' l-analiżi ta' l-attività għall-istatistiċi ta' l-affiljati barranin residenti barra ’l pajjiż
|
Livell 1 |
Livell 2 |
Rev. 2 tan-NACE |
|
|
ATTIVITÀ TOTALI |
ATTIVITÀ TOTALI |
taqsima B sa S (eskluża l-O) |
|
|
MINJIERI U BARRIERI |
MINJIERI U BARRIERI |
taqsima B |
|
|
L-estrazzjoni ta' żejt mhux raffinat, gass naturali u attivitajiet ta' servizzi ta' sapport marbuta mal-minjieri |
div 06, 09 |
||
|
MANIFATTURA |
MANIFATTURA |
taqsima C |
|
|
Prodotti ta' l-ikel, xorb u tabakk |
div 10, 11, 12 |
||
|
TOTAL ta' attivitajiet ta' tessuti u ta' injam |
div 13, 14, 16, 17, 18 |
||
|
Tessuti u oġġetti li jintlibsu |
div 13, 14 |
||
|
Injam, karta, stampar u riproduzzjoni |
div 16, 17, 18 |
||
|
Żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik |
TOTAL ta' żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik |
div 19, 20, 21, 22 |
|
|
Prodotti mill-kokk u miż-żejt raffinat |
div 19 |
||
|
Kimiċi u prodotti kimiċi |
div 20 |
||
|
Prodotti mill-gomma u mill-plastik |
div 22 |
||
|
TOTAL ta' prodotti tal-metall u tal-makkinarju |
div 24, 25, 26, 28 |
||
|
Metalli bażiċi u prodotti ta' metall iffabbrikat |
div 24, 25 |
||
|
Prodotti tal-kompjuter, dawk elettroniċi u ottiċi |
Prodotti tal-kompjuter, dawk elettroniċi u ottiċi |
div 26 |
|
|
Makkinarju u tagħmir n.e.c. |
div 28 |
||
|
Vetturi, tagħmir ta' trasport ieħor |
TOTAL ta' vetturi & tagħmir ta' trasport ieħor |
div 29, 30 |
|
|
Vetturi bil-mutur, trejlers jew semi-trejlers |
div 29 |
||
|
Tagħmir ta' trasport ieħor |
div 30 |
||
|
TOTAL ta' manifattura oħra |
div 15, 23, 27, 31, 32, 33 |
||
|
PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, FWAR U ARJA KKUNDIZZJONATA |
PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA |
taqsima D |
|
|
PROVVISTA TA' L-ILMA; SISTEMA TA' DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART U ATTIVITAJIET TA' RIMEDJAZZJONI |
PROVVISTA TA' L-ILMA; SISTEMA TA' DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART U ATTIVITAJIET TA' RIMEDJAZZJONI |
taqsima E |
|
|
Il-ġbir, it-trattament u l-provvista ta' l-ilma |
div 36 |
||
|
Sistema ta' drenaġġi, immaniġġar ta' l-iskart u attivitajiet ta' rimedjazzjoni |
div 37, 38, 39 |
||
|
KOSTRUZZJONI |
KOSTRUZZJONI |
taqsima F |
|
|
TOTAL TA' SERVIZZI |
TOTAL TA' SERVIZZI |
taqsima G, H, I, J, K, L, M, N, P, Q, R, S |
|
|
KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U TA' MUTURI |
KUMMERĊ BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U TA' MUTURI |
taqsima G |
|
|
Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut u tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' muturi |
div 45 |
||
|
Kummerċ bl-ingrossa, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi |
div 46 |
||
|
Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi |
div 47 |
||
|
TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA |
TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA |
taqsima H |
|
|
TOTAL ta' trasport u ħżin tal-merkanzija |
div 49, 50, 51, 52 |
||
|
Trasport minn fuq l-art u trasport minn ġol-katusi |
div 49 |
||
|
Trasport fuq l-ilma |
div 50 |
||
|
Trasport bl-ajru |
div 51 |
||
|
Il-ħżin tal-merkanzija u attivatijiet ta' sapport għat-trasportazzjoni |
div 52 |
||
|
Attivitajiet ta' posta u dawk ta' kurjer |
div 53 |
||
|
AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA' SERVIZZ TA' IKEL |
AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA' SERVIZZ TA' IKEL |
taqsima I |
|
|
INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI |
INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI |
taqsima J |
|
|
Attivitajiet ċinematografiċi, ta' vidjo, produzzjoni ta' programmi għat-televixin u attivitajiet ta' divertiment oħrajn |
div 59, 60 |
||
|
Telekomunikazzjoni |
div 61 |
||
|
Attivitajiet oħra ta' informazzjoni u komunikazzjoni |
div 58, 62, 63 |
||
|
ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI |
ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI |
taqsima K |
|
|
Intermedjazzjoni finanzjarja, ħlief il-fondi ġejjin mill-assigurazzjoni jew mill-pensjoni |
div 64 |
||
|
grupp 64.2 |
||
|
Assigurazzjoni, fondi ġejjin minn assigurazzjoni fuq oħra u minn pensjoni, ħlief għas-sigurtà soċjali obbligatorja |
div 65 |
||
|
Attivitajiet finanzjarji oħra |
div 66 |
||
|
ATTIVITAJIET TA' PROPJETÀ TA' BENI IMMOBBLI |
taqsima L |
||
|
ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI |
ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI |
taqsima M |
|
|
Attivitajiet legali u dawk marbuta mal-kontabilità |
div 69 |
||
|
grupp 69.1 |
||
|
grupp 69.2 |
||
|
Attivitajiet tal-kwartieri ġenerali; attivitajiet ta' konsulenza maniġerjali |
div 70 |
||
|
grupp 70.1 |
||
|
grupp 70.2 |
||
|
Attivitajiet ta' arkitettura u ta' inġinerija ittestjar u analiżi tekniċi |
div 71 |
||
|
Riċerka xjentifika u żvilupp |
Riċerka xjentifika u żvilupp |
div 72 |
|
|
Reklamar u analiżi tas-suq |
div 73 |
||
|
grupp 73.1 |
||
|
grupp 73.2 |
||
|
Attivitajiet oħra professjonali, kemm xjentifiċi kif ukoll tekniċi, u attivitajiet veterinarji |
div 74, 75 |
||
|
ATTIVITAJIET AMMINISTRATTIVI U DAWK MARBUTA MA' SERVIZZI TA' SAPPORT |
taqsima N |
||
|
Attivitajiet ta' kiri u ta' kiri fit-tul |
div 77 |
||
|
Attivitajiet amministrattivi oħra u dawk marbuta ma' servizzi ta' sapport |
div 78, 79, 80, 81, 82 |
||
|
EDUKAZZJONI |
taqsima P |
||
|
ATTIVITAJIET TA' SAĦĦA UMANA U TA' ĦIDMA SOĊJALI |
taqsima Q |
||
|
ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI |
ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI |
taqsima R |
|
|
Attivitajiet kreattivi, marbuta ma' l-arti u mad-divertiment |
div 90 |
||
|
Libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra |
div 91 |
||
|
Attivitajiet ta' sport u oħrajn marbuta ma' rikreazzjoni; attivitajiet tal-logħob tal-flus u l-imħatri |
div 92, 93 |
||
|
ATTIVITAJIET TA' SERVIZZI OĦRA |
taqsima S |
||
|
Attivitajiet ta' organizzazzjonijiet ta' sħubija |
div 94 |
||
|
Tiswija ta' kompjuters u ta' oġġetti personali u tad-dar, attivitajiet oħra ta' servizz personali |
div 95, 96 |
||
|
Mhux allokati” |
|
ANNESS III
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, it-tabella ta' l-analiżi ta' l-attività tal-livell 3 hi sostitwita b'li ġej:
“Analiżi ta' l-attività tal-livell 3 għall-affiljati barranin residenti fil-pajjiż
|
Livell 3 (Rev. 2 tan-NACE) |
|
|
Intestatura |
Il-livell ta' dettall mitlub |
|
Ekonomija tan-negozju |
Taqsimiet B sa N, ħlief il-K |
|
MINJIERI U BARRIERI |
Taqsima B |
|
MANIFATTURA |
Taqsima C |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 10 sa 33 |
|
|
PROVVISTA TA' ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA |
Taqsima D |
|
Diviżjoni 35 |
|
|
PROVVISTA TA' L-ILMA, SISTEMA TA’ DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR TA’ L-ISKART U ATTIVITAJIET TA’ RIMEDJAZZJONI |
Taqsima E |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 36 sa 39 |
|
|
KOSTRUZZJONI |
Taqsima F |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 41 sa 43 |
|
|
Il-gruppi 41.1 u 41.2, 42.1 sa 42.9, 43.1 sa 43.9 |
|
|
NEGOZJU BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA' VETTURI BIL-MUTUR U MUTURI |
Taqsima G |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 45 sa 47 |
|
|
Il-gruppi 45.1 u 45.2, 46.1 sa 46.9, 47.1 sa 47.9 |
|
|
TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA |
Taqsima H |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 49 sa 53 |
|
|
Gruppi 49.1 sa 49.5 |
|
|
ATTIVITAJIET TA' AKKOMODAZZJONI U TA' SERVIZZI TA' L-IKEL |
Taqsima I |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 55 sa 56 |
|
|
Il-gruppi 55.1 sa 55.9, 56.1 sa 56.3 |
|
|
INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI |
Taqsima J |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 58 sa 63 |
|
|
Gruppi 58.1, 58.2, 63.1, 63.9 |
|
|
ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TA' L-ASSIGURAZZJONI |
Taqsima K |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 64 sa 66 |
|
|
ATTIVITAJIET TA’ PROPRJETÀ TA’ BENI IMMOBBLI |
Taqsima L |
|
Diviżjoni 68 |
|
|
ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI |
Taqsima M |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 69 sa 75 |
|
|
ATTIVITAJIET AMMINISTRATTIVI U TA' SERVIZZI TA' SAPPORT |
Taqsima N |
|
Id-diviżjonijiet kollha minn 77 sa 82 |
|
|
Gruppi 77.1 sa 77.4” |
|