30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 741/2008

tad-29 ta’ Lulju 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 996/97 għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta' Ġunju 1997 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini koperta bil-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat safejn għandhom jinħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni koperti bil-kwota tariffarja li ġġib in-numru tas-serje 09.4020 u li tressqu għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 996/97 għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 1,694843 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2008

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 (ĠU L 213, 15.8.2007, p. 6).