26.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 198/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 721/2008

tal-25 ta’ Lulju 2008

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ ċelloli maqtula u mnixxfa tal-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens (NITE SD 00017) bħala addittiv fl-għalf għas-salamun u t-troti, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi sensorji”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Settembru 2007 li din il-preparazzjoni ta’ ċelloli maqtula u mnixxfa tal-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens (NITE SD 00017) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li taffettwa favorevolment il-karatteristiċi tal-prodotti ta’ l-annimali (2). Ikkonkludiet ukoll li dik il-preparazzjoni ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. L-Awtorità għamlet rakkomandazzjoni li tikkonċerna l-limiti massimi ta’ residwi. Din ma qisitx li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skond dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi sensorji” u tal-grupp funzjonali “a (ii). Koloranti; sustanzi li, meta jingħataw lill-annimali, iżidu l-kuluri lill-ikel li jkun ġej mill-annimali”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 211).

(2)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi wżati fl-Għalf ta’ l-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-Panaferd-AX (il-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens) bħala addittiv fl-għalf għas-salamun u t-troti. Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 546, p. 1-30.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni ta' l-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Limiti Massimi ta’ Residwi (LMR) fl-oġġetti ta’ l-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi sensorji. Grupp funzjonali: koloranti; sustanzi li meta jingħataw lill-annimali jżidu l-kuluri lill-ikel li jkun ġej mill-annimali

2a(ii)167

Paracoccus carotinifaciens li fih ħafna karotenojdi ħomor

 

Sustanzi attivi:

 

Astaxanthin (C40H52O4, CAS: 472-61-7)

 

Adonirubin (C40H52O3, 3-Hydroxy-beta,beta-carotene-4,4′-dione CAS: 511-23801)

 

Canthaxanthin (C40H52O2, CAS: 514-78-3)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Preparazzjoni ta’ ċelloli maqtula u mnixxfa ta’ Paracoccus carotinifaciens (NITE SD 00017) li fiha:

20-23 g/kg astaxanthin

10-15 g/kg adonirubin

3-5 g/kg canthaxanthin

 

Metodi analitiċi

Kromotografija Likwida ta' Prestazzjoni Għolja (HPLC) f’fażi normali flimkien ma' individwazzjoni viżibbli ta’ l-UV biex jiġu determinati l-astaxanthin, l-adonirubin u l-canthaxanthin fl-għalf u fit-tessut tal-ħut (1)

Salamun, trota

100

1.

Il-kontenut massimu huwa espress bħala s-somma ta’ astaxanthin, adonirubin u canthaxanthi

2.

L-użu permess mill-età ta' sitt xhur 'il quddiem jew minn piż ta' 50 g.

3.

It-taħlita ta’ l-addittiv ma’ l-astaxanthin jew il-canthaxanthin hija permessa sakemm il-konċentrazzjoni totali tas-somma ta’ astaxanthin, adonirubin u cantaxanthin minn sorsi oħra ma taqbiżx il-100 mg/kg fl-għalf sħiħ.

Għas-salamun: 10 mg/kg għas-somma ta’ adonirubin u canthaxanthin/kg muskolu (tessut imxarrab);

Għat-trota: 8 mg/kg għas-somma ta’ adonirubin u canthaxanthin/kg muskolu (tessut imxarrab)

15.8.2018


(1)  Aktar dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives