25.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 197/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 710/2008

ta’ l-24 ta’ Lulju 2008

li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq Komunitarju tal-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezz tas-suq Komunitarju għall-karkassi tal-majjal, kif stipulat fl-Artikoli 17 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jiġi stabbilit billi jiġu kkalkolati l-prezzijiet irreġistrati f'kull Stat Membru b'koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-popolazzjoni tal-majjali f'kull Stat Membru.

(2)

Dawn il-koeffiċjenti għandhom jiġu ddeterminati fuq l-għadd ta’ majjali magħduda fil-bidu ta’ Diċembru ta’ kull sena skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta’ statistika li jrid ikun imwettaq dwar il-produzzjoni tal-majjal (2).

(3)

Fid-dawl tar-riżultati taċ-ċensiment ta’ Diċembru 2007, għandhom jiġu stabbiliti koeffiċjenti ta’ kalkolu ġodda għas-sena tas-suq 2008/2009, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 846/2009 għandu jitħassar (3).

(4)

Billi s-sena tas-suq 2008/2009 tibda fl-1 ta’ Lulju 2008, dan ir-Regolament għandu jiġi applikat minn din id-data.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-koeffiċjenti ta’ kalkolu msemmija fl-Artikoli 17 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 846/2007 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 187, 19.7.2007, p. 3.


ANNESS

Il-koefiċċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq Komunitarju tal-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2008/2009

L-Artikoli 17 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Il-Belġju

3,9  %

Il-Bulgarija

0,6  %

Ir-Repubblika Ċeka

1,7  %

Id-Danimarka

8,2  %

Il-Ġermanja

16,9  %

L-Estonja

0,2  %

Il-Greċja

0,6  %

Spanja

16,3  %

Franza

9,4  %

L-Irlanda

1,0  %

L-Italja

5,8  %

Ċipru

0,3  %

Il-Latvja

0,3  %

Il-Litwanja

0,6  %

Il-Lussemburgu

0,05  %

L-Ungerija

2,4  %

Malta

0,05  %

L-Olanda

7,3  %

L-Awstrija

2,0  %

Il-Polonja

11,0  %

Il-Portugall

1,5  %

Ir-Rumanija

4,1  %

Is-Slovenja

0,3  %

Is-Slovakkja

0,6  %

Il-Finlandja

0,9  %

L-Iżvezja

1,1  %

Ir-Renju Unit

2,9  %