22.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 193/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 690/2008
ta’ l-4 ta’ Lulju 2008
li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità
(Riformulazzjoni)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE tat-8 ta’ Mejju 2001 li tirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva 92/76/KEE (2) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi. Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi, għandha tiġi abbozzata mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Taħt -Direttiva 2000/29/KE, “żoni protetti” esposti għal riskji partikolari tas-saħħa tal-pjanti jistgħu jkunu mfissra u għalhekk jistgħu jkunu mogħtija ħarsien speċjali taħt kondizzjonijiet kompatibbli mas-suq intern. Żoni bħal dawn kienu mfissra fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE. |
(3) |
Ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri huma rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ ċerti organiżmi ta’ ħsara. F’xi każijiet, ir-rikonoxximent ingħata proviżorjament peress li t-tagħrif sħiħ meħtieġ li juri li l-organiżmu ta’ ħsara kkonċernat ma kienx preżenti fl-Istat Membru jew fiż-żona kkonċernata ma kienx ġie ipprovdut jew l-isforzi biex jinqered organiżmu bħal dan ma kinux intemmew. Fejn l-Istati Membri kkonċernati pprovdew it-tagħrif meħtieġ, iż-żoni kkonċernati għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti permanenti. Ir-rikonoxximent proviżorju għandu jiġi estiż b’eċċezzjoni għal perjodu limitat ieħor ta’ żmien biex jagħti lill-Istati Membri kkonċernati ż-żmien addizzjonali meħtieġ biex iressqu tagħrif li juri li dak l-organiżmu mhuwiex preżenti, jew, fejn meħtieġ, biex jissoktaw bl-isforzi tagħhom biex jeqirduh. F’każijiet oħra żoni protetti m’għandhomx ikunu aktar rikonoxxuti bħala tali billi organiżmi perikolużi huma bħalissa preżenti. |
(4) |
Ċipru ġie rikonoxxut proviżorjament bħala żona protetta fir-rigward tad-Daktulosphaira vitifoliae (Fitch), Ips sexdentatus Börner u l-Leptinotarsa decemlineata Say sal-31 ta’ Marzu 2008. Minn tagħrif imressaq minn Ċipru minn mindu ngħata r-rikonoxximent proviżorju, jidher li dawn l-organiżmi mhumiex preżenti f’Ċipru. Għalhekk Ċipru għandu jkun rikonoxxut bħala żona permanenti ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ dawn l-organiżmi. |
(5) |
Ċerti reġjuni fi Spanja kienu rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa (Den. u Schiff.). Minn tagħrif mogħti minn Spanja, jidher li l-organiżmu issa stabbilixxa ruħu f’dawn ir-reġjuni. Għalhekk m’għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu. |
(6) |
Ċerti reġjuni fl-Italja, l-Awstrija, is-Slovenja u s-Slovakkja, u t-territorju kollu ta’ l-Irlanda u l-Litwanja kienu rikonoxxuti proviżorjament bħala żoni protetti fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sal-31 ta’ Marzu 2008. |
(7) |
Minn tagħrif ipprovdut mil-Irlanda, il-Litwanja u s-Slovakkja, jidher li r-rikonoxximent proviżorju taż-żoni protetti għal dawk il-pajjiżi fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandu jiġi estiż b’eċċezzjoni għal perjodu ta’ sentejn biex jagħti lil dawk l-Istati Membri kkonċernati ż-żmien meħtieġ biex iressqu tagħrif li juri li dak l-organiżmu mhuwiex preżenti, jew, fejn meħtieġ, biex jissoktaw bl-isforzi tagħhom biex jeqirduh. |
(8) |
Minn tagħrif ipprovdut mill-Italja u mis-Slovenja, jidher li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. bħalissa tinstab f’xi wħud mir-reġjuni, li kienu qabel rikonoxxuti proviżorjament bħala żoni protetti għal dan l-organiżmu sal-31 ta’ Marzu 2008. Dawn ir-reġjuni għalhekk m’għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu. |
(9) |
Minn tagħrif imressaq mill-Awstrija, jidher li minħabba kundizzjonijiet mhux favorevoli fl-2007 kien hemm bosta tifqigħat ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. f’xi partijiet mit-territorju tagħha, li qabel kienu rikonoxxuti bħala żoni protetti għal dan l-organiżmu ta’ ħsara. Għal dan l-għan, ir-rikonoxximent proviżorju taż-żoni protetti għal ċerti reġjuni fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandu jiġi estiż għal sena biex jagħti lill-Awstrija ż-żmien meħtieġ biex tivverifika li l-isforzi għall-qerda li saru mill-Awstrija fl-2007 huma effiċjenti u biex tressaq tagħrif li juri li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mhix preżenti jew, fejn meħtieġ, biex ittemm l-isforzi tagħha biex jinqered dan l-organiżmu fl-2008. |
(10) |
Malta kienet rikonoxxuta proviżorjament bħala żona protetta fir-rigward tal-vajrus tas-Citrus tristeza (European strains) sal-31 ta’ Marzu 2008. Minn tagħrif imressaq minn Malta, jidher li l-isforzi li saru biex jinqered dan l-organiżmu kienu ta’ suċċess. Għalhekk Malta għandha tkun rikonoxxuta bħala żona permanenti ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ dan l-organiżmu. |
(11) |
It-territorju tal-Portugall kien rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-vajrus tas-Citrus tristeza (European strains). Minn tagħrif mogħti mill-Portugall, jidher li l-organiżmu issa stabbilixxa ruħu f’xi parti mit-territorju tal-pajjiż. Għalhekk din il-parti fit-territorju Portugiż m’għandhiex tibqa’ tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu. |
(12) |
Huwa għalhekk meħtieġ li tkun modifikata l-għażla eżisenti taż-żoni protetti. |
(13) |
Fl-imgħoddi żoni protetti kienu rikonoxxuti u emendati b’Direttiva. Biex tinkiseb applikazzjoni f’waqtha u simultanja mill-Istati Membri, iż-żoni protetti għandhom ikunu rikonoxxuti permezz ta’ Regolament. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. |
(15) |
Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Iż-żoni fil-Komunità elenkati fl-Anness I huma rikonoxxuti bħala żoni protetti kif imfisser fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE, fir-rigward ta’ l-organiżmu/i ta’ ħsara elenkati ħdejn isimhom fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-Direttiva 2001/32/KE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 31).
(2) ĠU L 127, 9.5.2001, p. 38. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/40/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 49.)
ANNESS I
Żoni fil-komunità rikonoxxuti bħala “żoni protetti”, fir-rigward ta' orġaniżmu/i ta’ ħsara mniżżla ħdejn isimhom
Organiżmi ta' ħsara |
Żoni protetti: it-territorju ta’ |
||||||||
(a) Insetti, dud u nematodi, fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom |
|||||||||
|
Il-Ġreċja, Spanja (Andalusia, Catalonia, Extremadura, Murcia, Valencia) |
||||||||
|
l-Irlanda, il-Portugall (l-Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste (il-komuni ta' Albobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes), il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit |
||||||||
|
l-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u Jersey) |
||||||||
|
Ċipru |
||||||||
|
l-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u Jersey) |
||||||||
|
l-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u Jersey) |
||||||||
|
il-Latvja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja |
||||||||
|
il-Greċja, il-Portugall (l-Azores) |
||||||||
|
l-Irlanda, il-Greċja, Franża (Korsika), ir-Renju Unit |
||||||||
|
l-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq u l-Isle of Man) |
||||||||
|
l-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit |
||||||||
|
l-Irlanda, Ċipru, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq u l-Isle of Man) |
||||||||
|
l-Irlanda, ir-Renju Unit |
||||||||
|
l-Irlanda, Spanja (Ibiża u Menorca), Ċipru, Malta, il-Portugall (l-Azores u Madejra), il-Finlandja (id-distretti ta’ Åland, Håme, Kymi, Pirkanmaa, Satakunta, Turku, Uusimaa), l-Iżvezja (il-kontej ta’ Blekinge, Gotland, Halland, Kalmar u Skåne), ir-Renju Unit |
||||||||
|
l-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) |
||||||||
|
Spanja (Granada u Malaga), il-Portugall (Alentejo, l-Algarve u Madejra) |
||||||||
(b) Batterji |
|||||||||
|
il-Greċja, Spanja, il-Portugall |
||||||||
|
|
||||||||
(c) Faqqiegħ |
|||||||||
|
ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Greċja (Kreta u Lesvos), l-Iżvezja u r-Renju Unit (għajr l-Isle of Man) |
||||||||
|
il-Greċja |
||||||||
|
l-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq) |
||||||||
|
l-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq) |
||||||||
(d) Vajrusijiet u organiżmi li jixbhu l-vajrus |
|||||||||
|
l-Irlanda, Franza (Bretagne), il-Portugall (l-Azores), il-Finlandja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq) |
||||||||
|
il-Finlandja u l-Iżvezja |
||||||||
|
il-Greċja, Franza (Korsika), Malta, il-Portugall (għajr Madejra) |
||||||||
|
ir-Repubblika Ċeka (sal-31 ta’ Marzu 2009), Franza (Alsace, Champagne-Ardenne u Lorraine) (sal-31 ta’ Marzu 2009), l-Italja (Basilicata) (sal-31 ta’ Marzu 2009) |
ANNESS II
TAQSIMA A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha
(kif imsemmi fl-Artikolu 2)
Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2002/29/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2003/21/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2003/46/KE |
|
l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 |
L-Artikolu 20 u l-Anness II, p. 443 |
Direttiva tal-Kummissjoni 2004/32/KE |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/522/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2005/18/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/36/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/40/KE |
|
TAQSIMA B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(kif imsemmi fl-Artikolu 2)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta' l-applikazzjoni |
2001/32/KE |
il-21 ta’ Mejju 2001 |
it-22 ta’ Mejju 2001 |
2002/29/KE |
il-31 ta’ Marzu 2002 |
l-1 ta’ April 2002 |
2003/21/KE |
il-31 ta’ Marzu 2003 |
l-1 ta’ April 2003 |
2003/46/KE |
il-15 ta’ Ġunju 2003 |
is-16 ta’ Ġunju 2003 |
2004/32/KE |
l-20 ta’ April 2004 |
il-21 ta’ April 2004 |
2005/18/KE |
l-14 ta’ Mejju 2005 |
il-15 ta’ Mejju 2005 |
2006/36/KE |
it-30 ta’ April 2006 |
l-1 ta’ Mejju 2006 |
2007/40/KE |
il-31 ta’ Ottubru 2007 |
l-1 ta’ Novembru 2007 |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 2001/32/KE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 3 |
— |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 3, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 5, it-tieni paragrafu |
— |
— |
Artikolu 3, it-tieni paragrafu |
Artikolu 6 |
— |
Anness, il-punt (a), 1, 2 u 3 |
Anness I, il-punt (a), 1, 2 u 3 |
Anness, il-punt (a), 3.1 |
Anness I, il-punt (a), 3.1 |
Anness, il-punt (a), minn 4 sa 15 |
Anness I, il-punt (a), minn 4 sa 15 |
Anness, il-punt (a), 16 |
— |
Anness, il-punt (b), 1 |
Anness I, il-punt (b), 1 |
Anness, il-punt (b), 2, l-ewwel inċiż |
Anness I, il-punt (b), 2, l-ewwel inċiż |
— |
Anness I, il-punt (b), 2, it-tieni inċiż |
Anness, il-punt (b), 2, it-tieni inċiż |
— |
— |
Anness I, il-punt (b), 2, it-tielet inċiż |
Anness, il-punt (c), 01 |
Anness I, il-punt (c), 01 |
Anness, il-punt (c), minn 1 sa 3 |
Anness I, il-punt (c), minn 1 sa 3 |
Anness I, il-punt (d) minn 1 sa 4 |
Anness I, il-punt (d) minn 1 sa 4 |
— |
Anness II |
— |
Anness III |