16.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 188/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 668/2008

tal-15 ta' Lulju 2008

li jemenda mit-II sal-V Anness tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru, fir-rigward ta’ metodi ta’ ħidma u proċeduri ta’ l-operat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-forniment tas-servizzi) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru (2) jirreferi għal diversi annessi tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Minn meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005, dawk l-annessi ġew emendati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazjoni Ċivili kif indikat fl-ittri ta’ l-Istat 2001/74 ta’ l-10 ta’ Awwissu 2001; 2003/29 tat-28 ta’ Marzu 2003; 2004/16 tas-26 ta’ Marzu 2004; 2005/35 u 2005/39 ta’ l-24 ta’ Marzu 2005; 2006/38 ta’ l-24 ta’ Marzu 2006; 2006/64 tat-18 ta’ Awwissu 2006; 2007/11, 2007/13, 2007/19, 2007/20, 2007/23 u 2007/24 tat-30 ta’ Marzu 2007. Ir-referenzi fir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 għandhom jiġu aġġornati sabiex jilħqu l-obbligi ġuridiċi internazzjonali ta’ l-Istati Membri u jiżguraw koerenza mal-qafas regolatorju internazzjonali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru (Sema) Uniku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI TA’ L-OPERAT

Fornitur ta’ servizzi ta’ traffiku ta’ l-ajru għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta' ħidma u l-proċeduri ta' l-operat tiegħu huma konformi ma' l-istandards fl-annessi li ġejjin tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment tas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru fl-ispazju ta' l-ajru kkonċernat:

(a)

l-Anness 2 dwar ir-regoli ta’ l-ajru fl-10 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2005, inklużi l-emendi kollha san-Nru 40,

(b)

l-Anness 10 dwar it-telekomunikazzjonijiet ajronawtiċi, il-Volum II dwar il-Proċeduri ta’ komunikazzjoni inkluż dawk bi Status PANS fis-6 edizzjoni tiegħu ta’ Ottubru 2001, inklużi l-emendi kollha san-Nru 82,

(ċ)

l-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha san-Nru 45.”;

(2)

Fl-Anness III, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI TA’ L-OPERAT

Fornitur ta’ servizzi metereoloġiċi għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta' ħidma u l-proċeduri ta' l-operat tiegħu huma konformi ma' l-istandards fl-annessi li ġejjin tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi metereoloġiċi ta' l-ajru fl-ispazju ta' l-ajru kkonċernat:

(a)

L-Anness 3 dwar is-servizzi metereoloġiċi għan-navigazzjoni internazzjonali ta’ l-ajru fis-16-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha san-Nru 74,

(b)

l-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha san-Nru 45,

(ċ)

l-Anness 14 dwar l-ajrudromi fil-verżjonijiet li ġejjin:

(i)

il-Volum I dwar id-disinn u l-operazzjonijiet ta’ l-ajrudrom fir-4 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2004, inklużi l-emendi kollha san-Nru 9,

(ii)

il-Volum 2 dwar il-ħeliports fit-2 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 1995, inklużi l-emendi kollha san-Nru 3.”;

(3)

Fl-Anness IV, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI TA’ L-OPERAT

Fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajronawtika għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta' ħidma u l-proċeduri ta' l-operat tiegħu huma konformi ma' l-istandards fl-annessi li ġejjin tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajronawtika fl-ispazju ta' l-ajru kkonċernat:

(a)

L-Anness 3 dwar is-servizzi metereoloġiċi għan-navigazzjoni internazzjonali ta’ l-ajru fis-16-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha san-Nru 74,

(b)

l-Anness 4 dwar il-mapep ajronawtiċi fl-10 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha san-Nru 54,

(ċ)

l-Anness 15 dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajronawtika fit-12-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2004, inklużi l-emendi kollha san-Nru 34.”;

(4)

Fl-Anness V, il-punt 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“3.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI TA’ L-OPERAT

Fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandu jkun kapaċi juri li l-metodi ta' ħidma u l-proċeduri ta' l-operat tiegħu huma konformi ma' l-istandards ta' l-Anness 10 dwar it-telekomunikazzjonijiet ajronawtiċi tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fil-verżjonijiet li ġejjin sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza fl-ispazju ta' l-ajru kkonċernat:

(a)

il-Volum I dwar l-għajnuniet għan-navigazzjoni bir-radju fis-6 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2006, inklużi l-emendi kollha san-Nru 82,

(b)

il-Volum II dwar il-proċeduri ta’ komunikazzjoni inkluż dawk bi status PANS fis-6 edizzjoni tiegħu ta’ Ottubru 2001, inklużi l-emendi kollha san-Nru 82,

(ċ)

il-Volum III dwar is-sistemi ta’ komunikazzjoni fit-2 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha san-Nru 82,

(d)

il-Volum IV dwar is-sistemi ta’ sorveljanza bir-radar u ta’ evitar ta’ kolliżjoni fir-4 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha san-Nru 82,

(e)

il-Volum V dwar l-użu ta’ l-ispettru tal-frekwenzi tar-radju ajronawtiċi fit-2 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 12001, inklużi l-emendi kollha san-Nru 82.”;

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  ĠU L 335, 21.12.2005, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 482/2008 (ĠU L 141, 31.5.2008, p. 5).