|
11.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 183/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 656/2008
ta' l-10 ta' Lulju 2008
li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Chamomilla Bohemica (DPO), Vlaams-Brabantse tafeldruif (DPO), Slovenská parenica (IĠP), Cipollotto Nocerino (DPO))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka biex tirreġistra l-isem “Chamomilla Bohemica”, l-applikazzjoni tal-Belġju biex jirreġistra l-isem “Vlaams-Brabantse tafeldruif ”, l-applikazzjoni tas-Slovakkja biex tirreġistra l-isem “Slovenská parenica”, l-applikazzjoni ta’ l-Italja biex tirreġistra l-isem “Cipollotto Nocerino”, ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).
(2) ĠU C 243, 17.10.2007, p. 11 (Chamomilla Bohemica); ĠU C 244, 18.10.2007, p. 40 (Vlaams-Brabantse tafeldruif); ĠU C 249, 24.10.2007, p. 26 (Slovenská parenica); ĠU C 257, 30.10.2007, p. 54 (Cipollotto Nocerino).
ANNESS
Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat
Klassi 1.3. Ġobon
IS-SLOVAKKJA
Slovenská parenica (IĠP)
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati
IL-BELĠJU
Vlaams-Brabantse tafeldruif (DPO)
L-ITALJA
Cipollotto Nocerino (DPO)
Klassi 1.8. Prodotti oħrajn ta' l-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Chamomilla Bohemica (DPO)