|
5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 178/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 641/2008
ta’ l-4 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 rigward il-lista ta’ bastimenti li jwettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fit-Tramuntana ta’ l-Atlantiku
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 4 ta’ l-Anness XIII tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunità Ewropea ilha mill-1981 Parti fil-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura fis-Sajd fil-Grigal ta’ l-Atlantiku (2). |
|
(2) |
F'Mejju 2008, il-Kummissjoni għas-Sajd fit-Tramuntana ta’ l-Atlantiku (NEAFC) għamlet rakkomandazzjoni biex temenda l-lista ta’ bastimenti li ġew ikkonfermati li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni fl-ordni ġuridiku tal-Komunità għandha tkun żgurata |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 40/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Appendiċi 4 ta’ l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 541/2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 23).
ANNESS
Fl-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 40/2008, l-Appendiċi jinbidel b'dan li ġej:
“L-Appendiċi għall-Anness XIII
Lista ta' bastimenti bin-numri IMO li ġejjin li l-NEAFC u n-NAFO kkonfermaw li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
|
In-numru IMO (1) għall-identifikazzjoni tal-bastiment |
Isem il-bastiment (2) |
L-Istat tal-Bandiera (2) |
|
7436533 |
ALFA |
Il-Ġeorġja |
|
7612321 |
AVIOR |
Il-Ġeorġja |
|
8522030 |
CARMEN |
Ex Ġeorġja |
|
7700104 |
CEFEY |
Ir-Russja |
|
8028424 |
CLIFF |
Il-Kambodja |
|
8422852 |
DOLPHIN |
Ir-Russja |
|
7321374 |
ENXEMBRE |
Il-Panama |
|
8522119 |
EVA |
Ex Ġeorġja |
|
6719419 |
GORILERO |
Is-Sjerra Leone |
|
7332218 |
IANNIS I |
Il-Panama |
|
8422838 |
ISABELLA |
Ex Ġeorġja |
|
8522042 |
JUANITA |
Ex Ġeorġja |
|
6614700 |
KABOU |
Guinea Conakry |
|
7385174 |
MURTOSA |
Togo |
|
8421937 |
NICOLAY CHUDOTVORETS |
Ir-Russja |
|
8914221 |
POLESTAR |
Il-Panama |
|
8522169 |
ROSITA |
Ex Ġeorġja |
|
7347407 |
SUNNY JANE |
|
|
8606836 |
ULLA |
Ex Ġeorġja |
(1) L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali
(2) Kwalunkwe tibdil fl-ismijiet u l-bnadar, flimkien ma' informazzjoni addizzjonali, huwa disponibbli fis-sit web ta' l-NEAFC: www.neafc.org’”