4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 635/2008

tat-3 ta’ Lulju 2008

li jadatta l-kwoti tas-sajd għall-merluzz li għandhom ikunu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) mill-2008 sa l-2011 skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Wara investigazzjonijiet nazzjonali li twettqu fl-2007, il-Kummissjoni ġiet innotifikata mill-Polonja li din ta’ l-aħħar qabżet il-kwota tagħha għall-merluzz fil-Lvant tal-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) għall-2007 bi 8 000 tunnellata.

(2)

Skond l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93, il-Kummissjoni topera tnaqqis mill-kwota annwali meta tkun stabbiliet li Stat Membru jkun stad aktar mill-kwota tiegħu ta’ stokk.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/2008 ta’ l-14 ta’ April 2008 li jadatta l-kwoti tas-sajd għall-merluzz li għandhom ikunu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) mill-2008 sa l-2011 (2) jipprovdi għal tnaqqis, matul perjodu ta’ erba’ snin, li jikkonsisti fi tnaqqis ta’ 10 %, fis-sena 2008, tal-kwantità żejda mistada fis-sena 2007, u tnaqqis ta’ 30 % fis-snin 2009, 2010 u 2011, tal-kwantità żejda mistada fl-2007.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

il-kwota tal-merluzz fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) allokati lill-Polonja fis-snin mill-2008 sa l-2011 għandha titnaqqas kif jidher fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 261, 20.10.1993 p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p.1).

(2)  ĠU L 107, 17.04.2008 p.1.


ANNESS

 

Tnaqqis mill-kwota 2008-2011

Pajjiż

Speċi

Kodiċi ta’ l-Istokk

Żona

2008

2009

2010

2011

Il-Polonja

Merluzz (Gadus morhua)

COD/3D25 sa COD/3D32

Subdiviżjonijiet 25-32

(Ilmijiet tal-KE)

800

2 400

2 400

2 400