28.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 168/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 619/2008
tas-27 ta’ Ġunju 2008
li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 164(2)(b) u l-Artikolu 170 flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fil-kummerċ dinji u fil-Komunità tista' tkun koperta għal ċerti prodotti tal-ħalib b'rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni safejn ikun meħtieġ ħalli jagħmluha possibbli li dawk il-prodotti jkunu esportati fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehimiet milħuqa skond l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 (2) stipula r-regoli għall-proċedura ta’ l-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat kopert bil-kodiċi ex ex 0402 10 19 9000, il-butir naturali fi blokki kopert bil-kodiċi ex ex 0405 10 19 9700, iż-żejt tal-butir fil-kontenituri kopert bil-kodiċi ex ex 0405 90 10 9000. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula r-regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta li tiffissa r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 580/2004 mill-1 ta’ Lulju 2008. |
(3) |
Skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 għandha tinfetaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-prodotti koperti bl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament. Billi r-Regolament (KE) Nru 1454/2007 ma jelenkax ir-regoli speċifiċi kollha għas-settur tal-ħalib inklużi s'issa fir-Regolament (KE) Nru 580/2004, huwa meħtieġ li dawk ir-regoli jkunu stipulati mid-data tar-revoka ta’ dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ prattiċità u fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni, huwa xieraq li jiġi pprovdut Regolament uniku li jkun fih ukoll id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ sejħa għall-offerti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ sejħa għall-offerti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna trab tal-ħalib xkumat (5). |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli speċjali ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [traduzzjoni mhux uffiċjali] (6) japplika għal-liċenzji kollha ta’ l-esportazzjoni u għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib. Ġaladarba l-liċenzji maħruġa fil-kuntest ta’ l-offerta li għandha tinfetaħ b'dan ir-Regolament huma għal prodotti speċifiċi, huwa xieraq li jkunu stabbiliti regoli speċifiċi ta’ deroga mir-regoli ġenerali tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1282/2006. L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 jipprovdi li l-liċenzji għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa r-rifużjoni massima u jistipula li l-liċenzja għandha ssir valida fl-istess jum li tinħareġ. Huwa xieraq għalhekk li jkun stipulat perjodu ta’ validità differenti minn dak li jipprovdi l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 biex ikun żgurat perjodu ugwali għal-liċenzji kollha maħruġa. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ambitu
Sejħa permanenti għall-offerti hija miftuħa sabiex tiddetermina r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal dawn il-prodotti tal-ħalib imsemmija fis-Sezzjoni 9 ta’ l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3864/87 (7), li tiżgura aċċess ugwali għall-persuni kollha stabbiliti fil-Komunità:
(a) |
il-butir naturali fi blokki ta’ mhux anqas minn 20 kilogramma piż nett kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 10 19 9700; |
(b) |
iż-żejt tal-butir f'kontenituri ta’ mhux anqas minn 20 kilogramma piż nett kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 90 10 9000; |
(c) |
it-trab tal-ħalib xkumat fi xkejjer ta’ mhux anqas minn 25 kilogramma piż nett u li jkun fih mhux iktar minn 0.5 % tal-piż magħmul minn materjal mhux lattiku miżjud kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000. |
Artikolu 2
Destinazzjonijiet
Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 huma intenzjonati għall-esportazzjoni fid-destinazzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni ta':
(a) |
pajjiżi terzi: Andorra, il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u s-Santa Sede (L-Istat tal-Belt tal-Vatikan); |
(b) |
it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta’ Livigno u Campione fl-Italja, u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv; |
(c) |
it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom huwa responsabbli Stat Membru u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà. |
Artikolu 3
Regoli applikabbli
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (8), (KE) Nru 1282/2006 u (KE) Nru 1454/2007 għandhom japplikaw, għajr meta jipprovdi xort'oħra dan ir-Regolament.
Artikolu 4
It-tressiq ta’ l-offerti
1. L-offerti jistgħu jitressqu biss matul il-perjodi ta’ l-offerti u għandhom ikunu validi biss għall-perjodu ta’ l-offerti li fih ikunu mressqa.
2. Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a) |
f’Awwissu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta; |
(b) |
f’Diċembru għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) ta’ l-ewwel Tlieta. |
Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol li jkun imiss.
Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jagħlaq fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a) |
f’Awwissu għandu jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tar-raba’ Tlieta; |
(b) |
f’Diċembru għandu jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tieni Tlieta. |
Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jagħlaq fil-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol preċedenti.
3. Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jkun innumerat f'serje li tibda bl-ewwel perjodu li hemm provvediment għalih.
4. L-offerti għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness II.
5. L-offerti għandhom jitressqu separatament, skond id-destinazzjoni, għal wieħed mill-kodiċi tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1.
6. Minbarra r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 3(5)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007, offerta għandha tindika f'Sezzjoni 16 ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja l-kodiċi tal-prodott għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni u qablu “ex” kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Kwantitajiet ta’ l-applikazzjoni
Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 kull offerta għandha tkopri kwantità minima ta’ mhux anqas minn 10 tunnellati.
Artikolu 6
Garanziji
Il-garanzija ta’ l-offerti għandha tkun ta’ 15 % ta’ l-ammont massimu l-iktar riċenti ta’ rifużjoni ta’ l-offerta stabbilit għall-istess kodiċi ta’ prodott u għall-istess destinazzjoni. Madankollu, il-garanzija ta’ l-offerta ma tistax tkun ta’ inqas minn EUR 5 għal kull 100 kg.
Artikolu 7
Notifika ta’ l-offerti lill-Kummissjoni
Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fi żmien tliet sigħat mill-għeluq ta’ kull perjodu ta’ offerti kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament, separatament l-offerti validi kollha kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni
1. L-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 ma għandux japplika.
2. B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 il-perjodu tal-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandu jibda fl-istess jum li jinħarġu u għandu jagħlaq fl-aħħar tar-raba' xahar li jiġi wara x-xahar li fih jagħlaq il-perjodu ta’ l-offerti skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 581/2004 u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 huma revokati.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.
(4) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 62).
(5) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007.
(6) ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).
(7) ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.
(8) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.
ANNESS I
L-ISTAT MEMBRU:
Persuna ta' kuntatt:
Telefown:
Feks:
Posta elettronikal:
A. 82 % Butir
L-Istat Membru:
Jagħti rifużjoni għall-butir 82 % kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 10 19 9700 għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi (ir-Regolament (KE) Nru 619/2008) In-Numru ta' l-Offerta: …/R/200. Id-data ta' l-għeluq tal-perjodu ta' l-offerti:
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
Offerta Nru |
L-offerent Nru (1) |
Il-kwantità (tunnellati) |
Destinazzjoni |
Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg) (f’ordni axxendenti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
B. Iż-żejt tal-butir:
L-Istat Membru:
Għotja ta' rifużjoni għaż-żejt tal-butir kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 90 10 9000 għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi (ir-Regolament (KE) Nru 619/2008) In-Numru ta' l-Offerta: …/R/200. Id-data ta' l-għeluq tal-perjodu ta' l-offerti:
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
Offerta Nru |
L-offerent Nru (2) |
Il-kwantità (tunnellati) |
Destinazzjoni |
Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg) (f’ordni axxendenti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C. It-trab tal-ħalib xkumat
L-Istat Membru:
Għotja ta' rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000 għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi (Ir-Regolament (KE) Nru 619/2008) In-Numru ta' l-Offerta: …/R/200. Id-data ta' l-għeluq tal-perjodu ta' l-offerti:
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
Offerta Nru |
L-offerent Nru (3) |
Il-kwantità (tunnellati) |
Destinazzjoni |
Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg) (f’ordni axxendenti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.
(2) Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.
(3) Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.
ANNESS II
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1454/2007 u fir-Regolament preżenti fejn għandhom jitressqu l-offerti:
BE |
|
|||||||
BG |
|
|||||||
CZ |
|
|||||||
DK |
|
|||||||
DE |
oder
|
|||||||
EE |
|
|||||||
EL |
|
|||||||
ES |
|
|||||||
FR |
|
|||||||
IE |
|
|||||||
IT |
|
|||||||
CY |
|
|||||||
LV |
|
|||||||
LT |
|
|||||||
LU |
|
|||||||
HU |
|
|||||||
MT |
|
|||||||
NL |
|
|||||||
AT |
|
|||||||
PL |
|
|||||||
PT |
|
|||||||
RO |
|
|||||||
SL |
|
|||||||
SK |
|
|||||||
FI |
|
|||||||
SV |
|
|||||||
UK |
|