27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 605/2008

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 11(7)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001 tas-7 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Huwa meħtieġ li tkun iddeterminata l-proċedura sabiex ikun hemm koordinazzjoni fil-livel Komunitarju ta’ ċerti kontrolli fuq il-prodotti importati minn pajjiżi terzi li huma maħsuba għall-kummerċjalizzjoni b’indikazzjonijiet li jirreferu għall-metodu ta’ produzzjoni organika.

(3)

Dan ir-Regolament għandu jkun japplika mingħajr preġudizju għas-sistema ta’ l-ispezzjoni fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u fl-Anness III, is-Sezzjonijiet B u C, tiegħu.

(4)

Dan ir-Regolament għandu jkun japplika mingħajr preġudizju għad-disposizzjonijiet doganali tal-Komunità u xi disposizzjonijiet oħrajn li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-marketing fil-Komunità.

(5)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jiddiffenixxi regoli dettaljati fir-rigward taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni permezz ta’ l-Artikolu 11(3)(d) u (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat bħal dak għall-importazzjoni li sseħħ b’konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(6) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-prodotti li:

ma humiex ntiżi għal rilaxx f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità fi stat mhux mibdul jew wara l-ipproċessar,

huma ammesi ħielsa mid-dazji doganali permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 (4). Madankollu, dan ir-Regolament għandu jkun japplika għall-prodotti ammessi liberai mid-dazji ta’ l-importazzjoni bi qbil ma’ l-Artikoli 39 u 43 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“ċertifikat ta’ l-ispezzjoni”: tfisser iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni li huwa msemmi fl-Artikolu 11 (3) (d) u (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u li jkopri kunsinna;

(2)

“kunsinna”: tfisser kwantità ta’ prodotti taħt wieħed jew aktar mill-Kodiċi tan-Nomeniklatura Magħquda, koperti b’ċertifikat singolu ta’ l-ispezzjoni, trasportati bl-istess mezzi tat-trasport u li jkun ġejjin mill-istess pajjiż terz;

(3)

“verifika tal-kunsinna”: tfisser il-verifika mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru relevanti taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni biex jissodissfa l-Artikolu 4(2), u, meta l-awtoritajiet jikkonsidraw li dan ikun xieraq, tal-prodotti b’relazzjoni mal-ħtiġiet tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(4)

“rilaxx għall-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità”: tfisser ir-rilaxx mogħti mill-awtoritajiet doganali biex jippermettu kunsinna li jkollha moviment liberu fi ħdan il-Komunità;

(5)

“l-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istati Membri”: tfisser l-awtoritajiet doganali jew awtoritajiet oħrajn, kif definiti mill-Istat Membru.

Artikolu 3

L-Artikolu 11 (3)(d) u (6) li jirrigwardja l-ħtiġiet għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom ikunu applikabbli għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 sew jekk dawk il-prodotti jkunu importati sabiex ikunu marketed skond l-Artikolu 11(3) jew (6) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu jkun ikkondizzjonat fuq:

(a)

il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat oriġinali ta’ l-ispezzjoni lill-awtorità relevanti ta’ l-Istat Membru, u

(b)

il-verifika tal-kunsinna mill-awtorità ta’ l-Istat Membru relevanti u tal-konferma taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni bi qbil mal-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-ispezzjoni għandu jkun stabbilit bi qbil mal-paragrafi 3 sa 10 u mal-mudell u man-noti ta’ l-Anness I.

3.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun maħruġ minn:

(a)

l-awtorità jew il-korp tal-pajjiż terz imsemmija għall-pajjiż terz ikkonċernat fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 (5), jew

(b)

l-awtorità jew il-korp li tkun ġiet aċċettata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

4.   L-awtorità jew il-korp li toħroġ iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandha:

(a)

biss toħroġ iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni u tikkonferma d-dikjarazzjoni fil-kaxxa 15, wara li tkun wettqet verifika dokumentarja fuq il-bażi tad-dokumenti relevanti kollha ta’ l-ispezzjoni, inkluż partikolarment il-pjan tal-produzzjoni għall-prodotti kkonċernati, id-dokument tat-trasport u d-dokument kummerċjali, u wara li l-awtorità jew il-korp tkun jew wettqet verifika fiżika fuq il-kunsinna kkonċernata qabel ma tkun mibgħuta minn dak il-pajjiż terz tal-kunsinna, jew tkun irċeviet dikjarazzjoni espliċita minn għand l-esportatur li jiddikjara li l-kunsinna kkonċernata tkun ġiet prodotta u/jew ippreparata bi qbil mad-disposizzjonijiet li huma implementati mill-awtorità jew mill-korp ikkonċernati fir-rigward ta’ l-importazzjoni u l-marketing fil-Komunità tal-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 bi qbil mal-Artikolu 11(3) jew (6) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tagħti n-numru serjali għal kull ċertifikat maħruġ u żżomm reġistru taċ-ċertifikati maħruġa.

5.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun imħejji f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u mimli kollu ħlief għat-timbri u l-firem, jew kompletament b’ittri kapitali jew kompletament bit-typewriter.

Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu preferibbilment ikun f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni. Meta meħtieġ, l-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istat Membru jistgħu jitolbu traduzzjoni taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu.

Tibdiliet jew tħassir mhux awtorizzati għandhom jinvalidaw liċ-ċertifikat.

6.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun magħmul f’oriġinali wieħed.

L-ewwel kunsinnatarju jew, meta relevanti, l-importatur, jista’ jagħmel kopja għall-iskop biex jinforma lill-awtorità jew lill-korp ta’ l-ispezzjoni bi qbil mas-Sezzjoni C, il-punt 3, ta’ l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Kwalunkwe kopja bħal din għandha jkollha l-indikazzjoni “KOPJA” jew “DUPLIKAT” stampata jew ittimbrata fuqha.

7.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni msemmi fil-paragrafu 3(b) għandu, fil-waqt ta’ meta jkun ippreżentat bi qbil mal-paragrafu 1, jinkludi fil-kaxxa 16 id-dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li tkun tat l-awtorizzazzjoni bi qbil mal-proċedura fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

8.   L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li tkun tat l-awtorizzazzjoni tista’ tiddelega l-kompetenza għad-dikjarazzjoni fil-kaxxa 16 lill-awtorità jew lill-korp li tagħmel l-ispezzjoni ta’ l-importatur bi qbil ma’ l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, jew lill-awtoritajiet definiti bħala l-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istat Membru.

9.   Id-dikjarazzjoni fil-kaxxa 16 ma tkunx meħtieġa:

(a)

meta l-importatur jippreżenta dokument oriġinali, maħruġ mill-awtorità kompeteneti ta’ l-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, u juri li l-kunsinna tkun koperta b’dik l-awtorizzazzjoni, jew

(b)

meta l-awtorità ta’ l-Istat Membru, li tkun tat l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(6), tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tkun ipprovdiet prova sodisfaċenti li l-kunsinna tkun koperta b’dik l-awtorizzazzjoni, direttament lill-awtorità inkarigata mill-verifika tal-kunsinna. Din il-proċedura ta’ l-informazzjoni diretta hija voluntarja għall-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni.

10.   Id-dokument li jagħti l-evidenza li hemm ħtieġa dwarha fis-subparagrafi 9(a) u (b), għandu jinkludi:

(a)

in-numru ta’ referenza ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni u d-data ta’ l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni;

(b)

l-isem u l-indirizz ta’ l-importatur;

(ċ)

il-pajjiż terz ta’ l-oriġini;

(d)

id-dettalji tal-korp jew ta’ l-awtorità tal-ħruġ, u, meta differenti, id-dettalji tal-korp jew ta’ l-awtorità ta’ l-ispezzjoni fil-pajjiż terz;

(e)

l-ismijiet tal-prodotti kkonċernati.

11.   Mal-verifika tal-kunsinna ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-ispezzjoni għandu jkun ikkonfermat mill-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istat Membru fil-kaxxa 17 u mibgħut lura lill-persuna li tkun ippreżentat iċ-ċertifikat.

12.   L-ewwel kunsinnatarju għandu, mal-wasla tal-kunsinna, jimla l-kaxxa 18 ta’ l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni, biex jiċċertifika li l-wasla tal-kunsinna tkun twettqet bi qbil mas-Sezzjoni C, il-punt 6, ta’ l-Annes III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

L-ewwel kunsinnatarju għandu mbagħad jibgħat l-oriġinali taċ-ċertifikat lill-importatur imsemmi fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat, għall-iskop tal-ħtieġa stabbilita fit-tieni u t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 11(3)(d) u fil-ħames sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, sakemm iċ-ċertifikat ma jkollox bżonn li jakkumpanja aktar il-kunsinna għall-preparazzjoni imsemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1.   Meta kunsinna li tkun ġejja minn pajjiż terz tkun assenjata għal magazzinaġġ doganali jew proċessar ‘il ġewwa fl-għamla ta’ sistema ta’ sospenzjoni kif prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (6), u soġġetta għal preparazzjoni waħda jew aktar kif definit fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-kunsinna għandha tkun soġġetta, qabel ma titwettaq l-ewwel preparazzjoni, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.

Il-preparazzjoni tista’ tinkludi operazzjonijiet bħal ma huma:

l-ippakkjar jew l-ippakkjar mill-ġdid, jew

l-ittikkettjar li jikkonċerna l-preżentazzjoni tal-metodu tal-produzzjoni organika.

Wara din il-preparazzjoni, l-oriġinal ikkonfermat taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jakkompanja l-kunsinna, u għandu jkun ippreżentat lill-awtorità relevanti ta’ l-Istat Membru, li għandha tivverifika l-kunsinna bil-ħsieb tar-rilaxx tagħha għal ċirkolazzjoni libera.

Wara din il-proċedura, l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu, meta relevanti, jiġi mibgħut lura lill-importatur tal-kunsinna, imsemmija fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat, biex iwettaq il-ħtieġa stabbilita fit-tieni u t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 11(3)(d) u fil-ħames sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

2.   Meta, taħt proċedura doganali sospensiva permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, kunsinna li tkun ġejja minn pajjiż terz tkun intiża biex tkun ippreżentata fi Stat Membru, qabel ir-rilaxx tagħha għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, li tkun maqsuma f’diversi lottijiet, il-kunsinna għandha tkun soġġetta, qabel ma sseħħ il-qasma, għall-miżuri imsemmii fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.

Għall kull wieħed mil-lottijiet li jirriżultaw mill-qasma, estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun ippreżentat lill-awtorità relevanti ta’ l-Istat Membru, bi qbil mal-mudell u man-noti ta’ l-Annes II ta’ dan ir-Regolament. L-estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun ikkonfermat, mill-awtoroitajiet relevanti ta’ l-Istat Membru, fil-kaxxa 14.

Kopja ta’ kull estratt ikkonfermat taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandha tinżamm flimkien maċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-ispezzjoni mill-persuna identifikata bħala l-importatur oriġinali tal-kunsinna u msemmija fil-kaxxa 1 taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni. Kopja bħal din għandha jkollha l-indikazzjoni “KOPJA” jew “DUPLIKAT” stampata jew ittimbrata fuqha.

Wara dan il-qsim, l-oriġinal ikkonfermat ta’ kull estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jakkompanja l-lott ikkonċernat, u għandu jkun ippreżentat lill-awtorità relevanti ta’ l-Istat Membru, li għandha tivverifika l-lott ikkonċernat bil-ħsieb tar-rilaxx tiegħu għal ċirkolazzjoni libera.

Il-kunsinnatarju għandu, mal-wasla tal-kunsinna jimla l-oriġinal ta’ l-estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni fil-kaxxa 15, biex jiċċertifika li l-wasla tal-lott tkun twettqet skond il-punt 7a, tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali fl-Annes III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

Il-kunsinnatarju tal-lott għandu jżomm l-estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għad-disposizzjoni tal-korp ta’ l-ispezzjoni u/jew ta’ l-awtorità ta’ l-ispezzjoni għal mhux anqas minn sentejn.

3.   Il-preparazzjoni u l-operazzjonijiet tal-qasma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jittwettqu bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, id-Dispożizzjonijiet Ġenerali stabbiliti fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament u tad-Dispożizzjonijiet Speċifiċi stabbiliti fis-Sezzjonijiet B u Ċ ta’ dak l-Anness, u partikolarment il-punti 3 u 6 tas-Sezzjoni Ċ. L-operazzjonijiet għandhom jitwettqu bi qbil ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizju għal xi miżuri jew azzjonijiet meħuda bi qbil ma’ l-Artikolu 9(9) u/jew 10a tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ dak ir-Regolament għandu jkun kondizzjonali fuq it-tneħħija, tar-referenzi tal-metodu tal-produzzjoni organika, mit-tikketta, mir-reklamar u mid-dokumunti li jakkompanjawha.

Artikolu 7

1.   L-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istat Membru u l-awtoritajiet fl-Istat Membru responsabbli għall implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, kif ukoll l-awtoritajiet ta’ l-ispezzjoni u l-korpi ta’ l-ispezzjoni, għandhom jgħinu lil-xulxin fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lil-xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet li huma jkunu fissru fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(5), kif ukoll dwar id-delegazzjonijiet li jkunu taw għall-implementazzjoni ta’ l-Artikolu 4(8) u dwar il-proċeduri, jekk ikun hemm, segwiti permezz ta’ l-Artikolu 4(9)(b). Din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata mill-Istati Membri kif u meta jseħħu t-tibdiliet.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1788/2001 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 404/2008 (ĠU L 120, 7.5.2008, p. 8)

(2)  ĠU L 243, 13.9.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10).

(3)  Ara l-Anness III.

(4)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1.

(5)  ĠU L 11, 17.1.1992, p. 14.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS I

Mudell taċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti mill-produzzjoni organika fil-Komunità Ewropea

Il-mudell taċ-ċertifikat huwa ddeterminat fir-rigward ta':

it-test,

il-format, fuq folja waħda,

it-tqassim u l-qisien tal-kaxxi.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Mudell ta' l-estratt taċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni

Il-mudell ta' l-estratt huwa ddeterminat fir-rigward ta':

it-test,

il-format,

it-tqassim u l-qisien tal-kaxxi.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001

(ĠU L 243, 13.9.2001, p. 3)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1113/2002

(ĠU L 168, 27.6.2002, p. 31)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2002

(ĠU L 289, 26.10.2002, p. 15)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2004

(ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10)

l-Artikolu 3 biss


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1788/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikoli 4(1)–(9)

Artikoli 4(1)–(9)

Artikolu 4(10) sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4(10) sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4(10) l-ewwel sal-ħames inċiżi

Artikoli 4(10)(a)–(e)

Artikoli 4(11) u (12)

Artikoli 4(11) u (12)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7 l-ewwel u it-tieni paragrafi

Artikoli 7(1) u (2)

Artikolu 7 it-tielet paragrafu

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV