|
26.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 165/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 601/2008
tal-25 ta' Ġunju 2008
dwar miżuri protettivi li japplikaw għal ċerti prodotti tas-sajd importati minn Gabon u li huma intenzjonati għall-konsum uman
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel u li jistipula proċeduri fi kwistjonijiet tas-sikurezza ta' l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, fejn huwa evidenti li ikel importat minn pajjiż terz x'aktarx huwa ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa ta’ l-annimali jew għall-ambjent hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri neċessarji, u dan ir-riskju ma jistax jitrażżan b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri meħuda mill-Istat Membru/Stati Membri kkonċernat/i. |
|
(2) |
Spezzjoni tal-Komunità li twettqet f'Gabon fl-2007 kixfet defiċjenzi serji fir-rigward ta' ċerti prodotti tas-sajd intenzjonati għall-esportazzjoni għall-Komunità Ewropea. Ġew identifikati nuqqasijiet serji, b'mod partikolari, dwar il-kapaċità ta' l-awtoritajiet ta' Gabon biex jieħdu azzjoni korretta meta jkun hemm livelli għoljin ta' metalli tqal u sulfiti. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1881/2006 (2) tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel jistipula livelli massimi ta’ metalli tqal għal ċerti prodotti tas-sajd. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew 95/2/KE (3) ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar addittivi ta' l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa tistabbilixxi livelli massimi ta' sulfiti f'ċerti prodotti tas-sajd. |
|
(5) |
L-Istati Membri għandhom għalhekk iwettqu verifiki xierqa dwar ċerti prodotti tas-sajd minn Gabon kif jaslu fil-fruntiera tal-Komunità biex jiżguraw konformità mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u d-Direttiva 95/2/KE fir-rigward ta' metalli tqal u sulfiti, rispettivament. |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jużaw pjanijiet ta' kampjunar u metodi analitiċi xierqa għal dawn il-verifiki. Għal kampjunar u analiżi ta' metalli tqal ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (4) għandu japplika. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi s-Sistema ta’ Allarm Rapida għall-Ikel u l-Għalf, li għandha tintuża biex tiġi implimentata l-kondizzjoni meħtieġa ta' informazzjoni reċiproka prevista fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (5). Flimkien ma’ dan l-Istati Membri se jżommu lill-Kummissjoni infurmata permezz ta’ rapporti perjodiċi tar-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali li twettqu fir-rigward ta’ konsenji ta’ dawk il-prodotti tas-sajd minn Gabon, koperti b'dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni għandha terġa' tiġi eżaminata wara sena fid-dawl tal-garanziji offruti mill-awtoritajiet kompetenti ta' Gabon u skond il-bażi tar-riżultati tat-testijiet imwettqa mill-Istati Membri. Spezzjoni ġdida mill-Kummissjoni tista' tkun meħtieġa biex tivverifika l-garanziji mogħtija. |
|
(9) |
L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jitħallsu mill-kunsinnatur, mid-destinatarju jew mill-aġent tiegħu. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk il-prodotti tas-sajd li joriġinaw minn Gabon u intenzjonati għall-konsum tal-bniedem li huma koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward ta metalli tqal u bid-Direttiva tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew 95/2/KE fir-rigward tas-sulfiti.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom, billi jużaw pjanijiet ta’ kampjunar u metodi analitiċi xierqa, jiżguraw li kull konsenja ta’ prodotti li huma koperti minn Artikolu 1 jgħaddu minn testijet meħtieġa li jaċċertaw li l-prodotti kkonċernati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) 1881/2006 fir-rigward ta' metalli tqal u fid-Direttiva 95/2/KE fir-rigward tas-sulfiti. Għandhom jitwettqu kampjunar u analiżi għall-metalli tqal skond ir-Regolament (KE) Nru 333/2007.
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport tar-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq konsenji ta’ prodotti koperti f’Art 1 lill-Kummissjoni kull tlett xhur. Dan ir-rapport għandu jitressaq matul ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena (April, Lulju, Ottubru u Jannar).
3. Għandu jintuża l-format komuni ta' rapport, stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament
Artikolu 3
L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw importazzjonijiet ta' prodotti kif imsemmi f'Artikolu 1 li nstabu li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija f'Artikolu 2(1)
Artikolu 4
In-nefqa kollha li tkun saret fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi mħallsa mill-kunsinnatur, mid-destinatarju jew mill-aġent ta’ wieħed minnhom.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut fid-dawl tal-garanziji offruti mill-awtoritajiet kompetenti ta' Gabon u fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet imsemmija f'Artikolu 2. Spezzjoni ġdida mill-Kummissjoni tista' tkun meħtieġa biex tivverifika l-garanziji mogħtija.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).
(2) ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 558. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14).
(3) ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).
(4) ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29, Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 204.
(5) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
ANNESS
Format komuni tar-rapport kif imsemmi f'artikolu 2.3
Riżultati ta' kontrolli ta' ċerti prodotti tas-sajd minn Gabon fir-rigward ta' metalli tqal u sulfiti
Pajjiż li qed jirraporta:
Sena:
Kwart:
|
Tip tal-prodott tas-sajd |
Il-Kodiċi tal-kampjun |
Data ta' l-analiżi [ġġ/xx/ss] |
Sustanza analizzata [eż. Pb, Cd, Hg, sulfit] (1) |
Riżultat [mg/kg] (2) |
Inċertezza tal-kejl (għal metalli tqal biss) [x ± U] (3) |
Konformi [Iva/Le] |
Limitu ta' osservanza (għal metalli tqal biss) [mg/kg] |
Limitu ta' kwantifikazzjoni (għal metalli tqal biss) [mg/kg] |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Jekk jogħġbok irrapporta kull analyte f'linja separata.
(2) Għas-sulfiti r-riżultat għandu jkun irrapportat bħala SO2.
(3) Skond ir-Regolament (KE) Nru 333/2007.