|
19.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 565/2008
tat-18 ta’ Ġunju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-iffissar ta’ livell massimu għal dijossini u PCBs fil-fwied tal-ħut
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għal kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel. |
|
(2) |
Il-livelli massimi għandhom jiġu stabbiliti f'livell strett li jkun jista’ jintlaħaq permezz ta’ prassi tajba u billi jitqies ir-riskju relatat mal-konsum ta’ l-ikel. |
|
(3) |
Instabu livelli għoljin ħafna ta’ dijossini u PCBs simili għad-disjossin fi fwied tal-ħut fil-laned, li ilhom jiġu rrapurtati permezz tas-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) sa mill-2006. Ma ġie stabbilit l-ebda livell massimu għall-fwied tal-ħut u prodotti pproċessati minnu. Sabiex titħares is-saħħa pubblika, l-awtoritajiet kompetenti pprojbixxew it-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti minħabba li kienu meqjusa bħala ta’ riskju. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stabbilit livell massimu Komunitarju għas-somma ta’ dijossini u PCBs simili għad-dijossin fil-fwied tal-ħut u prodotti pproċessati minnu sabiex titħares is-saħħa pubblika u tkun żgurata strateġija uniformi fis-suq intern. |
|
(5) |
Meta wieħed iqis il-proċess speċifiku ta’ tqegħid fil-laned tal-fwied tal-ħut, il-livell massimu stabbilit għal fwied tal-ħut frisk għandu japplika wkoll għal fwied tal-ħut ipproċessat. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fit-Taqsima 5 (Dijossini u PCBs) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
|
Livelli massimi |
|
|
Somma ta’ dijossini (WHO-PCDD/F-TEQ) |
Somma ta’ dijossini u PCBs simili għad-dijossin (WHO-PCDD/F-PCB-TEQ) |
||
|
“5.11 |
Fwied tal-ħut u prodotti derivati minnu għajr għal żjut mill-ħlejjaq tal-baħar imsemmija fil-punt 5.10 |
— |
25,0 pg/g piż imxarrab (32) (38) |
2. In-nota tal-qiegħ 34 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jinbidel b'dan li ġej:
|
“(34) |
Oġġetti ta’ l-ikel elenkati f’din il-kategorija kif definiti fil-kategoriji (a), (b), (c), (e) u (f) tal-lista fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għajr għal fwied tal-ħut imsemmi fil-punt 5.11.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1126/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14).
(38) Fil-każ ta’ fwied tal-ħut fil-laned, il-livell massimu japplika għall-kontenut kollu tal-landa li jista’ jittiekel.”