19.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 562/2008

tat-18 ta’ Ġunju 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),

Wara ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall[lill]-Istati Uniti ta’ l-Amerika (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 536/2007 stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sal-30 ta’ Settembru 2008 huma inferjuri għall-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, b’dawn ta’ l-aħħar jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqu l-ebda applikazzjonijiet għall-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, fil-kuntest tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4169, u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-31 ta’ Diċembru 2008, huma ta’ 4 166 250 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6.