17.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 157/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 540/2008
tas-16 ta’ Ġunju 2008
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (il-Kodiċi ISM) fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kodiċi ISM kien emendat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali permezz tar-Riżoluzzjoni 179 (79) tal-Kumitat għas-Sigurtà Marittima, adottata fl-10 ta’ Diċembru 2004, li emendat il-format tad-dokument ta’ konformità u taċ-ċertifikat ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà b’effett mill-1 ta’ Lulju 2006. |
(2) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) 336/2006 jiddefinixxi l-Kodiċi ISM bħal dak li jidher fl-Anness I tar-Regolament imsemmi, fil-verżjoni aġġornata tiegħu. |
(3) |
Biex ikun hemm aktar ċarezza u leġibbiltà aħjar, il-formoli rilevanti għandhom jiġu aġġornati anke fl-Anness II tar-Regolament (KE) 336/2006. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-Sezzjoni 5 fil-Parti B ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 hija sostitwita bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi-President
ANNESS
“5. Il-forma tad-dokumenti ta’ konformità u ċ-ċertifikati ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà
Meta vapuri joperaw f'xi Stat Membru biss, l-Istati Membri għandhom jużaw jew il-formoli mehmuża mal-Kodiċi ISM jew id-Dokument ta’ Konformità, iċ-Ċertifikat ta’ l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta’ Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta’ l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mfassla fil-forma stabbilita hawn taħt.
F'każ ta' deroga skond l-Artikolu 7(1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7(2), iċ-ċertifikat maħruġ għandu jkun differenti minn dak imsemmi hawn fuq u jkun jindika b'mod ċar li ngħatat deroga skond l-Artikolu 7(1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament u għandu jinkludi l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.
DOKUMENT TA' KONFORMITÀ
(Siġill Uffiċjali) (Stat)
Numru taċ-Ċertifikat
Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (*) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(Isem ta' l-Istat)
minn …
(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem u indirizz tal-Kumpanija
…
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpanija ġiet verifikata u li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM) għat-tipi ta' vapuri elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):
|
Vapur tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija |
|
Trasportatur ta’ merkanzija sfuża (bulk carrier) |
|
Tanker taż-żejt |
|
Tanker tal-kimiċi |
|
Trasportatur tal-gass |
|
Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar |
|
Vapur tal-merkanzija ieħor |
|
Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri (lanċa ro-ro) |
Dan id-Dokument ta' Konformità huwa validu sa …, suġġett għal verifika perjodika.
Id-data ta’ kompletar tal-verifika, li ċ-ċertifikat huwa bbażat fuqha …
(jj/xx/ssss)
Maħruġ fi …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ …
…
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
Numru taċ-Ċertifikat
APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA ANNWALI
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-Regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.4 tal-Kodiċi ISM u] (**) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.
L-EWWEL VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … (Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) Post tal-Verifika: … Data: … |
IT-TIENI VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … (Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) Post tal-Verifika: … Data: … |
IT-TIELET VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … (Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) Post tal-Verifika: … Data: … |
IR-RABA' VERIFIKA ANNWALI |
Iffirmata: … (Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) Post tal-Verifika: … Data: … |
IĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ
(Siġill Uffiċjali) (Stat)
Numru taċ-Ċertifikat
Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata] u (***) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità.
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem il-vapur: …
Numru jew ittri ta' distinzjoni: …
Port ta' reġistrazzjoni: …
Tip ta' vapur (****) …
Tunnellaġġ gross: …
Numru IMO: …
Isem u indirizz tal-Kumpanija: …
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-vapur ġiet verifikata u li hija tikkonforma mal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ta' l-ISM), wara verifika li d-Dokument ta' Konformità għall-Kumpanija huwa applikabbli għal dan it-tip ta' vapur.
Dan iċ-Ċertifikat ta’ l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa …, suġġett għal verifika perjodika u li d-Dokument ta' Konformità jibqa' validu.
Id-data ta’ kompletar tal-verifika, li ċ-ċertifikat huwa bbażat fuqha …
(jj/xx/ssss)
Maħruġ fi …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ …
…
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
Numru taċ-Ċertifikat
APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA INTERMEDJA U VERIFIKA ADDIZZJONALI (JEKK MEĦTIEĠA)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-Regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u] (*****) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.
VERIFIKA INTERMEDJA (li għandha titlesta bejn id-dati tat-tieni u t-tielet anniversarju) |
Iffirmata: … (Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) Post tal-Verifika: … Data: … |
VERIFIKA ADDIZZJONALI (******) |
Iffirmata: … (Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) Post tal-Verifika: … Data: … |
VERIFIKA ADDIZZJONALI (******) |
Iffirmata: … (Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) Post tal-Verifika: … Data: … |
VERIFIKA ADDIZZJONALI (******) |
Iffirmata: … (Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat) Post tal-Verifika: … Data: … |
ID-DOKUMENT INTERIM TA’ KONFORMITÀ
(Siġill Uffiċjali) (Stat)
Numru taċ-Ċertifikat
Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (*******) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem u indirizz tal-Kumpanija
…
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpanija ġiet rikonoxxuta li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006, għat-tip(i) ta' vapuri elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):
|
Vapur tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri |
|
Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija |
|
Trasportatur ta’ merkanzija sfuża (bulk carrier) |
|
Tanker taż-żejt |
|
Tanker tal-kimiċi |
|
Trasportatur tal-gass |
|
Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar |
|
Vapur tal-merkanzija ieħor |
|
Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri (lanċa ro-ro) |
Dan id-Dokument Interim ta' Konformità huwa validu sa …
Maħruġ fi: …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
ĊERTIFIKAT INTERIM TA’ L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ
(Siġill Uffiċjali) (Stat)
Numru taċ-Ċertifikat
Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (********) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità
Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …
(isem ta' l-Istat)
minn …
(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)
Isem il-vapur: …
Numru jew ittri ta' distinzjoni: …
Port ta' reġistrazzjoni: …
Tip ta' vapur (*********): …
Tunnellaġġ gross: …
Numru IMO…
Isem u indirizz tal-Kumpanija: …
(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)
B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI r-rekwiżiti tal-paragrafu 14.4 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 ġew sodisfatti u li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità (**********) tal-Kumpanija huwa rilevanti għal dan il-vapur.
Dan iċ-Ċertifikat Interim tal-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa … suġġett li d-Dokument ta’ Konformità/id-Dokument Interim ta’ Konformità (**********) jibqa’ validu.
Maħruġ fi: …
(post tal-ħruġ tad-dokument)
Data tal-ħruġ: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
Numru taċ-Ċertifikat
Il-validità ta' dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà hija estiża sa:
Data ta' l-estensjoni: …
(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed jestendi l-validità)
(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)
(*) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.
(**) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.
(***) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.
(****) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor. Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri.
(*****) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.
(******) Jekk applikabbli Referenza hija magħmula għall-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u l-paragrafu 3.4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) (ir-Riżoluzzjoni A.913 (22)).
(*******) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.
(********) Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.
(*********) Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor. vapur Ro-Ro tal-passiġġieri.
(**********) Ħassar kif meħtieġ”