13.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 532/2008

tat-12 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċerti prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rati tar-rifużjonijiet applikabbli mit-30 ta' Mejju 2008 għall-prodotti li qegħdin imniżżla fl-Anness, esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat, kienu stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/2008 (2).

(2)

Mill-applikazzjoni tar-regoli u l-kriterji li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 478/2008 għall-informazzjoni li hemm attwalment disponibbli għand il-Kummissjoni, isegwi li r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni attwalment applikabbli għandhom jiġu modifikati kif muri f’dan l-Anness,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 478/2008 huma għalhekk modifikati kif muri f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 140, 30.5.2008, p. 17.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-13 ta’ Ġunju 2008 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

27,35

27,35


(1)  Ir-rati mniżżla fl-Anness m’humiex applikabbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Ġibilterra, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-gvern lokali ta’ Livigno u Campione d’Italia, il-Heligoland, il-Groelandja, il-Gżejjer Faeroe u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Portokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera.