31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 480/2008

tas-26 ta' Mejju 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emendi għall-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) u ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, ġie adottat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 115/2006 fit-23 ta’ Jannar 2006 (2).

(2)

Konformement ma’ l-Artikolu 9 tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u s-Seychelles iltaqgħu f’Kumitat Konġunt.

(3)

Sussegwentement għal dan il-Kumitat Konġunt, saru xi emendi lill-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd, inizjalat fit-23 ta’ Settembru 2004 u adottat permezz tar-Regolament (KE) Nru 115/2006.

(4)

Huwa fl-interess tal-Komunità li l-emendi għall-Protokoll jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emendi għall-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa anness ma’ dan ir-Regolament (3).

Artikolu 2

L-opportunitajiet tas-sajd stipulati mill-Protokoll u deċiżi fir-Regolament tal-Kunsill Nru 115/2006 tat-23 ta’ Jannar 2006 ma jinbidlux u huma kkonfermati skond l-allokazzjonijiet segwenti:

Kategoriji tas-sajd

Stat Membru

L-opportunitajiet ta’ sajd

Bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun

Franza

17-il bastiment

Spanja

22 bastiment

l-Italja

bastiment wieħed

Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ

Spanja

2 bastimenti

Franza

5 bastimenti

Il-Portugall

5 bastimenti

Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ dawn l-Istati Membri ma jkoprux id-drittijiet tas-sajd stipulati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

L-Istati Membri li bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbud fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħud mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità f’ibħra ta’ pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (4).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)   ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 481.

(2)   ĠU L 21, 25.1.2006, p. 1.

(3)   ĠU L 48, 22.2.2008, p. 33.

(4)   ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.