30.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 140/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 473/2008

tad-29 ta' Mejju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-aġġustament tal-kodiċi NM għal ċerti sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu u taħlitiet li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2007, stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (2), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 (3), il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (kodiċi-NM) għal ċerti sustanzi u prodotti ġew emendati.

(2)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, rigward is-sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu u taħlitiet li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu, jirreferi għal uħud mill-kodiċi-NM li ġew emendati bir-Regolament (KE) Nru 1214/2007. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Anness jiġi aġġustat. Meta jitqies l-għadd ta’ bidliet li jridu jsiru, huwa xieraq għal raġunijiet ta’ ċarezza li l-Anness jinbidel fl-initier tiegħu.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(4)

Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1214/2007 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(5)

Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.07.2007, p. 35).

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 360/2008 (ĠU L 111, 23.4.2008, p. 9).

(3)  ĠU L 286, 31.10.2007, p. 1.


ANNESS

“ANNESS IV

Gruppi, kodiċi tan-nomenklatura magħquda (*) u deskrizzjonijiet għas-sustanzi msemmija fl-annessi I u III

Grupp

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Grupp I

2903 41 00

Triklorofluworometan

2903 42 00

Diklorofluworometan

2903 43 00

Triklorotrifluworoetani

2903 44 10

Diklorotetrafluworoetani

2903 44 90

Kloropentafluworoetan

Grupp II

2903 45 10

Klorotrifluworometan

2903 45 15

Pentaklorofluworoetan

2903 45 20

Tetraklorodifluworoetani

2903 45 25

Eptaklorofluworopropani

2903 45 30

Eksaklorodifluworopropani

2903 45 35

Pentaklorotrifluworopropani

2903 45 40

Tetraklorotetrafluworopropani

2903 45 45

Trikloropentafluworopropani

2903 45 50

Dikloroheksafluworopropani

2903 45 55

Kloroeptafluworopropani

Grupp III

2903 46 10

Bromoklorodifluworometan

2903 46 20

Bromotrifluworometan

2903 46 90

Dibromotetrafluworoetani

Grupp IV

2903 14 00

Tetraklorur karboniku

Grupp V

2903 19 10

1,1,1-Trikloroetan (metilkloroform)

Grupp VI

2903 39 11

Bromometan (metil bromur)

Grupp VII

2903 49 30

Idrobromofluworometani, -etani jew -propani

Grupp VIII

2903 49 11

Klorodifluworometan (HCFC-22)

2903 49 15

1,1-Dikloro-1-fluworoetan (HCFC-141b)

2903 49 19

Idroklorofluworometani oħrajn, -etani jew -propani (HCFCs)

Grupp IX

ex 2903 49 80

Bromoklorometan

Taħlitiet

3824 71 00

Taħlitiet li fihom klorofluworokarboni (CFCs), kemm jekk fihom idroklorofluworokarboni (HCFCs), perfluworokarboni (PFCs) jew idrofluworokarboni u kemm jekk le

3824 72 00

Taħlitiet li fihom bromoklorodifluworometan, bromotrifluworometan jew dibromo-tetrafluworoetani

3824 73 00

Taħlitiet li fihom bromoklorodifluworometan, bromotrifluworometan jew dibromo-tetrafluworoetani

3824 74 00

Taħlitiet li fihom idroklorofluworokarboni (HCFCs), kemm jekk fihom perfluworokarboni (PFCs) jew idrofluworokarboni u kemm jekk le, iżda li ma fihomx klorofluworokarboni (CFCs)

3824 75 00

Taħlitiet li fihom tetraklorur karboniku

3824 76 00

Taħlitiet li fihom 1,1,1-trikloroetan (metil kloroform)

3824 77 00

Taħlitiet li fihom bromometan (metil bromur) jew bromoklorometan


(*)  “Ex” quddiem kodiċi timplika li sustanzi oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-kolonna “Deskrizzjoni” jistgħu wkoll jaqgħu taħt dik is-subintestatura. ”