22.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 132/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 437/2008
tal-21 ta’ Mejju 2008
li jemenda l-Annessi VII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ipproċessar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib definiti bħala materjal tal-Kategorija 3
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għal konsum tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jippreskrivi regoli sanitarji li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għal konsum mill-bniedem. Dan jipprovdi li l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li jistgħu jintużaw bħala materjal fl-għalf għandhom jiġu pproċessati skond ir-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ proteini pproċessati ta’ l-annimali u prodotti pproċessati oħrajn li jistgħu jkunu użati bħala materjal fl-għalf. Partikolarment, il-Kapitolu V ta’ dak l-Anness jipprovdi għal rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar tal-ħalib, prodotti tal-ħalib u l-kolostru. |
(3) |
Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-importazzjoni ta’ prodotti msemmija fl-Annessi VII u VIII ta’ dak ir-Regolament minn pajjiżi li mhumiex membri ma għandhomx ikunu aktar favorevoli jew inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti fil-Komunità. Il-Kapitolu V ta’ l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat, sabiex jintroduċi ċerti emendi tekniċi, biex jarmonizzaw l-istandards ta’ l-ipproċessar għal ħalib u prodotti tal-ħalib u jiċċaraw ir-rekwiżiti ta’ importazzjoni applikabbli għalihom. |
(4) |
Skond l-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari, adottata fid-29 ta’ Marzu 2006, marbuta mar-riskji għal saħħet l-annimali mit-tmigħ ta’ annimali bi prodotti tal-ħalib lesti għall-użu mingħajr trattamenti ulterjuri (2), jixraq li jiġu emendati r-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-iġjene tal-ħalib, prodotti tal-ħalib u l-kolostru. Għandhom jitqiesu wkoll il-metodi għall-inattivazzjoni tal-possibiltà tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-ħalib deskritta fir-Rapport ta’ l-1999 tal-Kumitat Xjentifiku għas-Saħħa u l-Benessri ta’ l-Annimali dwar “Strateġija għat-Tilqim ta’ Emerġenza kontra l-Marda ta’ l-Ilsien u d-Dwiefer” (3) u l-Appendiċi 3.6.2 tal-Kodiċi dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali Terrestri (4), l-Edizzjoni ta’ l-2005, ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE). |
(5) |
Filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi emendati ta’ l-iġjene fil-Kapitolu V ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, jixraq li l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa fil-Kapitoli 2(A), 2(B) u 2(C) ta’ l-Anness X ta’ dak ir-Regolament jinbidlu b’mudell ta’ ċertifikat wieħed għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib mhux maħsuba għal konsum mill-bniedem. |
(6) |
Jixraq li tiġi aġġornata r-referenza għaċ-ċertifikat speċifiku tas-saħħa fil-Parti I ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għal konsum mill-bniedem. |
(7) |
Għalhekk, l-Annessi VII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jiġu emendati skond dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
L-Annessi VII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2008.
Kunsinni li għalihom inħarġu ċertifikati veterinarji qabel l-1 ta’ Novembru 2008 skond il-mudelli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 qabel ġie emendat mir-Regolament preżenti, għandhom jiġu aċċettati għal importazzjoni fil-Komunità sa’ l-1 ta’ Frar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 399/2008 (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 12).
(2) http://www.efsa.europa.eu/en/science/ahaw/ahaw_opinions/1447.html
(3) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scah/out22_en.html
(4) http://www.oie.int/eng/normes/mcode/en_chapitre_3.6.2.htm
ANNESS
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness VII, il-Kapitolu V huwa sostitwit b'dan li ġej: “KAPITOLU V Rekwiżiti speċifiċi għal ħalib, prodotti tal-ħalib u kolostru Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw flimkien mal-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu I. A. Standards ta' l-ipproċessar
B. Importazzjoni
(*) F0 huwa l-effett ta’ qtil ikkalkulat fuq l-ispori tal-batterji. Valur F0 ta’ 3,00 jfisser li l-iktar punt kiesaħ fil-prodott issaħħan biżżejjed biex jilħaq l-istess effett ta’ qtil daqs 121 °C (250 °F) fi tliet minuti b'tisħin u tkessiħ instantanju."
(****) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 73. verżjoni kkoreġuta (ĠU L 189, 27.5.2004, p. 57).”" |
2. |
Fl-Anness X, il-Kapitolu 2(A), 2(B) u 2(Ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej: “KAPITOLU 2 Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
3. |
Fl-Anness XI, il-Parti I tinbidel b'dan li ġej: “PARTI I Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ċertifikat tas-saħħa Kapitolu 2) Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/438/KE.” |