|
9.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 125/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 417/2008
tat-8 ta’ Mejju 2008
li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [titlu mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1), it-tielet inċiż tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-melħ huwa oġġett ta’ l-ikel ta’ kwalità mogħni b’karatteristiċi partikolari li huma marbuta mill-qrib maż-żona ġeografika tal-produzzjoni u mal-metodi lokali ta’ l-estrazzjoni. Il-produzzjoni tal-melħ tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ diversi reġjuni. |
|
(2) |
Il-qoton huwa prodott agrikolu ta’ importanza kbira f’ċerti reġjuni. L-estensjoni ta’ l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għall-qoton toħloq possibbiltajiet ġodda bil-għan li jittejbu l-immaġni u l-użu tal-qoton. |
|
(3) |
Bil-għan li jiġu indirizzati l-istennijiet ta’ ċerti produtturi u operaturi li għalihom il-produzzjoni tal-melħ jew tal-qoton tikkostitwixxi wieħed mis-sorsi ewlenin tad-dħul, huwa xieraq li dawn il-prodotti jiddaħħlu fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Din iż-żieda ma timmodifikax il-karattru essenzjalment agrikolu tal-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, jiddaħħal l-inċiż li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness II, jiddaħħal l-inċiż li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).