8.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 122/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 406/2008
tas-7 ta’ Mejju 2008
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tat-28 ta’ April u tat-2 ta’ Mejju 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-perjodu ta' bejn tat-28 ta’ April u tat-2 ta’ Mejju 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4332 (2007-2008). |
(2) |
F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie ffissat intlaħaq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn tat-28 ta’ April u tat-2 ta’ Mejju 2008, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).
(3) ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.
ANNESS
Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja
Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
09.4331 |
Il-Barbados |
100 |
|
09.4332 |
Il-Beliże |
100 |
Intlaħqu |
09.4333 |
Il-Kosta ta' l-Ivorju |
100 |
|
09.4334 |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
100 |
|
09.4335 |
Il-Fiġi |
100 |
|
09.4336 |
Gujana |
100 |
|
09.4337 |
L-Indja |
0 |
Intlaħqu |
09.4338 |
Il-Ġamajka |
100 |
|
09.4339 |
Il-Kenja |
100 |
|
09.4340 |
Il-Madagaskar |
100 |
|
09.4341 |
Il-Malawi |
100 |
|
09.4342 |
Il-Mawrizju |
100 |
|
09.4343 |
Il-Możambik |
0 |
Intlaħqu |
09.4344 |
Saint Kitts u Nevis |
— |
|
09.4345 |
Is-Suriname |
— |
|
09.4346 |
Is-Sważiland |
100 |
|
09.4347 |
It-Tanzanija |
100 |
|
09.4348 |
Trinidad u Tobago |
100 |
|
09.4349 |
L-Uganda |
— |
|
09.4350 |
Iż-Żambja |
100 |
|
09.4351 |
Iż-Żimbabwe |
100 |
|
Zokkor kumplimentari
Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
09.4315 |
L-Indja |
100 |
|
09.4316 |
Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP |
100 |
|
Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL
Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
09.4317 |
L-Awstralja |
0 |
Intlaħqu |
09.4318 |
Il-Brażil |
0 |
Intlaħqu |
09.4319 |
Kuba |
0 |
Intlaħqu |
09.4320 |
Pajjiżi terzi oħra |
0 |
Intlaħqu |
Iz-zokkor tal-Balkani
It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
In-nru tas-Serje |
Pajjiż |
Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
09.4324 |
L-Albanija |
100 |
|
09.4325 |
Il-Bożnja-Ħerżegovina |
0 |
Intlaħqu |
09.4326 |
Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo |
100 |
|
09.4327 |
L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja |
100 |
|
09.4328 |
Il-Kroazja |
100 |
|
L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali
It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
In-nru tas-Serje |
Tip |
Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
09.4380 |
F'każ eċċezzjonali |
— |
|
09.4390 |
Industrijali |
— |
|
L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija
Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006
Is-sena tas-suq 2007/08
Ordni Nru |
Tip |
Ġimgħa ta' bejn 28.4.2008-2.5.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata |
Limiti |
09.4365 |
Il-Bulgarija |
0 |
Intlaħqu |
09.4366 |
Ir-Rumanija |
100 |
|