26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 114/85


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 378/2008

tal-25 ta’ April 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn April 2008 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' fl-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi u għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2008 (4) li jiftaħ subperjodu speċifiku fi Frar 2008, għall-kwota tariffarja għall-importazzjoni tar-ross mitħun u nofs mitħun li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(2)

Għall-kwoti ta’ ross li joriġinaw mit-Tajlanda, l-Awstralja, u oriġini oħra minbarra t-Tajlandja, l-Awstralja u l-Istati Uniti msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, it-tieni subperjodu huwa x-xahar ta' April. Għall-finijiet tal-kwoti previsti fil-punt (a) ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, it-tielet subperjodu huwa x-xahar ta' April.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4130, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' April 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4128 – 09.4129, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' April 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, ma jaqbżux [jew huma daqs] il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, skond l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4130 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2008, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 se jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta' Settembru 2008.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)   ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1538/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 49).

(4)   ĠU L 22, 25.1.2008, p. 6.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2008 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' April 2008

Kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2008

(f'kg)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4127

90,214372  %

5 076 005

It-Tajlandja

09.4128

 (2)

7 157 037

L-Awstralja

09.4129

 (2)

874 500

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

1,204963  %

0


(1)  Ma japplikax il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu : il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli. l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.