17.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 107/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 341/2008
tas-16 ta’ April 2008
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti April 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti f’April 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti f’April 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċcembru 2008, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ April 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1549/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 75).
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.9.2008 (f %) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.10.2008-31.12.2008 (f kg) |
1 |
09.4211 |
1,780550 |
— |
2 |
09.4212 |
27 783 000 |
|
4 |
09.4214 |
28,694208 |
— |
5 |
09.4215 |
36,799882 |
— |
6 |
09.4216 |
2 014 010 |
|
7 |
09.4217 |
4,045341 |
— |
8 |
09.4218 |
3 478 800 |
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.6.2009 (f %) |
3 |
09.4213 |
3,395585 |
(1) Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.