12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 102/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 334/2008
tal-11 ta’ April 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili. |
(3) |
Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3. |
(4) |
Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 275/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 3).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||
Prodott li għandu l-kompożizzjoni li ġejja (% bil-piż):
Il-prodott huwa ppakkjat fi fliexken ta' litru u 3 litri u f'kontenituri ta' madwar 100 litru. Skond l-ippakkjar il-prodott jista’ jintuża, direttament jew miżjud bl-ilma, fost oħrajn bħala fluwidu kontra l-iffriżar jew fluwidu għat-tneħħija tas-silġ. |
2207 20 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 2207 u 2207 20 00 . Iż-żieda ta’ butanun, u b’ammont inqas ta’ glikol ta’ l-etilene, jirrendi l-prodott mhux tajjeb għall-konsum uman iżda mhux għal għanijiet industrijali. Il-perċentwal baxx ta’ glikol ta’ l-etilene ma jagħtix lill-prodott il-karattru ta’ fluwidu ta’ kontra l-iffriżar jew ta’ fluwidu għat-tneħħija tas-silġ ta’ titlu 3820 . Għalhekk il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala alkoħol etiliku denaturizzat tal-kodiċi tan-NM 2207 20 00 . |