11.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 101/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 329/2008

ta’ l-10 ta’ April 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 552/2007 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iffissar tal-limiti finanzjarji għall-2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment l-Artikolu 64(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 tat-22 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament (2) jiffissa, għas-sena 2007, il-limiti finanzjarji għall-ħlasijiet diretti li għandhom jinqablu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, Franza ddeċidiet li tapplika parzjalment l-iskema ta’ pagament uniku bil-kundizzjonijiet iffissati partikolarment fl-Artikolu 68(2)(a)(i) tar-Regolament imsemmi f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagament addizzjonali għaż-żamma tal-baqar li jreddgħu. Madankollu, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (3) li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, mill-1 ta’ Jannar 2007 'l quddiem, ir-reġjuni Franċiżi ta’ Korsika u Hainaut ma jistgħux jibqgħu jirċievu l-għajnuna tranżitorja pprovduta fl-Artikolu msemmi. Għaldaqstant, mill-2007 'l quddiem, il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) ma jistax jiffinanzja l-primjum nazzjonali supplimentari għall-baqra li tredda' pprovdut fl-Artikolu 125(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, mogħti lill-azjendi agrikoli li jinsabu fir-reġjuni Franċiżi ta’ Korsika u Hainaut. Bil-għan li tiġi żgurata t-tkomplija ta' l-għajnuna Komunitarja fis-settur tal-baqra li tredda', Franza talbet it-trasferiment ta' l-ammont korrispondenti għall-pagamenti li saru f’Korsika u Hainaut sa l-2006 bħala primjum nazzjonali supplimentari, mil-limitu stipulat għall-2007 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 552/2007 għall-primjum nazzjonali supplimentari għal-limitu stipulat fl-Anness imsemmi għall-primjum għall-baqra li tredda'. Għaldaqstant, il-limiti baġitarji msemmija għandhom jiġu aġġustati skond dan.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 552/2007 jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 552/2007 qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-ammont għall-“Primjum għall-baqra li tredda'” għal Franza għandu jinbidel bl-ammont “734 416”;

(b)

l-ammont għall-“Primjum supplimentari għall-baqra li tredda’” għal-Franza għandu jinbidel bl-ammont “0”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament tal-Kummissjoni kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 293/2008 (ĠU L 90, 2.4.2008, p. 5).

(2)  ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

(3)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6).