|
4.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 93/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 312/2008
tat-3 ta’ April 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward ta' l-aġġustament tat-tariffi ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata ta' l-inflazzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 ta' l-10 ta' Frar 1995 dwar tariffi mħallsa lill-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għall-użu veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), jistipula li d-dħul ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Komunità u fit-tariffi mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn it-tariffi. |
|
(2) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tariffi ta’ l-Aġenzija b’referenza għar-rata ta’ l-inflazzjoni u taġġornahom. |
|
(3) |
Mill-2005, it-tariffi ta’ l-Aġenzija ma ġewx aġġustati għar-rata ta’ l-inflazzjoni. Għaldaqstant jinħtieġ li dawn it-tariffi jiġu riveduti b’referenza għar-rata ta’ l-inflazzjoni fil-Komunità fis-snin 2006 u 2007. |
|
(4) |
Ir-rata ta’ l-inflazzjoni fil-Komunità, kif ippubblikata mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (l-Eurostat), kienet 2,2 % fl-2006 u 2,3 % fl-2007. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
|
(7) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta' April 2008. |
|
(8) |
Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2008, għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u japplika minn din id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, “EUR 58 000” hija mibdula għal “EUR 60 600”. |
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 6, “EUR 34 800” hija mibdula għal “EUR 36 400”. |
|
(5) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2008.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' April 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1905/2005 (ĠU L 304, 23.11.2005, p. 1).
(2) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).