3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 309/2008

tat-2 ta’ April 2008

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Isle of Man Manx Loaghtan Lamb (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, it-talba tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Isle of Man Manx Loaghtan Lamb” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

L-Italja ddikjarat l-oppożizzjoni tagħha għal din ir-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u rreferiet b’mod partikolari għar-raġuni għall-oppożiżżjoni msemmija fl-Artikolu 7(3)(a) ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li ma ntlaħqux il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(3)

B'ittra ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet involuti jgħaddu għal konsultazzjonijiet xierqa.

(4)

Intlaħaq ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Italja, li ġie nnotifikat lill-Kummissjoni b'ittra ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007.

(5)

B’dan il-ftehim, l-Italja tqis li l-informazzjoni pprovduta mir-Renju Unit hija sodisfaċenti, tant hu hekk li l-Italja rtirat l-oppożizzjoni tagħha.

(6)

Il-ftehim milħuq bejn il-partijiet involuti ma jeħtieġx emenda tat-tagħrif ippubblikat skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Għaldaqstant, id-denominazzjoni “Isle of Man Manx Loaghtan Lamb” għandha tiġi rreġistrata skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 3, 6.1.2006, p. 3.


ANNESS

Klassi 1.1

Laħam (u ġewwiena) friska

Ir-RENJU UNIT

Isle of Man Manx Loaghtan Lamb (DPO)