9.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 97/85


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 301/2008

tal-17 ta' Marzu 2008

li jadatta l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-2003 u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jistabbilixxi qafas armonizzat ta’ regoli ġenerali għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf tal-bhejjem u l-ikel, saħħet l-annimali u r-regoli tal-benessri ta’ l-annimali.

(2)

Issa jinħass il-bżonn, minħabba l-adeżjoni fl-2004 ta’ Stati Membri ġodda, li tiġi kompluta l-lista ta’ territorji fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 sabiex tinkludi lill-Istati Membri kollha.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004 fir-rigward tat-territorju tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja, u tas-Slovakkja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 17 ta' Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).


ANNESS

“ANNESS I

IT-TERRITORJI REFERITI FL-ARTIKOLU 2 (15)

1.

It-territorju tar-Renju tal-Belġju

2.

It-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija

3.

It-territorju tar-Repubblika Ċeka

4.

It-territorju tar-Renju tad-Danimarka bl-eċċezzjoni tal-Gżejjer Faroe u ta’ Greenland

5.

It-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

6.

It-territorju tar-Repubblika ta’ l-Estonja

7.

It-territorju ta’ l-Irlanda

8.

It-territorju tar-Repubblika Ellenika

9.

It-territorju tar-Renju ta’ Spanja bl-eċċezzjoni ta’ Ceuta u Melilla

10.

It-territorju tar-Repubblika Franċiża

11.

It-territorju tar-Repubblika Taljana

12.

It-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru

13.

It-territorju tar-Repubblika tal-Latvja

14.

It-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja

15.

It-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

16.

It-territorju tar-Repubblika ta’ l-Ungerija

17.

It-territorju tar-Repubblika ta’ Malta

18.

It-territorju tar-Renju ta’ l-Olanda fl-Ewropa

19.

It-territorju tar-Repubblika ta’ l-Awstrija

20.

It-territorju tar-Repubblika tal-Polonja

21.

It-territorju tar-Repubblika tal-Portugall

22.

It-territorju tar-Rumanija

23.

It-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja

24.

It-territorju tar-Repubblika tas-Slovakkja

25.

It-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja

26.

It-territorju tar-Renju ta’ l-Iżvezja

27.

It-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq”