|
9.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 97/64 |
REGOLAMENT (KE) Nru 298/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37, 95 u 152(4)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ att bażiku, adottati skond il-proċedura taħt l-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jiġu mħassra xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali. |
|
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti diġà fis-seħħ adottati skond il-proċedura taħt l-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddefinixxi jekk tip ta’ ikel jew għalf jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u li tbaxxi l-limiti għall-ittikkettjar tal-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal li jkollu fih, jikkonsisti minn jew ikun prodott ta’ organiżmi ġenetikament modifikati, u kif ukoll tal-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikat li bbenefika minn eżami favorevoli tar-riskju fl-ikel u l-għalf, u sabiex tadotta miżuri li jirrigwardaw ċertu rekwiżiti fuq operaturi u caterers tal-massa ta’ ittikketjar u informazzjoni. Peress illi dawn il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba li jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju taħt l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandu jiġi hekk emendat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 3, paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Fejn meħtieġ, miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh u li jiddeterminaw jekk tip ta’ ikel jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3).”; |
|
2. |
Fl-Artikolu 12, paragrafu 4 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej: “4. Miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh u li jistabbilixxu limiti xierqa aktar baxxib’mod partikolari fir-rigward ta’ ikel li għandu fih jew jikkonsisti minn GMOs, jew li jieħdu kont ta’ avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3).”; |
|
3. |
L-Artikolu 14 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 14 Miżuri ta’ implimentazzjoni 1. Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni:
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3). 2. Barra minn hekk, regoli ddettaljati biex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni uniformi ta’ l-Artikolu 13 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 35(2).”; |
|
4. |
Fl-Artikolu 15, paragrafu 2 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej: “2. Fejn meħtieġ, miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh u li jiddeterminaw jekk tip ta’ għalf jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-Taqsima, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3).”; |
|
5. |
Fl-Artikolu 24, paragrafu 4 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej: “4. Miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh u li jistabbilixxu limiti xierqa aktar baxxi b’mod partikolari għal għalf li għandu fih jew jikkonsisti minn GMOs, jew li jieħdu kont ta’ l-avvanzi fix-xjenza u t-teknolġija għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3).”; |
|
6. |
L-Artikolu 26 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 26 Miżuri ta’ implimentazzjoni 1. Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni:
Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3). 2. Barra minn hekk, regoli ddettaljati biex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni uniformi ta’ l-Artikolu 25 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 35(2).”; |
|
7. |
Fl-Artikolu 32, il- paragrafu 5 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej: “Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u l-Anness jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2). Miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament u li jadattaw l-Anness għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3).”; |
|
8. |
Fl-Artikolu 35, paragrafu 3 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”; |
|
9. |
Fl-Artikolu 47, il-paragrafu 3 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej: “3. Miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh u li jbaxxu l-limiti msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari għal GMOs mibjugħa direttament lill-konsumatur finali għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3).”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta' Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(3) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).