2.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 90/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 292/2008
ta’ l-1 ta’ April 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(a), (b) u (j) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 80(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (2) jistabbilixxi limitu fuq l-irtirar mis-suq espress bħala proporzjon tal-volum tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ kwalunkwe prodott fi kwalunkwe organizzazzjoni ta’ produtturi. Bil-għan li titħeġġeġ id-distribuzzjoni ħielsa bħala destinazzjoni għal tali rtirar, dak il-limitu ma għandux jinkludi prodotti mibgħuta għad-distribuzzjoni ħielsa. |
(2) |
It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 80(2) jipprovdi għal marġni ta’ żball ta’ 3 % fil-kalkolu tal-volum tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq. Billi dawn it-termini aktarx jistgħu jitqiesu li mhumiex ċari biżżejjed, għall-finijiet taċ-ċarezza, din id-dispożizzjoni għandha tirreferi għal marġni ta’ eċċess ta’ 3 %. |
(3) |
L-Artikolu 55(3) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 jipprovdi li l-programmi operattivi approvati qabel il-31 ta’ Diċembru 2007 jistgħu jiġu mmodifikati biex jilħqu r-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, tali modifiki jeħtieġu li l-Istat Membru kkonċernat jadotta strateġija nazzjonali skond dak ir-Regolament, u dan jista’ jirrikjedi żmien twil fis-sena 2008. |
(4) |
Ma jistax isir irtirar mis-suq skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 (3) wara l-31 ta’ Diċembru 2007, wara l-emendi li saru għal dak ir-Regolament permezz tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007. |
(5) |
Barra minn hekk, jixraq li tkun permessa fl-2008 l-introduzzjoni rapida tal-miżuri l-ġodda ta’ prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet, fejn dan ikun vijabbli mil-lat amministrattiv u jkunu jistgħu jsiru l-verifiki xierqa, partikolarment dawk li jirrigwardaw il-promozzjoni, il-komunikazzjoni u t-taħriġ. |
(6) |
Għaldaqstant, sabiex tkun permessa t-tranżizzjoni bla xkiel bejn l-iskemi rregolati mir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u (KE) Nru 1182/2007, kif ukoll l-implimentazzjoni rapida ta’ dawk il-miżuri ġodda ta’ prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet, u sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni bla bżonn tal-miżuri ta’ rtirar mis-suq, jeħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jagħmlu eliġibbli l-infiq fuq tali miżuri applikati mill-1 ta’ Jannar 2008, inkluż fejn operazzjoni fil-qafas ta’ miżura ssir qabel ma l-programm operattiv ikkonċernat ikun ġie mmodifikat biex jinkludi dik il-miżura. Għal raġunijiet simili, l-Istati Membri għandhom jitħallew jawtorizzaw modifiki għal miżuri fi programmi eżistenti skond l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 biex ikopru l-infiq li jsir mill-1 ta’ Jannar 2008. |
(7) |
Għall-iskopijiet ta’ tmexxija tajba, l-operazzjoni għandha tirrispetta wkoll il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007, filwaqt li l-istrateġija nazzjonali u l-programm operattiv għandhom jiġu mmodifikati biex ikopru l-miżura kkonċernata qabel ma ssir applikazzjoni għall-ħlas ta’ l-għajnuna korrispondenti. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 80(2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’li ġej: “2. L-irtirar mis-suq ma għandux jeċċedi 5 % bħala proporzjon tal-volum tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ kwalunkwe prodott fi kwalunkwe organizzazzjoni ta’ produtturi. Madankollu, l-ammonti li jitqassmu skond wieħed mill-modi msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007, jew bi kwalunkwe mod ieħor approvat mill-Istati Membri skond l-Artikolu 81(2), ma għandhomx jitqiesu f’dak il-proporzjon”. |
2. |
Fl-Artikolu 80(2), it-tielet subparagrafu jinbidel b’li ġej: “Il-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu medji annwali fuq perjodu ta’ tlett snin, b’marġni annwali ta’ eċċess ta’ 3 %.” |
3. |
Fl-Artikolu 152(2), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: “L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-infiq fuq miżura waħda jew aktar ta’ prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet, relatati ma’ l-irtirar mis-suq, il-promozzjoni, il-komunikazzjoni u t-taħriġ, li jsiru fl-2008 minn organizzazzjoni ta’ produtturi, ikun eliġibbli anki jekk il-programm operattiv ma jkunx għadu ġie modifikat biex ikopri l-miżuri kkonċernati. Biex dan l-infiq ikun eliġibbli:
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li modifika għal miżura fil-qafas ta’ programm operattiv eżistenti, imwettqa skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007, tkopri l-infiq fuq l-operazzjonijiet li jsiru fl-2008 anki qabel ma ssir dik il-modifika, sakemm il-kundizzjoniiet tal-punti (a), (b) u (ċ) tar-raba’ subparagrafu jkunu rispettati.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).