20.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 81/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 265/2008
tad-19 ta’ Marzu 2008
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu, it-tielet subparagrafu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità tista’ tkun koperta minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-bajd, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni skond ir-regoli u ċerti kriterji previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75. |
(3) |
L-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 2771/75 jipprevedi li r-rifużjoni tista’ tvarja skond id-destinazzjoni, fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew minħabba r-rekwiżiti speċifiċi ta’ swieq partikulari. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (2), ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u r-rekwiżiti tal-marka stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 tad-19 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti standards għat-tqegħid fis-suq tal-bajd (4). |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka ddefiniti fl-Anness II, Sezzjoni I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll ir-rekwiżiti ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 1028/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).
ANNESS
Ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mill-20 ta’ Marzu 2008
Kodiċi tal-prodott |
Destinazzjoni |
Unità tal-kejl |
Ammont tar-rifużjonijiet |
||||||
0407 00 11 9000 |
A02 |
EUR/100 biċċa |
2,32 |
||||||
0407 00 19 9000 |
A02 |
EUR/100 biċċa |
1,16 |
||||||
0407 00 30 9000 |
E09 |
EUR/100 kg |
0,00 |
||||||
E10 |
EUR/100 kg |
20,00 |
|||||||
E19 |
EUR/100 kg |
0,00 |
|||||||
0408 11 80 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
50,00 |
||||||
0408 19 81 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
25,00 |
||||||
0408 19 89 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
25,00 |
||||||
0408 91 80 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
31,50 |
||||||
0408 99 80 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
8,00 |
||||||
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:
|