19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 254/2008
tat-18 ta’ Marzu 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Iżrael (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4092), huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4091), huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.7.2008-30.9.2008 (kg) |
IL1 |
09.4092 |
5,747185 |
— |
IL2 |
09.4091 |
280 000 |
(1) Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.