|
18.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 75/33 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 240/2008
tas-17 ta’ Marzu 2008
li jirrevoka d-dazju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
F’Jannar 2002, bir-Regolament (KE) Nru 92/2002 (2), il-Kunsill impona dazji definittivi ta’ anti-dumping li jvarjaw minn EUR 7,81 għal EUR 16,84 kull tunnellata fuq importazzjonijiet ta’ urea, f’soluzzjoni ta’ ilma, jew mod ieħor, li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina. Bl-istess Regolament, ġew imposti dazji definittivi ta’ anti-dumping li jvarjaw minn EUR 6,18 għal EUR 21,43 kull tunnellata fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mill-Estonja, il-Litwanja, il-Bulgarija u r-Rumanija u kienu awtomatikament revokati fl-1 ta’ Mejju 2004 u fl-1 ta’ Jannar 2007 rispettivament, id-data ta’ sħubija ta’ dawn il-pajjiżi fil-Komunità. |
2. Talba għal reviżjoni
|
(2) |
F’April 2006, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri eżistenti (3). Fis-17 ta’ Ottubru 2006 il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni ta’ skadenza ta’ dawn il-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
Din it-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Fertilizzanti (EFMA) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw parti kbira, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali ta’ urea tal-Komunità. |
|
(4) |
L-applikant allega, u pprovda biżżejjed evidenza prima facie għal din l-allegazzjoni, li l-iskadenza tal-miżuri wisq probabbli twassal għat-tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija Komunitarja fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina (il-“pajjiżi kkonċernati”). |
|
(5) |
Meta ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tingħata bidu reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet din ir-reviżjoni billi ppubblikat avviż tal-bidu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (4). |
3. Investigazzjonijiet fir-rigward ta’ pajjiżi oħrajn
|
(6) |
F’Mejju 2006, il-Kummissjoni tat bidu għal reviżjoni (5) tad-dazji definittivi ta’ anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 901/2001 (6) fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw fir-Russja skond l-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament bażiku. B’riżultat ta’ din ir-reviżjoni, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 907/2007 (7) irrevoka d-dazji ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw fir-Russja. Ġie konkluż li ma kienx hemm tkomplija ta’ ħsara materjali lill-industrija Komunitarja u ma kienx kemm possibbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara lilha fin-nuqqas tal-miżuri. |
4. Investigazzjoni attwali
4.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
|
(7) |
L-investigazzjoni tat-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-possibbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-2002 sa tmiem il-PIR (“il-perjodu meqjus”). |
4.2. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
|
(8) |
Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-applikant, lill-produtturi Komunitarji, lill-produtturi esportaturi fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina (minn hawn ‘il quddiem “l-esportaturi kkonċernati”), lill-importaturi, lill-kummerċjanti, lill-utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom magħrufa li huma kkonċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-gvern tal-pajjiżi esportaturi, bil-bidu tar-reviżjoni. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil dawn il-partijiet kollha u lil dawk li għamlu lilhom infushom magħrufa sal-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż tal-bidu. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni tat wkoll l-opportunità lill-partijiet direttament ikkonċernati li jagħmlu l-opinjonijiet tagħhom magħrufa bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż tal-bidu. |
|
(11) |
Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingћataw seduta. |
|
(12) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi Komunitarji, importaturi fil-Komunità u produtturi esportaturi fl-Ukraina, tqies bħala xieraq, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ teħid ta’ kampjuni. Bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux tassew meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni, u jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, il-partijiet ta’ hawn fuq intalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, li jagħmlu lilhom infushom magħrufa fi żmien 15-il jum mill-bidu ta’ l-investigazzjoni u biex jgħaddu lill-Kummissjoni t-tagħrif mitlub fl-avviż tal-bidu. |
|
(13) |
Fir-rigward ta’ importaturi fil-Komunità, il-kooperazzjoni kienet baxxa ħafna minħabba li importatur wieħed biss esprima r-rieda tiegħu li jikkoopera. Għalhekk ġie deċiż li ma kienx meħtieġ li jittieħdu kampjuni fir-rigward ta’ l-importaturi. |
|
(14) |
Tnax-il produttur Komunitarju mlew tajjeb il-formola tat-teħid ta’ kampjuni u qablu formalment li jkomplu jikkoperaw fl-investigazzjoni. Erbgħa minn dawn it-12-il kumpanija, li nstabu li huma rappreżentattivi ta’ l-industrija Komunitarja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ volum ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ urea fil-Komunità, intgħażlu bħala kampjuni. L-erba’ produtturi Komunitarji magħżula bħala kampjun jirrappreżentaw madwar 60 % tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija Komunitarja matul il-PIR, filwaqt li t-tnax produtturi Komunitarji ta’ hawn fuq jirrappreżentaw madwar 80 % tal-produzzjoni fil-Komunità. Dan il-kampjun kien jikkostitwixxi l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ urea fil-Komunità li raġonevolment seta’ jkun investigat fiż-żmien disponibbli. |
|
(15) |
Erba’ produtturi esportaturi fl-Ukraina mlew tajjeb il-formola għat-teħid ta’ kampjuni sa l-iskadenza u qablu formalment li jkomplu jikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn l-erba’ produtturi esportaturi jirrappreżentaw 100 % ta’ l-esportazzjonijiet totali mill-Ukraina lejn il-Komunità matul il-PIR. Minħabba l-għadd baxx ta’ kumpaniji kooperattivi fl-Ukraina, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma jiġix applikat u l-kumpaniji kollha ġew mistiedna jibagħtu kwestjonarju. |
|
(16) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarji ntbagħtu minn erba’ produtturi Komunitarji, importatur wieħed, żewġ utenti u erba’ produtturi esportaturi fl-Ukraina u produttur esportatur wieħed fil-Belarus, fil-Kroazja u fil-Libja. Barra minn hekk, bosta importaturi u utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom bagħtu kummenti mingħajr ma wieġbu l-kwestjonarju. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li dehrilha meħtieġ bil-għan li tistabbilixxi t-tkomplija probabbli tad-dumping u l-ħsara u l-interess Komunitarju. Żjarat ta’ verifika twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Prodott ikkonċernat
|
(18) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri urea attwalment klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 (“il-prodott ikkonċernat”) u li joriġina fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina. |
|
(19) |
L-urea hija prinċipalment magħmula mill-ammonja, li min-naħa tagħha hija prodotta mill-gass naturali. Tista’ tieħu forma solida jew likwida. L-urea solida tista’ tintuża għal skopijiet agrikoli u industrijali. L-urea għall-agrikoltura tista’ tintuża kemm bħala fertilizzant, fejn titferrex fuq il-ħamrija, kif ukoll bħala adittiv fl-ikel ta’ l-annimali. L-urea għall-industrija hija materja prima għal ċerti tipi ta’ kolla u plastik. L-urea likwida tista’ tintuża kemm bħala fertilizzant kif ukoll għal għanijiet industrijali. Minkejja li l-urea hija ppreżentata fil-forom differenti msemmija hawn fuq, il-karatteristiċi kimiċi tagħha jibqgħu bażikament l-istess u għall-għanijiet tal-proċedura attwali jistgħu jitqiesu bħala prodott wieħed. |
2. Prodott simili
|
(20) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni kkonfermat li l-prodotti manifatturati u esportati mill-produtturi esportaturi fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina, dawk manifatturati u mibjugħa fis-suq lokali ta’ dawn il-pajjiżi, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħa mill-produtturi Komunitarji fis-suq Komunitarju kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi. Għalhekk huma meqjusa bħala prodotti simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IL-PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING
|
(21) |
Meta wieħed iqis il-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara, l-argumenti ewlenin biss huma żviluppati hawn taħt. |
1. Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni
1.1. Prinċipji ġenerali
|
(22) |
Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx qed isir dumping matul l-PIR, u f’każ li kien hekk, jekk l-iskadenza tal-miżuri kinitx se twassal jew le għal tkomplija ta’ dumping. |
|
(23) |
Fil-każ tat-tliet pajjiżi esportaturi bi stat ta’ ekonomija tas-suq, li huma l-Kroazja, il-Libja u l-Ukraina, il-valur normali ġie stabbilit skond l-Artikoli 2(1) sa (3) tar-Regolament bażiku. Fil-każ tal-Belarus, il-valur normali ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
1.2. Il-Kroazja
|
(24) |
Il-marġni ta’ dumping għall-uniku produttur esportatur fil-Kroazja ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun bejn valur normali medju bil-piż differenzjat u prezz għall-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat skond l-Artikolu 2(5), (11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(25) |
Il-Kroazja esportat aktar minn 200 000 tunnellata ta’ urea lill-Komunità matul il-PIR, biex kellha kontroll fuq 2.3 % mis-suq Komunitarju. L-uniku produttur esportatur magħruf u kooperattiv instab li kien għadu qed jesporta bi prezzijiet sinifikament soġġetti għal dumping lill-Komunità, sa fejn kellu x’jaqsam il-PIR. Il-marġni ta’ dumping li nstab qabeż l-20 %. |
|
(26) |
Kien hemm dubji sinifikanti dwar jekk l-ispejjeż tal-gass, li huwa sors ewlieni għall-produzzjoni ta’ l-urea, kinux riflessi raġonevolment fir-reġistri tal-produttur esportatur. Instab li l-gass inkiseb f’kundizzjonijiet partikolari, determinati mill-fatt li kemm il-produttur esportatur kif ukoll il-fornitur tal-gass huma proprjetà b’maġġoranza ta’ l-istat Kroat u li l-prezzijiet tal-gass kienu baxxi b’mod anormali. Fin-nuqqas ta’ kull prezz tal-gass mhux distort relatat mas-suq lokali Kroat, u skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-gass iridu jiġu stabbiliti fuq “kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, inkluż tagħrif minn swieq rappreżentattivi oħrajn”. Minħabba li l-maġġoranza tal-gass użat għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat huwa ta’ oriġini Russa, il-prezz aġġustat jista’ jissejjes fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta jinbiegħ għall-esportazzjoni fil-fruntiera Ġermaniża/Ċeka (Waidhaus), nett ta’ l-ispejjeż tat-trasport, fejn Waidhaus huwa ċ-ċentru ewlieni għall-bejgħ ta’ gass Russu lill-UE. Dan iżid il-marġni ta’ dumping b’mod sinifikanti. Meta wieħed iqis li d-dumping jeżisti mingħajr dan l-aġġustament, u l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara stipulati hawn taħt, din il-kwistjoni ma ġietx investigata. |
1.3. Il-Belarus, il-Libja u l-Ukraina
|
(27) |
Kif spjegat fil-premessi (29), (38) u (45), il-kwantitajiet esportati mit-tliet pajjiżi esportaturi oħra kkonċernati laħqu livelli tant baxxi li ġie meqjus li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni assoċjati ma’ dawn waħidhom ma jkunux suffiċjenti b’mod ta’ min joqgħod fuqu biex tiġi stabbilita sejba fir-rigward tat-tkomplija ta’ dumping. |
2. Il-Probabbiltà ta’ Rikorrenza ta’ Dumping
2.1. Il-Belarus
|
(28) |
Minħabba li l-Belarus mhux meqjus bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ data miksuba minn produttur f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Fl-avviż tal-bidu, l-Istati Uniti tqiesu bħala pajjiż analogu xieraq, minħabba li diġà kien qed jintuża fl-investigazzjoni oriġinali. L-ebda parti interessata ma bagħtet kummenti f’dan ir-rigward. Il-prodottur Amerikan li kien diġà kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali bagħat tweġiba għall-kwestjonarju li ntużat għad-determinazzjoni tal-valur normali. |
|
(29) |
L-uniku produttur Belorussu magħruf bagħat tweġiba għall-kwestjonarju. Ġeneralment, il-Belarus esportat madwar 25 000 tunnellata ta’ urea, li jammontaw għal sehem ta’ 0,3 % mis-suq Komunitarju. Meta wieħed iqis dan is-sehem żgħir mis-suq, l-analiżi fir-rigward tal-Belarus tikkonċentra fuq il-possibbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
|
(30) |
Ġew analizzati x-xejriet ta’ esportazzjoni tal-Belarus lejn il-pajjiżi terzi kollha. L-esportazzjonijiet lejn ir-reġjuni kollha tad-dinja saru bi prezzijiet li kienu aktar baxxi, b’mod konsistenti, mill-valur normali misjub fis-suq analogu, li juri li l-prezzijiet lil swieq ta’ esportazzjoni oħrajn kienu dumped. |
|
(31) |
Barra minn dan, ġie eżaminat jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-Belarus ikunux soġġetti għal dumping kieku kellhom ikunu f’livell ugwali għal-livelli ta’ prezz li attwalment jiddominaw fil-Komunità. Għal prodott ta’ komodità bħall-urea, huwa improbabbli li jinbiegħ f’livelli ogħla mill-prezzijiet tas-suq attwali. Ir-riżultat ta’ din l-analiżi wasslet ukoll għal marġni ta’ dumping sinifikanti. |
|
(32) |
Fl-istess waqt, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni għal esportazzjonijiet lil swieq ta’ esportazzjoni oħrajn instabu li kienu ftit ogħla mill-prezzijiet għal esportazzjonijiet lill-Komunità. Għalhekk, hemm dubju dwar kemm il-Komunità tkun suq aktar attraenti f’termini ta’ prezzijiet meta mqabbla ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi. |
|
(33) |
Fid-dawl tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, hemm indikazzjonijiet li wisq probabbli d-dumping jerġa’ jseħħ fin-nuqqas tal-miżuri. |
2.2. Il-Kroazja
|
(34) |
Kif muri fil-premessa (25), esportazzjonijiet lill-Komunità nstabu li huma oġġetti għal dumping. Ġew analizzati x-xejriet ta’ esportazzjoni tal-Kroazja lejn il-pajjiżi terzi kollha. L-esportazzjonijiet lejn ir-reġjuni kollha tad-dinja saru bi prezzijiet li kienu aktar baxxi mill-valur normali, li wera li kien qed iseħħ id-dumping anki fin-nuqqas ta’ l-aġġustament imsemmi hawn fuq. |
|
(35) |
Barra minn dan, ġie eżaminat jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-Kroazja jkunux soġġetti għal dumping kieku kellhom ikunu f’livell ugwali għal-livelli ta’ prezz li attwalment jiddominaw fil-Komunità. Għal prodott ta’ komodità bħall-urea, huwa improbabbli li jinbiegħ f’livelli ogħla mill-prezzijiet tas-suq attwali. Ir-riżultat ta’ din l-analiżi wasslet ukoll għal marġni ta’ dumping sinifikanti. |
|
(36) |
Fl-istess waqt, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni għal esportazzjonijiet lil swieq ta’ esportazzjoni oħrajn instabu li kienu ftit ogħla mill-prezzijiet għal esportazzjonijiet lill-Komunità. Għalhekk, hemm dubju dwar kemm il-Komunità tkun suq aktar attraenti f’termini ta’ prezzijiet meta mqabbla ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi. |
|
(37) |
Għaldaqstant hemm indikazzjonijiet li wisq probabbli d-dumping jerġa’ jseħħ fin-nuqqas ta’ miżuri. |
2.3. Il-Libja
|
(38) |
L-uniku produttur esportatur magħruf bagħat tweġiba għall-kwestjonarju li ma kinitx kompluta. Minħabba li naqas milli jibgħat xi tagħrif nieqes, kellu jsir rikors għall-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fejn xieraq. Tagħrif disponibbli wera li b’mod ġenerali, il-Libja esportat madwar 70 000 tunnellata ta’ urea lill-Komunità matul il-PIR, li jammontaw għal sehem ta’ 0,8 % mis-suq Komunitarju. Meta wieħed iqis dan is-sehem żgħir mis-suq, l-analiżi fir-rigward tal-Libja tikkonċentra fuq il-possibbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. L-analiżi ta’ dumping u l-possibbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping saret fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli. |
|
(39) |
Fin-nuqqas tal-bejgħ lokali rappreżentattiv fis-suq Libjan, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż ta’ l-oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u għall-qligħ, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Instab li marġni ta’ qligħ ta’ 8 % kien raġonevoli f’dan il-każ. |
|
(40) |
L-analiżi tal-kwestjonarju mibgħut mill-kumpanija kooperattiva fil-Libja wera li l-attività ewlenija tagħha kienet li tesporta lejn swieq terzi oħrajn. Fil-PIR, ġew esportati madwar 570 000 tunnellata lil swieq terzi, jiġifieri, aktar minn tmien darbiet aktar mill-esportazzjonijiet totali magħmula lis-suq Komunitarju. It-tqabbil ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni miżmuma għal dawn l-esportazzjonijiet mal-valur normali stabbilit kif deskritt hawn fuq juri livell sinifikanti ta’ dumping. |
|
(41) |
Kien hemm dubji sinifikanti dwar jekk l-ispejjeż tal-gass, li huwa sors ewlieni għall-produzzjoni ta’ l-urea, kinux riflessi raġonevolment fir-reġistri tal-produttur esportatur. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, huwa meqjus li l-gass inkiseb f’kundizzjonijiet partikolari, determinati mill-fatt li kemm il-produttur esportatur kif ukoll il-fornitur tal-gass huma proprjetà b’maġġoranza ta’ l-istat Libjan u li l-prezzijiet tal-gass kienu baxxi b’mod anormali. Aġġustament iżid il-marġni ta’ dumping b’mod sinifikanti. Meta wieħed iqis li d-dumping jeżisti mingħajr dan l-aġġustament, u l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara stipulati hawn taħt, ma nstabx li kien meħtieġ li jiġi applikat dan l-aġġustament, anki jekk kien iġġustifikat. |
|
(42) |
Barra minn dan, ġie eżaminat jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-Libja jkunux soġġetti għal dumping kieku kellhom ikunu f’livell ugwali għal-livelli ta’ prezz li attwalment jiddominaw fil-Komunità. Għal prodott ta’ komodità bħall-urea, huwa improbabbli li jinbiegħ f’livelli ogħla mill-prezzijiet tas-suq attwali. Ir-riżultat ta’ din l-analiżi wasslet ukoll għal marġni ta’ dumping sinifikanti. |
|
(43) |
Fl-istess waqt, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni għal esportazzjonijiet lil swieq ta’ esportazzjoni oħrajn instabu li kienu ftit ogħla mill-prezzijiet għal esportazzjonijiet lill-Komunità. Għalhekk, hemm dubju dwar kemm il-Komunità tkun suq aktar attraenti f’termini ta’ prezzijiet meta mqabbla ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi. |
|
(44) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, hemm indikazzjonijiet li wisq probabbli d-dumping jerġa’ jseħħ fin-nuqqas tal-miżuri. |
2.4. L-Ukraina
|
(45) |
Erba’ produtturi kkooperaw ma’ din l-investigazzjoni. Tnejn minnhom biss għamlu bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Komunità matul il-PIR. Ġeneralment, l-Ukraina esportat biss madwar 20 000 tunnellata ta’ urea, li jammontaw għal sehem ta’ 0,2 % mis-suq Komunitarju. Meta wieħed iqis dan is-sehem żgħir mis-suq, l-analiżi fir-rigward ta’ l-Ukraina tikkonċentra fuq il-possibbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. |
|
(46) |
Fir-rigward ta’ l-ispejjeż tal-gass, instab li l-Ukraina qed timporta l-maġġoranza tal-gass użat fil-produzzjoni ta’ l-urea mir-Russja. F’dan ir-rigward, id-data kollha disponibbli tindika li l-Ukraina timporta gass naturali mir-Russja bi prezzijiet li huma sinifikament taħt il-prezzijiet tas-suq imħallsa fi swieq mhux regolati għal gass naturali. L-investigazzjoni żvelat li l-prezz tal-gass naturali mir-Russja meta esportat lejn il-Komunità kien madwar id-doppju tal-prezz tal-gass lokali fl-Ukraina. Għalhekk, kif stipulat fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż tal-gass imħallsa mill-applikant ġew aġġustati fuq il-bażi tat-tagħrif minn swieq rappreżentattivi oħrajn. Il-prezz aġġustat issejjes fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta mibjugħ għall-esportazzjoni fil-fruntiera Ġermaniża/Ċeka (Waidhaus), nett ta’ l-ispejjeż tat-trasport. Waidhaus, billi huwa ċentru ewlieni għall-bejgħ tal-gass Russu lill-UE, li hija kemm l-akbar suq għall-gass Russu kif ukoll għandha prezzijiet li jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż, jista’ jitqies bħala suq rappreżentattiv fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(47) |
L-aġġustament wassal għal prezzijiet lokali taħt l-ispiża għal tlieta mill-kumpaniji involuti u għalhekk l-ispiża tal-produzzjoni, flimkien ma’ marġni ta’ qligħ raġonevoli ta’ 8 %, intużaw bħala valur normali. Għar-raba’ kumpanija, għal dan il-għan intużaw prezzijiet lokali aġġustati kif xieraq. |
|
(48) |
Ġew analizzati x-xejriet ta’ esportazzjoni ta’ produtturi esportaturi Ukraini lejn il-pajjiżi terzi kollha. L-esportazzjonijiet lejn ir-reġjuni kollha tad-dinja seħħu bi prezzijiet li kienu taħt il-valur normali stabbilit b’mod konsistenti u sinifikanti. |
|
(49) |
Barra minn dan, ġie eżaminat jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ l-Ukraina jkunux soġġetti għal dumping kieku kellhom ikunu f’livell ugwali għal-livelli ta’ prezz li attwalment jiddominaw fil-Komunità. Għal prodott ta’ komodità bħall-urea, huwa improbabbli li jinbiegħ f’livelli ogħla mill-prezzijiet tas-suq attwali. Ir-riżultat ta’ din l-analiżi wasslet ukoll għal marġni ta’ dumping sinifikanti. Fl-istess waqt, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni għal esportazzjonijiet lil swieq ta’ esportazzjoni oħrajn instabu li kienu f’livell komparabbli bħall-prezzijiet għal esportazzjonijiet lill-Komunità. Għalhekk, hemm dubju dwar kemm il-Komunità tkun suq aktar attraenti f’termini ta’ prezzijiet meta mqabbla ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi. Fid-dawl tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, hemm indikazzjonijiet li wisq probabbli d-dumping jerġa’ jseħħ fin-nuqqas tal-miżuri. |
3. L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu rrevokati
3.1. Il-Belarus
|
(50) |
Skond it-tagħrif fir-reġistru, il-Belarus kellha massimu ta’ kapaċità żejda ta’ madwar 150 000 tunnellata matul il-PIR. B’żieda ma’ dan, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħrajn ammontaw għal madwar 225 000 tunnellata. |
|
(51) |
Mhux eskluż li parti mill-kapaċità żejda se tkun diretta lejn il-Komunità ladarba l-miżuri jiġu rrevokati. L-uniku esportatur Belorussu żviluppa mezzi ta’ distribuzzjoni tajba fil-Komunità u, b’mod ġenerali, id-daqs tas-suq Komunitarju huwa attraenti, b’mod partikolari għal pajjiżi b’viċinanza ġeografika. |
|
(52) |
Madankollu, mhux eskluż li uħud minn dawn il-kwantitajiet se jiġu esportati wkoll lejn pajjiżi terzi, minħabba li l-livelli ta’ prezz probabbli f’dawn it-territorji jrendu prezzijiet ex fabbrika li huma simili għal (jew anki ogħla minn) dawk li jistgħu jinkisbu meta tesporta lejn il-Komunità. Barra minn hekk, mhux eskluż li l-użu ta’ l-urea se jiżdied f’reġjuni oħrajn fid-dinja, l-aktar meta wieħed iqis ix-xejriet attwali għal produzzjoni agrikola akbar. Kollox ma’ kollox, mhux mistenni li l-esportazzjonijiet jilħqu l-ammont sħiħ ta’ kapaċità żejda, jekk il-miżuri jiskadu, iżda dawn wisq probabbli jaqbżu l-livelli de minimis. |
|
(53) |
Fir-rigward ta’ direzzjoni mill-ġdid potenzjali ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità, japplikaw argumenti simili, li jagħmluha improbabbli li jekk il-miżuri jiskadu jiġu esportati kwantitajiet addizzjonali sinifikanti lejn is-suq Komunitarju fil-ġejjieni previst. |
3.2. Il-Kroazja
|
(54) |
Skond it-tagħrif fir-reġistru, il-Kroazja kellha massimu ta’ kapaċità żejda ta’ madwar 120 000 tunnellata matul il-PIR. B’żieda ma’ dan, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħrajn ammontaw għal madwar 60 000 tunnellata. Mhux eskluż li parti mill-kapaċità żejda tkun diretta lejn il-Komunità ladarba l-miżuri jiġu rrevokati. L-uniku esportatur Kroat żviluppa mezzi ta’ distribuzzjoni tajba fil-Komunità u, b’mod ġenerali, id-daqs tas-suq Komunitarju huwa attraenti, b’mod partikolari għal pajjiżi b’viċinanza ġeografika. |
|
(55) |
Madankollu, il-miżuri ta’ anti-dumping ma żammewx lill-Kroazja milli tesporta kwantitajiet sinifikanti lill-Komunità. Ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li kien se jkun hemm ostaklu għall-esportazzjoni ta’ aktar kwantitajiet lill-Komunità. Meta wieħed iqis li dan ma kienx il-każ, huwa improbabbli li jseħħu esportazzjonijiet addizzjonali sinifikanti lejn il-Komunità permezz ta’ l-attivazzjoni ta’ kapaċitajiet bħal dawn. B’żieda ma’ dan, mhux eskluż li uħud minn dawn il-kwantitajiet jistgħu jiġu esportati wkoll lejn pajjiżi terzi, minħabba li l-livelli ta’ prezz probabbli f’dawn it-territorji jrendu prezzijiet ex fabbrika li huma simili għal (jew ftit ogħla minn) dawk li jistgħu jinkisbu meta tesporta lejn il-Komunità. |
|
(56) |
Barra minn hekk, mhux eskluż li l-użu ta’ l-urea se jiżdied f’reġjuni oħrajn fid-dinja, l-aktar meta wieħed iqis ix-xejriet attwali għal produzzjoni agrikola akbar. Kollox ma’ kollox, mhux mistenni li parti sinifikanti mill-kapaċità żejda Kroata tintuża għal esportazzjonijiet addizzjonali lill-Komunità, iżda meta wieħed iqis il-livell ta’ esportazzjoni attwali, il-volumi ta’ esportazzjoni lill-Komunità huma mistennija li jibqgħu ogħla mil-livelli de minimis. |
|
(57) |
Fir-rigward ta’ direzzjoni mill-ġdid potenzjali ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità, japplikaw argumenti simili, li jagħmluha improbabbli li jekk il-miżuri jiskadu jiġu esportati kwantitajiet addizzjonali sinifikanti lejn is-suq Komunitarju fil-ġejjieni previst. |
3.3. Il-Libja
|
(58) |
Skond it-tagħrif disponibbli, il-Libja kellha massimu ta’ kapaċità żejda ta’ madwar 140 000 tunnellata matul il-PIR. B’żieda ma’ dan, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħrajn ammontaw għal madwar 570 000 tunnellata. Mhux eskluż li parti mill-kapaċità żejda tkun diretta lejn il-Komunità ladarba l-miżuri jiġu rrevokati. L-uniku esportatur Libjan żviluppa mezzi ta’ distribuzzjoni tajba fil-Komunità u, b’mod ġenerali, id-daqs tas-suq Komunitarju huwa attraenti, b’mod partikolari għal pajjiżi b’viċinanza ġeografika. |
|
(59) |
Madankollu, mhux eskluż li uħud minn dawn il-kwantitajiet jiġu esportati wkoll lejn pajjiżi terzi, minħabba li l-livelli ta’ prezz probabbli f’dawn it-territorji jrendu prezzijiet ex fabbrika li huma simili għal (jew anki ogħla minn) dawk li jistgħu jinkisbu meta tesporta lejn il-Komunità. Barra minn hekk, mhux eskluż li l-użu ta’ l-urea se jiżdied f’reġjuni oħrajn fid-dinja, l-aktar meta wieħed iqis ix-xejriet attwali għal produzzjoni agrikola akbar. Kollox ma’ kollox, mhux mistenni li l-esportazzjonijiet jilħqu l-ammont sħiħ ta’ kapaċità żejda, jekk il-miżuri jiskadu, iżda dawn wisq probabbli jaqbżu l-livelli de minimis. |
|
(60) |
Fir-rigward ta’ direzzjoni mill-ġdid potenzjali ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità, japplikaw argumenti simili, li jagħmluha improbabbli li jekk il-miżuri jiskadu jiġu esportati kwantitajiet addizzjonali sinifikanti lejn is-suq Komunitarju fil-ġejjieni previst. |
3.4. L-Ukraina
|
(61) |
Skond it-tagħrif fir-reġistru, l-Ukraina kellha massimu ta’ kapaċità żejda ta’ madwar 375 000 tunnellata matul il-PIR. B’żieda ma’ dan, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħrajn ammontaw għal madwar 3 500 000 tunnellata. Mhux eskluż li parti mill-kapaċità żejda se tkun diretta lejn il-Komunità ladarba l-miżuri jiġu rrevokati. L-uniku esportatur Ukrajn żviluppa mezzi ta’ distribuzzjoni tajba fil-Komunità u, b’mod ġenerali, id-daqs tas-suq Komunitarju huwa attraenti, b’mod partikolari għal pajjiżi b’viċinanza ġeografika. Madankollu, mhux eskluż li uħud minn dawn il-kwantitajiet jiġu esportati wkoll lejn pajjiżi terzi, minħabba li l-livelli ta’ prezz probabbli f’dawn it-territorji jrendu prezzijiet ex fabbrika li huma simili għal dawk li jistgħu jinkisbu meta tesporta lejn il-Komunità. Barra minn hekk, mhux eskluż li l-użu ta’ l-urea se jiżdied f’reġjuni oħrajn fid-dinja, l-aktar meta wieħed iqis ix-xejriet attwali għal produzzjoni agrikola akbar. Kollox ma’ kollox, mhux mistenni li l-esportazzjonijiet jilħqu l-ammont sħiħ ta’ kapaċità żejda, jekk il-miżuri jiskadu, iżda dawn wisq probabbli jaqbżu l-livelli de minimis. |
|
(62) |
Fir-rigward ta’ direzzjoni mill-ġdid potenzjali ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità, l-applikanti argumentaw li l-kapaċità akbar prevista f’reġjuni oħrajn (b’mod partikolari fil-Lvant Nofsani) tieħu post l-esportazzjonijiet Ukrajni l-aktar fl-Asja, iżda wkoll fl-Afrika u fl-Amerika Latina, li jammontaw għal aktar minn 3 000 000 tunnellata, li mbagħad jiġu diretti mill-ġdid lejn il-Komunità. Madankollu, fuq il-bażi tat-tagħrif fir-reġistru, mhux possibbli li jiġi konkluż li dan iċ-ċaqliq iseħħ, inter alia, minħabba li żieda fl-użu globali tista’ tassorbi dawn il-kwantitajiet addizzjonali, kieku kellhom jidħlu fis-suq. Barra minn dan, mhux eskluż li żidiet fil-kapaċità jseħħu matul perjodu ta’ żmien itwal minn dak suġġerit mill-applikant. Kollox ma’ kollox, mhux possibbli li jiġi kkonfermat li jekk jiskadu l-miżuri, il-kwantitajiet addizzjonali sinifikanti wisq probabbli jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq Komunitarju fil-ġejjieni previst. |
4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping
|
(63) |
Fuq il-bażi ta’ l-analiżi msemmija qabel, huwa konkluż li jekk il-miżuri jiġu rrevokati, d-dumping ta’ kwantitajiet sinifikanti ta’ urea huwa improbabbli li jitkompla fil-każ tal-Kroazja, jew li jerġa’ jseħħ fil-każ tat-tliet pajjiżi l-oħra kkonċernati. |
D. TIFSIRA TA’ INDUSTRIJA KOMUNITARJA
1. Tifsira ta’ Produzzjoni Komunitarja
|
(64) |
Fil-Komunità, il-prodott simili huwa manifatturat minn 16-il produttur, li l-produzzjoni tagħhom titqies li tikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja kollha skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Tmienja minnhom saru produtturi Komunitarji wara t-tkabbir ta’ l-UE f’Mejju 2004. |
|
(65) |
Tnax mis-16 produtturi Komunitarji qablu li jikkooperaw ma’ l-investigazzjoni, filwaqt li tlieta bagħtu t-tagħrif mitlub għall-għan tat-teħid ta’ kampjuni iżda ma offrewx aktar kooperazzjoni. L-ebda produttur Komunitarju ma oppona t-talba għal reviżjoni. |
|
(66) |
Għalhekk, it-12-il produttur li ġejjin qablu li jikkooperaw:
|
|
(67) |
Billi dawn it-12-il produttur Komunitarji ammontaw għal madwar 80 % tal-produzzjoni Komunitarja totali matul il-PIR, jitqies li dawn jammontaw għal parti kbira tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili. Għalhekk jitqiesu li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem se jissejħu “l-Industrija Komunitarja”. L-erba’ produtturi Komunitarji li ma kkooperawx se jissejħu “produtturi Komunitarji oħrajn”. |
|
(68) |
Kif indikat hawn fuq, ittieħed kampjun ta’ erba’ kumpaniji. Il-produtturi Komunitarji kollha meħuda fil-kampjun ikkooperaw u bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju sad-data ta’ l-għeluq. Barra minn hekk, it-tmien produtturi kooperattivi l-oħrajn bagħtu kif mitlub ċerta data ġenerali għall-analiżi tal-ħsara. |
E. IL-QAGĦDA FIS-SUQ KOMUNITARJU
1. Il-konsum fis-suq Komunitarju
|
(69) |
Il-konsum Komunitarju apparenti ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi ta’ bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju, il-volumi ta’ bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħrajn fis-suq Komunitarju, u d-data ta’ l-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha ta’ l-UE. Minħabba t-tkabbir ta’ l-UE fl-2004, f’ġieħ iċ-ċarezza u l-konsistenza ta’ l-analiżi, il-konsum ġie stabbilit fuq il-bażi tas-suq ta’ l-UE-25 matul il-perjodu meqjus. Billi din l-investigazzjoni nbdiet qabel it-tkabbir ulterjuri ta’ l-UE bil-Bulgarija u r-Rumanija, l-analiżi hija limitata għal-qagħda ta’ l-UE-25. |
|
(70) |
Bejn l-2002 u l-2003, il-konsum Komunitarju żdied bi 3 % u baqa’ stabbli sal-PIR.
|
2. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
2.1. Volum, sehem mis-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet
|
(71) |
Fir-rigward tal-Belarus, tal-Kroazja, tal-Libja u ta’ l-Ukraina, il-volumi ta’ l-importazzjoni, l-ishma tas-suq u l-prezzijiet medji żviluppaw kif stabbilit hawn taħt. Id-data ssejset fuq l-istatistika ta’ l-Eurostat.
|
|
(72) |
Fir-rigward tal-Belarus, il-volum ta’ importazzjonijiet żdiedu ftit bejn l-2002 u l-2003, imbagħad naqsu kontinwament matul il-perjodu meqjus (– 81 % għall-perjodu kollu). Simili għal dan, is-sehem tas-suq tagħha żdied ftit bejn l-2002 u l-2003 imbagħad naqas kontinwament sa 0,3 % fil-PIR. Il-volumi kienu de minimis mill-2004 ‘il quddiem. Il-prezzijiet evolvew b’mod pożittiv minn 107 EUR sa 190 EUR għal kull tunnellata matul il-perjodu meqjus. |
|
(73) |
Fir-rigward ta’ l-Ukraina, il-livelli ta’ importazzjoni baqgħu konsistenti taħt il-limitu de minimis, filwaqt li l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni żdiedu b’65 % bejn l-2002 u l-PIR. |
|
(74) |
L-importazzjonijiet Kroati kienu pjuttost stabbli matul il-perjodu, b’madwar 2 % sehem mis-suq Komunitarju, filwaqt li l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni żdiedu b’48 %. |
|
(75) |
L-importazzjonijiet mil-Libja żdiedu fl-2003 iżda naqsu kontinwament sa tmiem il-PIR. Matul il-perjodu kollu dawn naqsu b’49 % u s-sehem tas-suq tagħhom naqas minn 1,6 % fl-2002 għal 0,8 % fil-PIR. Fir-rigward tal-pajjiżi l-oħra kkonċernati, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni Libjani żdiedu b’77 % bejn l-2002 u l-PIR. |
|
(76) |
L-evoluzzjoni tal-prezz ta’ l-erba’ pajjiżi huwa proporzjonalment ogħla minn jew komparabbli għaż-żieda fil-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(77) |
Bil-għan li jkun ikkalkulat il-livell tat-twaqqigħ tal-prezz matul il-PIR għall-Kroazja, il-prezzijiet ex fabbrika ta’ l-industrija Komunitarja għal klijenti mhux relatati ġew imqabbla mal-prezzijiet ta’ importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja ta’ l-uniku produttur esportatur kooperattiv tal-Kroazja, aġġustati kif xieraq bil-għan li jirriflettu prezz ta’ wara l-konsenja. Il-paragun wera li l-importazzjonijiet kienu qed jaqgħu taħt il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’4.7 %. Madankollu, dawn il-prezzijiet kienu simili għall-prezz ta’ mingħajr ħsara stabbilit għall-industrija Komunitarja. |
|
(78) |
Fid-dawl tal-fatt li l-ishma tas-suq ta’ tlieta mill-erba’ pajjiżi kkonċernati kienu taħt de minimis, kemm jekk individwalment kif ukoll jekk kollettivament, ġie meqjus li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità ma ħoloqx ħsara u għalhekk il-marġni ta’ twaqqigħ ma kinux rilevanti bħala parti mill-analiżi ta’ tkomplija ta’ ħsara. |
3. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn
|
(79) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu meqjus qed jintwerew fit-tabella hawn taħt. Il-kwantitajiet u x-xejriet tal-prezz li ġejjin issejsu wkoll fuq l-Eurostat.
|
|
(80) |
Ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet ġenerali minn pajjiżi terzi żdiedu b’4,4 % matul il-perjodu kollu. Dan ir-riżultat huwa effett l-aktar taż-żieda ta’ importazzjonijiet mir-Russja (9,4 %), li hija bla dubju l-esportatur ewlieni. Wieħed għandu jinnota wkoll li l-importazzjonijiet mir-Russja kienu soġġetti għal miżuri fil-forma ta’ MIP matul il-perjodu kollu, miżuri rrevokati mir-Regolament (KE) Nru 907/2007 (ara l-premessa (6)). Bejn l-2002 u l-PIR, l-importazzjonijiet mill-Eġittu żdiedu b’7,7 % filwaqt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdiedu bl-istess mod, bl-importazzjonijiet mir-Rumanija jammontaw għal 40 % minnhom. Fir-rigward tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni, il-pajjiżi kollha msemmija hawn fuq esportaw lejn il-Komunità bi prezzijiet li ma kinux orħos mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja fil-PIR u/jew huma ogħla mill-prezzijiet ta’ mingħajr ħsara ta’ l-industrija Komunitarja. |
4. Il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja
|
(81) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom piż fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja. |
4.1. Rimarki preliminari
|
(82) |
Bosta mill-produtturi kooperattivi ta’ l-industrija Komunitarja nstabu li kienu jużaw il-prodott simili għall-ipproċessar ulterjuri ta’ prodotti ta’ fertilizzanti mħallta jew sintetiċi li huma fertilizzanti nitroġeni ta’ grad baxx u li barra n-nitroġenu fihom sustanzi oħrajn bħal fosfru li jinħall fl-ilma, jew/u potassju li jinħall fl-ilma. |
|
(83) |
Tali trasferimenti interni tal-produzzjoni ta’ l-urea nstabu li ma jidħlux fis-suq miftuħ u ma kinux f’kompetizzjoni ma’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet li dan l-użu captive jirrappreżenta sehem stabbli ta’ madwar 20 % tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija Komunitarja. Għalhekk huwa meqjus li ma jistax jaffettwa b’mod sinifikanti l-istampa ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(84) |
Fejn intuża t-teħid tal-kampjuni, skond il-prattika stabbilita, ċerti indikaturi ta’ ħsara (produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni, stokks, bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir u impjiegi) jiġu analizzati għall-industrija Komunitarja kollha b’mod ġenerali (“C.I.” fit-tabelli inklużi), filwaqt li dawk l-indikaturi ta’ ħsara marbuta mar-rendiment ta’ kumpaniji individwali, jiġifieri prezzijiet, spejjeż tal-produzzjoni, qligħ, pagi, investimenti, dħul mill-investiment, likwidità u l-ħila li jinġabar il-kapital, jiġu eżaminati fuq il-bażi ta’ tagħrif miġbur fil-livell tal-produtturi Komunitarji meħuda bħala kampjun (“S.P.” fit-tabelli inklużi). |
4.2. Data relatata ma’ l-industrija Komunitarja kollha
(a) Produzzjoni
|
(85) |
Il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, inklużi l-volumi intenzjonati għall-użu captive, baqgħu prattikament stabbli bejn l-2002 u l-PIR, żdiedu b’5 % fl-2003 u naqsu bl-istess perċentwali fl-2004. Fl-2005 u matul il-PIR ġiet irreġistrata żieda żgħira ta’ 2 % u punt perċentwali (p.p.) rispettivament, biex laħqet livell ta’ 4,45 miljun tunnellata.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) Kapaċità u rati ta’ l-użu tal-kapaċità
|
(86) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet bi ftit (5 %) bejn l-2002 u l-PIR. Fid-dawl tal-volum ta’ produzzjoni stabbli, l-użu tal-kapaċità li tirriżulta naqas ftit, minn livell ta’ 84 % fl-2002 għal livell ta’ 81 % fil-PIR. Madankollu, l-użu tal-kapaċità għal din it-tip ta’ produzzjoni u industrija tista’ tiġi affettwata mill-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn li jistgħu jiġu prodotti bl-istess tagħmir ta’ produzzjoni u għalhekk għandu anqas toqol bħala indikatur ta’ ħsara.
|
(ċ) Stokks
|
(87) |
Il-livell ta’ l-istokks ta’ l-għeluq ta’ l-industrija Komunitarja kien pjuttost stabbli bejn l-2002 u l-2004 u żdied f’daqqa (b’24 p.p. fl-2005 u b’aktar minn 13 p.p. fi tmiem il-PIR). Minkejja dan, minħabba li l-urea intenzjonata għal applikazzjonijiet captive hija maħżuna mal-prodott mibjugħ fis-suq ħieles, il-livell ta’ l-istokks huwa meqjus bħala indikatur ta’ ħsara b’anqas importanza. Ta’ min isemmi wkoll li t-tmiem tal-PIR jaħbat mal-bidu tal-bejgħ staġjonali.
|
(d) Volum tal-bejgħ
|
(88) |
Il-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas ftit, jiġifieri bi 3 % bejn l-2002 u l-PIR.
|
(e) Sehem mis-suq
|
(89) |
Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas wkoll b’mod moderat bejn l-2002 u l-PIR, minn 36.5 % għal 34.3 %.
|
(f) Tkabbir
|
(90) |
L-industrija Komunitarja tilfet parti żgħira mis-sehem tas-suq tagħha f’suq stabbli matul il-perjodu meqjus. Is-sehem mis-suq mitluf mill-industrija Komunitarja ma tteħidx mill-importazzjonijiet ta’ l-erba’ pajjiżi kkonċernati, li rreġistraw tnaqqis minn 5.8 % għal 4.4 % mis-sehem mis-suq tagħhom bejn l-2002 u l-PIR. |
(g) Impjiegi
|
(91) |
Il-livell ta’ l-impjiegi ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’6 % bejn l-2002 u l-PIR, filwaqt li l-produzzjoni żdiedet bi ftit, biex b’hekk irriflettiet it-tħassib ta’ l-industrija Komunitarja li tibqa’ żżid il-produttività u l-kompetittività tagħha.
|
(h) Produttività
|
(92) |
Il-produttività ta’ kull persuna impjegata mill-industrija Komunitarja fis-sena żdiedet b’6 % bejn l-2002 u l-2003 u baqgħet kostanti sal-PIR, biex b’hekk uriet l-impatt pożittiv ikkombinat ta’ impjiegi mnaqqsa u żieda fil-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.
|
(i) Kobor tal-marġni tad-dumping
|
(93) |
Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġni attwali ta’ dumping fil-PIR, meta wieħed iqis li (i) il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Belarus, mill-Ukraina u mil-Libja, kien taħt il-livelli de minimis; (ii) l-importazzjonijiet mill-Kroazja kienu stabbli, b’żieda fil-prezzijiet konformi mal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-UE; u (iii) il-qagħda finanzjarja ġenerali ta’ l-industrija Komunitarja kienet pożittiva ħafna, dan l-impatt huwa meqjus bħala wieħed li mhux sinifikanti u l-indikatur ma għandux importanza. |
(j) Irkupru mill-effetti tad-dumping ta’ l-imgħoddi
|
(94) |
L-indikaturi eżaminati hawn fuq u hawn taħt juru biċ-ċar titjib konsiderevoli fil-qagħda ekonomika u finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. |
4.3. Data li tikkonċerna l-produtturi Komunitarji meħuda fil-kampjun
(a) Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet lokali
|
(95) |
Il-prezz tal-bejgħ nett medju tal-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja meħuda fil-kampjun żdied sostanzjalment mill-2004 sal-PIR, biex b’hekk irrifletta ż-żieda konsistenti u kontinwa ta’ l-ispiża tal-materja prima u l-kundizzjonijiet favorevoli u dominanti tas-suq internazzjonali ta’ l-urea matul l-istess perjodu.
|
(b) Pagi
|
(96) |
Bejn l-2002 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet bi 13 %, kif turi t-tabella ta’ hawn taħt. Fid-dawl tar-rata ta’ inflazzjoni u l-impjiegi mnaqqsa b’mod ġenerali, din iż-żieda tal-pagi hija meqjusa bħala moderata.
|
(ċ) Investimenti
|
(97) |
L-investimenti annwali fil-prodott simili magħmul mill-erba’ produtturi meħuda fil-kampjun żviluppa b’mod pożittiv matul il-perjodu meqjus, jiġifieri żdied b’74 %, anki jekk wera xi ftit ċaqliq. Dawn l-investimenti kienu relatati l-aktar mal-immodernizzar tal-makkinarju u tar-rekwiżiti ambjentali. Dan jikkonferma l-isforzi ta’ l-industrija Komunitarja li tibqa’ ttejjeb il-produttività u l-kompetittività tagħha. Ir-riżultati huma apparenti fl-evoluzzjoni tal-produttività li żdiedet sostanzjalment (ara l-premessa (92)) matul l-istess perjodu.
|
(d) Profittabbiltà u l-qligħ fuq l-investimenti
|
(98) |
Il-profittabbiltà tal-produtturi meħuda fil-kampjun turi titjib komdu bejn l-2002 u l-2005, fejn laħqet aktar minn 19 % tal-valur tal-bejgħ. Żieda stabbli fil-prezz tal-gass fil-bidu ta’ l-2006 ġabet ir-riżultat lura għal 10,7 % matul il-PIR. F’dan ir-rigward, jiġi nnutat li fl-investigazzjoni oriġinali, kien ġie stabbilit marġni ta’ qligħ ta’ 8 % li seta’ jintlaħaq fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara. Il-qligħ fuq l-investiment (ROI), espress bħala l-qligħ f’perċentwali tal-valur nett fuq il-kotba ta’ l-investimenti, segwa ġeneralment ix-xejra ta’ profittabbiltà matul il-perjodu kollu meqjus.
|
(e) Likwidità u ħila li jinġabar il-kapital
|
(99) |
Il-likwidità żdiedet b’mod konsiderevoli bejn l-2002 u l-2005 u naqset b’mod stabbli matul il-PIR. Dan l-iżvilupp jimxi ma’ l-iżvilupp tal-profitabbiltà ġenerali matul il-perjodu meqjus.
|
|
(100) |
L-investigazzjoni ma wrietx diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-produtturi Komunitarji meħuda bħala kampjun biex jiġbru l-kapital. |
5. Konklużjoni
|
(101) |
Bejn l-2002 u l-PIR, is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi ftit, hekk kif għamel il-volum tal-bejgħ fis-suq Komunitarju. Madankollu l-qagħda ġenerali ta’ l-industrija Komunitarja marret għall-aħjar matul il-perjodu meqjus. |
|
(102) |
Kważi l-indikaturi ta’ ħsara l-oħrajn kollha, għajr għaż-żieda tal-volumi ta’ l-istokk, żviluppaw b’mod pożittiv: il-volum tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ bl-unità ta’ l-industrija Komunitarja żdiedu u l-profittabbiltà wara l-2002 kienet b’mod sinifikattiv ogħla mil-livell tal-qligħ stabbilit bħala l-qligħ fil-mira fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(103) |
Il-qligħ fuq l-investiment u l-likwidità evolvew b’mod pożittiv ukoll. Il-pagi żviluppaw moderatament u l-industrija Komunitarja kompliet tinvesti. Il-produttività żdiedet ukoll b’mod sostanzjali li jirrifletti l-evoluzzjoni pożittiva tal-produzzjoni u l-isforzi ta’ l-industrija Komunitarja li ttejjibha permezz ta’ l-investimenti. |
|
(104) |
L-applikant saħaq li r-rekwiżiti tal-profittabbiltà fit-tul, ikkalkulata bħala qligħ fuq il-bejgħ, għall-industrija ta’ l-urea għandha tkun fil-livell ta’ 25 % wara t-taxxa. Dan ikun ifisser madwar 36 % tal-qligħ ta’ qabel it-taxxa fuq il-valur tal-bejgħ. L-applikant stqarr li dan kien ġġustifikat mill-ispiża biex tkun stabbilita pjanta ġdida ta’ ammonja/urea, li tkun teħtieġ qligħ fuq l-investiment ta’ 11 % (allegatament ekwivalenti għall-qligħ ta’ 36 % qabel it-taxxa fuq il-valur tal-bejgħ). Għal dan il-għan, huwa nnutat li l-applikant qatt ma ddikjara qligħ fil-mira daqshekk għoli f’din il-proċedura, u fl-investigazzjoni oriġinali ġie stabbilit marġni ta’ qligħ ta’ 8 % li jista’ jintlaħaq fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza tagħha fil-Każ T-210/95 ikkonfermat li “… il-marġni ta’ qligħ li għandu jintuża mill-Kunsill meta jiġi kkalkulat il-prezz tal-mira li se jneħħi l-ħsara kkonċernata għandu jkun limitat għall-marġni ta’ qligħ li l-industrija Komunitarja tista’ torbot fuqu b’mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, fin-nuqqas ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping” (8). Fl-istess każ, ġie kkonfermat li “… argument li l-marġni ta’ qligħ li għandu jintuża mill-istituzzjonijiet Komunitarji jrid ikun il-marġni meħtieġ biex ikun żgurat l-għixien ta’ l-industrija Komunitarja u/jew il-qligħ adegwat fuq il-kapital, ma għandu l-ebda bażi fir-regolament bażiku.” |
|
(105) |
L-applikant allega wkoll li, fil-każ ta’ l-industrija tal-fertilizzant, il-qligħ fuq il-bejgħ mhux indikatur ta’ ħsara xieraq fir-rigward tal-qligħ, u li l-qligħ fuq il-kapital impjegat u/jew il-qligħ fuq l-investiment huma, f’termini ta’ kwalità, aktar xierqa għal evalwar bħal dan. B’żieda ma’ dan, kien argumentat li, fuq il-bażi ta’ l-indikaturi ta’ l-aħħar, l-industrija Komunitarja kienet qed issofri l-ħsara. |
|
(106) |
Meta wieħed iqis il-karatteristiċi partikolari ta’ l-industrija tal-fertilizzanti (inter alia l-intensità tal-kapital tagħha) u n-natura tas-suq tal-fertilizzanti (il-volatilità tal-prezzijiet tal-materja prima tiegħu u l-prezzijiet tal-prodott finali), hemm qbil li l-qligħ fuq il-bejgħ, waħdu, jista’ ma jkunx l-aktar indikatur indikattiv fir-rigward tal-profittabbiltà, u li dan għandu jiġi kkomplimentat minn indikaturi bħall-qligħ fuq il-kapital impjegat u l-qligħ fuq l-investiment. Madankollu, l-applikant ma ppreżenta l-ebda prova li, fin-nuqqas ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija Komunitarja kienet se tkun kapaċi tikseb qligħ fil-livell mitlub. L-applikant lanqas ma wera liema marġni ta’ qligħ kienet se tkun kapaċi tikseb l-industrija Komunitarja fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud. |
|
(107) |
Huwa b’hekk konkluż li ma hemm l-ebda tkomplija ta’ ħsara materjali għall-industrija Komunitarja. |
F. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ ĦSARA
1. Ġenerali
|
(108) |
Billi ma hemmx tkomplija ta’ ħsara materjali kkawżata minn importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-analiżi ffukat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara kemm-il darba l-miżuri kellhom jitneħħew. F’dan ir-rigward ġew analizzati żewġ parametri ewlenin: (i) volumi u prezzijiet ta’ esportazzjoni proġettati tal-pajjiżi kkonċernati u (ii) l-effett ta’ dawk il-volumi u prezzijiet proġettati mill-pajjiżi kkonċernati fuq l-industrija Komunitarja. |
|
(109) |
L-analiżi hija magħmula f’kuntest ta’ suq ġenerali bi prezzijiet u qligħ li kull ma jmur jiżdiedu mhux biss fil-Komunità iżda madwar id-dinja. Sa ċertu punt, dan huwa kawża ta’ talba li hija aktar mill-provvista. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li kuntest ġenerali bħal dan se jvarja b’mod sinifikanti f’terminu ta’ żmien qasir jew medju. |
2. Volumi u prezzijiet ta’ esportazzjoni possibbli tal-pajjiżi kkonċernati
|
(110) |
Kif mistqarr hawn fuq, il-produtturi esportaturi Ukrajni wisq probabbli se jesportaw l-aktar madwar 375 000 tunnellata ta’ urea addizzjonali lill-Komunità, jekk il-miżuri kellhom jiskadu. Iċ-ċifri għal-Libja u għall-Belarus jindikaw massimu ta’ 140 000 u 150 000 tunnellata rispettivament. Simili għal dan, iċ-ċifri għall-Kroazja wisq probabbli mhux se jiżdiedu b’mod sinifikanti mil-livell attwali tagħhom. |
|
(111) |
Il-prezzijiet ta’ esportazzjoni għall-Komunità u pajjiżi terzi ġew analizzati hawn fuq. Flimkien mal-kundizzjonijiet tas-suq deskritti hawn taħt u l-iżvilupp probabbli tad-determinanti ewlenin ta’ l-ispiża, bħalma huwa l-gass, din l-analiżi tipponta lejn il-possibbiltà li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni jibqgħu ogħla. B’riżultat ta’ dan, ma jistax jiġi konkluż li l-prezzijiet jistgħu jkunu materjalment orħos minn u/jew jinbiegħu orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż ta’ l-industrija Komunitarja. |
3. L-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-volumi ta’ esportazzjoni proġettati u l-effetti tal-prezz fl-eventwalita’ ta’ revoka tal-miżuri
|
(112) |
Is-suq ta’ l-urea huwa previst li jikber b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin kemm fil-Komunità (9) kif ukoll madwar id-dinja, l-aktar minħabba iż-żieda fil-produzzjoni agrikola (għal applikazzjonijiet ta’ bijofjuwil) u anki minħabba l-użu industrijali li qed jikber għal AdBlue (10). Per eżempju, prospetti għas-swieq agrikoli fl-Unjoni Ewropea 2007-2014 maħruġa mid-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura f’Lulju 2007 jikkonfermaw li l-produzzjoni taċ-ċereali wisq probabbli se tiżdied b’mhux aktar minn 20 % matul dan il-perjodu. Il-valutazzjoni ta’ l-applikant innifsu tissuġġerixxi tkabbir ta’ 10 %. Barra minn hekk, fl-aħħar ta’ Settembru 2007, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2007 (11) stabbilixxa deroga minn artijiet imwarrba għas-sena 2008. It-tkabbir antiċipat tas-suq Komunitarju (madwar miljun tunnellata addizzjonali) wisq probabbli se jkun akbar mill-volumi massimi possibbli li l-pajjiżi esportaturi jistgħu jesportaw lejn il-Komunità. Għalhekk, mhux mistenni li jinħolqu żbilanċi ta’ volum maġġuri minn dawn l-esportazzjonijiet addizzjonali, parzjalment minħabba li d-differenza bejn il-produzzjoni Komunitarja massima potenzjali u l-konsum hija kkwantifikata għal madwar 2 miljun tunnellata, u ma hemm l-ebda indikazzjoni li din id-differenza se timtela b’esportazzjonijiet oħrajn (inter alia li joriġinaw mir-Russja, kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 907/2007) sal-punt fejn il-provvista eċċessiva toħnoq jew twaqqa’ l-prezzijiet tas-suq. |
|
(113) |
Fid-dawl ta’ dan, mhux mistenni li l-industrija Komunitarja jkollha tnaqqas il-bejgħ, il-produzzjoni jew il-prezzijiet tagħha sal-punt fejn il-profittabbiltà u l-pożizzjoni ġeneral tagħha tkun affettwata materjalment. Għalhekk, wisq probabbli l-qligħ jibqa’ fil-livell attwali tiegħu, li jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq favorevoli dominanti b’mod partikolari mill-2004 għall-PIR. |
4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara
|
(114) |
Meta wieħed iqis dan ta’ hawn fuq, ma jistax ikun konkluż li hemm xi probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija Komunitarja, jekk il-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew. |
G. MIŻURI TA’ ANTI-DUMPING
|
(115) |
Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom hemm il-ħsieb li ssir ir-rakkomandazzjoni li l-miżuri eżistenti jitneħħew. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal dan l-iżvelar. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti li kienu kapaċi jibdlu l-konklużjonijiet stipulati hawn fuq. |
|
(116) |
Skond dan t’hawn fuq, kif previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri ta’ anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina għandhom jitneħħew u l-proċedura trid tintemm. |
|
(117) |
Meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi deskritti hawn fuq, jiġifieri t-tfixkil sinifikanti fl-istruttura ta’ l-ispiża u/jew l-operazzjonijiet ta’ esportazzjoni minn esportaturi fl-erba’ pajjiżi kkonċernati kollha, huwa meħtieġ li l-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet ta’ l-urea li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina tiġi sorveljata mill-qrib, bil-għan li tittieħed azzjoni mgħaġġla u xierqa fil-każ li l-qagħda titlob dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-dazju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ urea, f’soluzzjoni ta’ ilma jew xorta oħra, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina hawnhekk qed jitneħħa u l-proċedura li tikkonċerna dawn l-importazzjonijiet hija mitmuma.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 17, 19.1.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 73/2006 (ĠU L 12, 18.1.2006, p. 1).
(4) ĠU C 316, 22.12.2006, p. 13.
(5) ĠU C 105, 4.5.2006, p. 12.
(6) ĠU L 127, 9.5.2001, p. 11.
(7) ĠU L 198, 31.7.2007, p. 4.
(8) Il-Każ T-210/95 EFMA v. il-Kunsill (1195) ECR II-3291, il-punt 60.
(9) Sors: “Fertilizzanti globali u provvista ta’ materja prima u l-bilanċ bejn il-provvista u t-talba: 2005-2009”, A05/71b, Ġunju 2005, Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Industrija tal-Fertilizzanti “IFA”.
(10) AdBlue hija trademark reġistrata għal Soluzzjoni ta’ l-Urea ta’ l-Ilma (32.5 %) u hija użata fi proċess li jissejjaħ Selective Catalytic Reduction li jnaqqas l-emmissjonijiet ta’ l-ossidi tan-nitroġenu mill-egżost ta’ vetturi li jaħdmu bid-diżil.