6.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 62/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 206/2008
tal-5 ta’ Marzu 2008
li jistipula l-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni mressqa mit-22 sad-29 ta’ Frar 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1002/2007 għar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2007 (3) stabbilixxa kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 32 000 tunnellata ross li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 u li joriġina u ġej mill-Eġittu (numru tas-serje 09.4094). |
(2) |
Mill-komunikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 1002/2007, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament imsemmi mit-22 ta’ Frar 2008 fis-13:00 ħin ta' Brussell sad-29 ta’ Frar 2008 fis-13:00 ħin ta' Brussell, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jinħarġu l-liċenzji, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet. |
(3) |
Jeħtieġ ukoll li jiġi sospiż it-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1002/2007 sa tmiem il-perjodu tal-kwota attwali, skond l-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament imsemmi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li joriġina u ġej mill-Eġittu kopert bil-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1002/2007, imressqa mit-22 ta’ Frar 2008 fis-13:00 ħin ta' Brussell sad-29 ta’ Frar 2008 fis-13:00 ħin ta' Brussell, jagħtu lok għall ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond koeffiċjent ta' l-allokazzjoni ta' 22,728704 %.
2. It-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' l-importazzjoni huwa sospiż mis-13:00, ħin ta' Brussell, tad-29 ta' Frar 2008 sa tmiem il-perjodu ta' kwota attwali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) u ser japplika mill-1 ta’ Settembru 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 226, 30.8.2007, p. 15.