1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 192/2008

tad-29 ta’ Frar 2008

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 989/2007 li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Barèges-Gavarnie (DPO) – Hořické trubičky (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Instab żball fil-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 989/2007 (2) rigward il-klassi li fiha jaqa' l-prodott kopert bid-denominazzjoni “Barèges-Gavarnie”.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 989/2007 għandu jiġi kkoreġut skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 989/2007, il-punt 1, il-kliem “Klassi 1.3. – Ġobon” għandu jinbidel bil-kliem “Klassi 1.1. – Laħam (u l-ġewwieni) frisk(i)”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 989/2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 219, 24.8.2007, p. 7.