28.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 55/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 175/2008

tas-27 ta’ Frar 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwota tariffarja stabbilita għas-subperjodu ta’ Frar 2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (2), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2008 (3) li jiftaħ subperjodu speċifiku fi Frar 2008, għall-kwota tariffarja għall-importazzjoni tar-ross mitħun u nofs mitħun li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(2)

Is-subperjodu tax-xaħar ta' Frar huwa t-tieni subperjodu fl-2008 għall-kwota bin-numru tas-sejre 09.4127, previst fil-punt a) ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(3)

Min-notifika mibgħuta skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4127, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta’ xogħol ta’ Frar 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, ikopru kwantità inqas minn [jew daqs] dik disponibbli.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi ffissata, għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4127, il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skond l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantità totali disponibbli fil-kuntest tal-kwota bin-numru tas-serje 09.4127, kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 se jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta’ Settembru 2008.

(2)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1538/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 49).

(3)  ĠU L 22, 25.1.2008, p. 6.


ANNESS

Il-kwantità li għandha tiġi allokata għas-subperjodu ta’ Frar 2008 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta’ wara, skond ir-Regolament (KE) Nru 327/98

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30, provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Frar 2008

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ April 2008

(kg)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4127

 (1)

12 365 684


(1)  l-ebda koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.